B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 6288, jista’ l-Ministru jalloka aktar fondi sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji hekk kif jidher li l-ħsarat jeċċedu l-budget li l-Awtorità tad-Djar allokat għall-imsemmija xogħlijiet fil-lift tal-fond li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar irċeviet ir-rapport tal-Inġinier inkarigat, liema rapport jindika li x-xogħol neċessarju ser jiswa aktar milli kien ġie stmat. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali diġa għamel talba sabiex l-istima tiġi mressqa quddiem il-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Eżekuttiv sabiex tkun tista’ tinħareġ l-approvazzjoni neċessarja.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistennija jibdew ix-xogħlijiet neċessarji fuq Tal-Blat 1 Ħal Qormi peress li kull meta tagħmel ix-xita, qiegħed jidħol l-ilma fil-lift tal-Blokka C? Jista’ jagħti prijorità lil dawn ix-xogħlijiet peress li r-residenti ilhom jistennew dan ix-xogħol għal dawn l-aħħar snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, min-naħa tal-Awtorita` tad-Djar, ġiet milqugħa t-talba tar-residenti tal-Blokk imsemmi u ġiet approvata għajnuna finanzjarja biex ir-residenti jkunu jistgħu iħallsu għat-tiswijiet tal-lift inkluż l-installazzjoni ta’ pompa fil-lift pit biex awtomatikament tneħħi l-ilma li jinġema’ hemm. L-amministratriċi tal-blokk ġiet infurmata li t-talba tagħha ġiet approvata fit-2 ta’ Mejju 2018 u għaldaqstant tista’ tipproċedi bit-tiswijiet neċessarji minnufih. Sadanittant l-Awtorità diġà kienet għamlet diversi tiswijiet biex issolvi l-problema msemmija imma, minħabba li jidher li qatt ma ssolviet għal kollox, għad irid jiġi stabbilit jekk il-ħsara hux ġejja minn barra il-blokk u f’dak il-każ, min hu responsabbli biex isewwiha.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn, hemm ippjanat li jinbnew djar ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Qormi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-proġett preżenti m’hemmx ippjanati units ta’ akkomodazzjoni Soċjali f’Ħal Qormi, iżda hemm diversi siti li qed jiġu ‘kkunsidrati f’diversi lokalitajiet bħala parti mill-proġett ta’ 50 miljun ewro. Għalhekk id-dettalji ser jingħataw aktar 'il quddiem.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu vetturi kummerċjali fil-Belt Valletta matul is-snin 2015, 2016 u 2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numri ta’ vetturi kummerċjali li daħlu fil-Belt Valletta matul is-snin 2015, 2016 u 2017 kienu dawn li ġejjin:
2015: 452,222
2016: 491,564
2017: 457,230
Dawn in-numri jinkludu dħul ta’ aktar minn darba tal-istess vetturi fl-istess ġurnata.
Għall-fini ta’ din ir-risposta, vetturi kummerċjali huma vetturi tal-ġarr tal-merkanzija żgħar, medji u kbar, inklużi vetturi bi skop speċjali, li l-ogħla massa permissibbli tagħhom tvarja bejn dawk ta’ mhux iżjed minn 3.5 tunnellati, ta’ aktar minn 3.5 tunnellati iżda ta’ mhux iżjed minn 12-il tunnellata, u ta’ aktar minn 12-il tunnellata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li n-nanniet li jattendu d-Day Centre mhux qed jitħallew jieħdu n-neputijiet magħhom? Billi r-riċerka turi li t-tfal jistgħu jitgħallmu ħafna minn esperjenzi interġenerazzjonali u peress li fil-vaganzi tas-sajf għadd ta’ tfal ikunu għal xi ġranet man-nanniet tagħhom, jista’ l-Ministru jikkunsidra li dan ikun permissibbli fost l-oħrajn bil-preżenza ta’ child carer fl-istess Day Centre tal-anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-iskop taċ-ċentri huwa li l-anzjani jiġu pprovduti b’attivitajiet, li fihom ikunu qed jibbenifikaw u fl-istess ħin jikkontribwixxu fis-soċjetà. Iċ-ċentri ta’ Anzjanità Attiva, jagħtu diversi opportunitajiet lill-anzjani li jattendu ċ-ċentri, fejn saħansitra jieħdu sehem fi proġetti ma’ skejjel diversi u għaqdiet mhux governattivi. Fiċ-ċentri jsiru wkoll sezzjonijiet ta’ tagħlim, li l-anzjani jattendu għalihom bi ħġarhom. It-tfal iridu post, fejn jiġu pprovduti bl-istimulazzjoni neċessarja li hemm bżonn fl-età tagħhom u nħossu li ċ-Ċentri mhumiex l-post addatat għalihom. Il-preżenza ta’ child carer, hija idea tajba li wieħed jista’ jikkunsidra ‘l quddiem.
Ministeru għat-Turiżmu — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn l-2004 u l-2012 il-kumpanija / numru tal-VAT imsemmija ngħatat b’kemm jiswew €343,460.03 f’xogħlijiet ta’ stampar, xiri ta’ kotba u sponsorships fost l-oħrajn.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti struzzjonijiet mill-aktar fis sabiex jibdew ix-xogħlijiet ta’ riparazzjoni fuq il-lift tal-poliklinika ta’ Ħal Qormi li ilu ma jiffunzjona għal dawn l-aħħar ġimgħat?
Jista’ l-Ministru jgħid meta Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi (il-parti indikata fis-site plan li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament) se tiġi asfaltata? Dan hekk kif l-istat infrastrutturali tal-istess triq qed iwassal biex iż-żona tattira numru ta’ abbużi fosthom rimi ta’ skart abbużiv, ipparkjar ta' vetturi kummerċjali u karozzi skrapjati, xi ħaġa li ma tixraqx lir-residenti Qriema b’mod speċjali dawk li jgħixu fil-blokka tal-appartamenti biswit l-istess parti tat-triq.
