Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta – Żona Ta’ Mlit – Akkomodazzjonijiet soċjali – Lifts – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema blokok tal-akkomodazzjoni soċjali f’Ta’ Mlit, il-Mosta bħalissa nbdew jew jinsabu għaddejjin xogħlijiet għall-installazzjoni ta’ lift? Jista’ jgħid ukoll f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet f’kull blokka u jagħti data indikattiva għal meta kull lift huwa mistenni li jkun operattiv?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa hemm ħames siti miftuħa f'Ta' Mlit, il-Mosta. • Blokk D1, Entratura B, Triq il-Gradiljoli – Bħalissa qed nistennew it-tlestija tal-manifattura tal-istruttura tal-metall tax-xaft tal-lift. •             Blokk A1, Entratura A, Triq id-Dawr, kif ukoll Blokok A4 u A5, Triq il-Gżari, u Blokk C2, Triq il-Planċ – L-ordni biex jibdew ix-xogħlijiet ser tinħareġ dan ix-xahar. Il-kunsinna tal-lifts hija prevista għall-bidu tas-sena 2027.

Il-Mosta – Żona Ta’ Mlit – Akkomodazzjonijiet soċjali – Lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema mill-blokok ta’ appartamenti tal-akkomodazzjoni soċjali fiż-żona Ta’ Mlit, il-Mosta ġew installati lifts għall-użu tar-residenti? Jista’ jgħid ukoll f’liema sena ġie installat il-lift f’kull blokka u jekk dawn il-lifts humiex kollha operattivi fil-preżent?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-2020 u l-2024 ġew installati tlettax-il lift fil-blokok imsemmija hawn taħt: 2020 – Block C1 Ent A u Block B3 2021 – Block D2 2022 – Block F4 u Block G4 2023 – Block A2, Block B2, Block C3, Block D3, Block G1, Block G3, Block B4 u Block C5 2024 – Block F1 F’każ li lift ikun wieqaf, ir-residenti għandhom jirrapportaw il-ħsara direttament lill-kuntrattur jew lill-fornitur responsabbli mill-manutenzjoni tiegħu. F’każ li l-ħsarat ikunu qed iseħħu b’mod frekwenti, ir-residenti huma mitluba jinfurmaw ukoll lill-Awtorità sabiex tkun tista’ tieħu l-passi meħtieġa. Fil-preżent, m’għandna l-ebda indikazzjoni jew rapport li jindika li hemm liftijiet wieqfa.

Il-Mosta – Żona Ta’ Mlit – Akkomodazzjonijiet soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm blokok ta’ appartamenti tal-akkomodazzjoni soċjali fiż-żona Ta’ Mlit, il-Mosta u kemm hu n-numru ta’ appartamenti f’kull blokka?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ż-żona Ta’ Mlit, fil-Mosta tikkonsisti fi 28 blokka ta’ appartamenti. B’kollox hemm total ta 216 -il appartament. Qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi dawn il-blokok fid-dettal.

Investiment fis-settur tal-AI

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment qed jalloka l-Gvern fis-settur tal-AI u x’ser ikunu l-miri long-term għall-programm AI4ALL?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi hekk k if imhabbar fid-diskors tal-Budget 2026, il-Gvern alloka €100 miljun għad-diġitalizzazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji bħall-Intelliġenza Artifiċjali. Il-programm l-AI4ALL huwa intenzjonat li joffri programm edukativ li jibda billi jesponi lill-individwi Maltin minn eta' ta' 14-il sena u akbar, għal-prinċipji bażiċi u fundamentali tal-użu tal-IA. Grazzi għall-ewwel fażi, kull min hu eliġibbli biex jipparteċipa f'dan il-programm edukattiv jista' jilħaq livell ta' tagħlim li jippermettilu juża l-IA b'mod sigur. Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq it-tieni fażi li matulha se jkunu offruti korsijiet li jiffokaw fuq kif wieħed jista' juża l-IA f'sitwazzjonijiet partikolari, bħall-IA għal-impjegati tas-settur pubbliku, u kif tista' tintuża l-IA minn persuni li qed iffitxu xogħol. Din il-fażi, apparti li qed tinkludi l-iżvilluppar tal-kontenut, se tinkludi ukoll l-akkreditazzjoni ta' dawn il-korsijiet addizzjonali. B'hekk dawk l-individwidi li jkomplu b'suċċess dawn l-'pathways' addizzjonali se jkunu jistgħu jirċievi ċertifikat li jikkonferma il-livell edukattiv miksub.