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija, u toroq oħra bħalha li qatt qabel ma ġew mibnija u miksija bl-asfalt ser ikunu waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-aġenzija Infrastructure Malta, li ser titwaqqaf hekk kif il-liġijiet dwarha jiġu approvati mill-Parlament u jidħlu fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin. Infrastructure Malta ser ikollha l-fondi u r-riżorsi tekniċi meħtieġa sabiex tibni dawn it-toroq li qatt qabel ma ġew asfaltati.
Kunsill Lokali Ħal Qormi – talba għal devoluzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba għal devoluzzjoni li saret mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi liema talba għal devoluzzjoni se twassal biex il-Mitħna ta’ Ħal Qormi tiġi amministrata mill-Kunsill?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saret il-valutazzjoni tal-propjeta’ msemmijja. It-talba tinsab fil-proċess sabiex jiġi abbozzat il-kuntratt għad-devoluzzjoni.
Jista’ l-Ministru jipprovdi assistenza sabiex isir it-tindif neċessarju fi Triq Amleto Spiteri f'Ħal Qormi (eżattament il-parti li tinsab indikata fis-site plan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament), liema triq qed jintrema fiha skart abbużiv fosthom karozzi skrapjati, xi ħaġa li ma tixraqx lir-residenti Qriema b'mod speċjali dawk li jgħixu fil-blokka tal-appartamenti biswit l-istess parti tat-triq?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tindif ta’ toroq ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Ħal Qormi – Triq Amleto Spiteri – assistenza lill-Kunsill Lokali mill-Korp tal-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru permezz tal-Korp tal-Pulizija jipprovdi assistenza lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi biex jinġabru l-vetturi skrapjati li jinsabu fi Triq Amleto Spiteri kif ukoll biex isir infurzar u jitneħħew il-containers u trakkijiet ipparkjati illegalment bħalma jidhru fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif dejjem għamlet il-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħal Qormi ser tkompli tassisti lill-Kunsill Lokali tal-istess lokalità, sabiex kull ingombru, inkluż dak imsemmi fil-mistoqsija jitneħħa. Minħabba t-tip u ammont ta’ vetturi u containers li jinsabu fit-triq indikata, dan l-infurzar irid isir bl-assistenza ta’ Dipartimenti oħra peress illi jinħtieġu vetturi attrezzati għat-tneħħija tal-istess vetturi u/jew containers u peress illi wara jinħtieġ spazju fejn dawn jinżammu. Fil-frattemp il-Pulizija tkompli b’rondi regolari fil-lokalità biex jitnaqqsu aktar abbużi.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tinbidel il-bankina ta’ Triq il-Wied Ħal Qormi (il-parti ta’ quddiem il-Klabb tal-Boċċi) hekk kif ġiet imwiegħda lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi f’Mejju 2016?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta' titjib fit-triq indikata qed jiġi ppjanat sabiex jitwettaq fiż-żmien li ġej.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4908 dwar meta se jsir l-asfaltar ta’ Triq il-Kanun (il-parti ta’ bejn Triq il-Valletta u Triq is-Sebħ), jista’ l-Ministru jispeċifika meta huwa ppjanat li jsir ix-xogħol hekk kif minn din l-istess triq jgħaddi ammont kbir ta’ traffiku kuljum hekk kif tispara għal ġo triq arterjali u l-kundizzjoni attwali hija ħażina ħafna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Ħal Qormi — Triq il-Kanun – xogħol infrastrutturali
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 4580, jista’ l-Ministru jispeċifika meta se jsir ix-xogħol infrastrutturali fi Triq il-Kanun, Ħal Qormi, eżattament il-parti ta’ bejn Triq il-Valletta u Triq is-Sebħ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti tat-triq imsemmija ser tiġi mtejba permezz ta' xogħlijiet separati, li jibdew wara li titlesta l-ħidma li għaddejja bħalissa. Ix-xogħol meħtieġ biex din it-triq tiġi mtejba nqasam f'fażijiet sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent lil dawk li jużaw din it-triq jew jgħixu fl-inħawi tagħha.
Ministeru għal Għawdex — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tagħha, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Tista’ tgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li ma ngħata l-ebda xogħol jew inxtraw kotba mingħand il-kumpanija msemmija mid-dipartimenti jew l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tal-Ministeru.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-21 ta’ Frar tas-sena 2000, dan il-ministeru kien xtara għaxar publikazzjonijiet ta' Temple of the Knights of Malta b’nefqa ta’ €450.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — xogħol u xiri ta’ kotba minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatatx xogħol jew inxtrawx kotba mingħandha, mill-Ministeru tiegħu, jew dipartimenti, entitajiet, fondazzjonijiet, aġenziji, kumpaniji, korporazzjonijiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, sena b’sena, minn Jannar 2000 sa Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax jew jekk ix-xiri sarx b’direct order jew b’tender, kemm kienet l-ispiża f’kull każ u x’kien ix-xogħol mogħti jew ix-xiri li sar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru fis-sena 2001 xtara numru ta’ kotba mingħand il-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament. L-ammont minfuq kien dak ta’ €337.76.
Ninsab infurmat ukoll li dan il-Ministeru xtara numru ta’ kotba fis-snin 2001, 2002, 2004, 2005 u 2006 mingħand kumpanija b’isem differenti iżda bl-istess numru ta’ Reġistrazzjoni tal-VAT bħal dak tal-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament. Dan ix-xiri kien jammonta għal €2,248,19.