Programm AI għal Kulħadd (AI4ALL)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ser ikun qed joffri l-programm AI għal Kulħadd? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet il-konkorrenza mit-tnedija tagħha?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor. Interpellant illi l-programm AI għal Kulħadd huwa programm nazzjonali edukattiv li jesponi lill-individwi Maltin minn eta' ta' 14-il sena u akbar, għal-prinċipji bażiċi u fundamentali tal-użu tal-IA. Dan il-programm jibda bi 3 korsijiet li jiffokaw fuq l-elementi fundamentali tal-IA, l-IA għall-ħajja ta' kuljum u l-IA għat-tagħlim. Kull min jsegwi u jwieġeb l-mistoqsijiet relatati ma' dawn il-korsijiet jilħaq livell ta' tagħlim li jwassal għal użu sigur tal-IA. L-individwi li jaslu sa' dan il-livell jirċievu ċertifikat li jikkonferma li t-tlett korsijiet ġew konklużi b'suċċess, kif ukoll aċċess għal-sena b'xejn għal-ChatGPT Plus jew Microsoft 365 Personal bil-Copilot AI. Il-progress tal-ewwel fażi kien wieħed pożitiv ħafna, b'aktar minn  29,000 individwu rreġistraw u bdew il-programm fl-ewwel seba’ ġimgħat mit-tnedija tiegħu. 15,839 individwu lestew it-tlett korsijiet u rċevew abbonament ta' sena għal-wieħed mill-għodod tal-IA msemmija.

PGTM – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet għall-proċess tal-PGTM minn meta ġie introdott, għal liema kundizzjonijiet iddaħħlu l-applikazzjonijiet u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati b’identifikazzjoni ta’ liema kienu l-kundizzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mill-introduzzjoni tal-PGTM fl-2022 daħlu tlett applikazzjonijiet għand l-Awtorita’ għall-Protezzjoni tal-Embrijun, sabiex isiru trattamenti bl-użu tal-PGTM.  L-applikazzjonijiet kienu jkopru tlett kundizzjonijiet mid-9 li hemm approvati u cioe, Huntington Disease, Gangliosidosis u Finnish Nephrotic Syndrome.  Waħda mill-applikazzjonijiet kienet approvata u sar l-IVF bl-użu tal-PGTM.  It-tnejn l-oħra għadhom għaddejjin bil-proċess ta’ validazzjoni.

IVF – Mediċini b’xejn

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il koppja jew persuna single gawdiet mill-mediċini b’xejn tal-IVF?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li minn din il-miżura tar-Rifużjoni tal-mediċini preskritti għall-proċeduri ta’ Riproduzzjoni Medikament Assistita, ibbenefikaw 2322 ġenituri prospettivi.

IVF – Mediċini b’xejn – Introduzzjoni u investiment allokat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ġew introdotti l-mediċini b’xejn tal-IVF u x’investiment alloka dan il-Gvern fuq dawn il-mediċini, sena b’sena minn meta bdew jiġu offruti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-rifużjoni tal-Medicina tal-IVF daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2022 għal ġenituri prospettivi li kienu jagħmlu l-proċeduri tal-IVF ġewwa MDH ART Clinic.  B’effett mill-1 ta’ Jannar 2023 żdiedu ukoll il-proċeduri medikament assistiti li kienu qed isiru fi kliniċi Maltin liċenzjati u reġistrati. Ir-rifużjoni tal-mediċini tammonta għal total ta’ €4,600.564.50, maqsuma kif ġej: 2022 -   €384,262.18 2023 -   €646,745.28 2024 -   €916,902.81 2025 -   €1,849.636.19 2026 -   €803,018.04 (Jannar sa Ġunju)

IVF – Persentaġġ tat-twelid

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm żdied il-persentaġġ ta’ twelid permezz tal-IVF mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam dawn iċ-ċifri maħruġa sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ż-żieda fil-persentaġġ ta’ twelid minn proċeduri tal-IVF mill-2013 sas-sena 2025 hija ta’ 25.01%.  Dan għaliex fl-2013 meta saru l-ewwel proċeduri tal-IVF regolati, it-Take Home Baby Rate kienet 18%, u fl-2025 it-Take Home Baby Rate issa hija 45.01%.

Take home baby rate

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi t-take home baby rate mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam dawn iċ-ċifri sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-National Take Home Baby Rate mill-2013 sas-sena 2025 hija kif indikat hawn taħt: 2013 – 18.00% 2014 – 18.90% 2015 – 18.79% 2016 – 20.15% 2017 – 16.78% 2018 – 18.70% 2019 – 17.74% 2020 – 15.44% 2021 – 20.62% 2022 – 26.64% 2023 – 26.59% 2024 – 35.72% 2025 – 45.01%

Trabi mwielda – Donazzjonijiet ta’ gameti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi permezz ta’ donazzjoni ta’ gameti, u jaqsam dawn iċ-ċifri skont l-istejjer ta’ suċċess minn donazzjonijiet ta’ oocytes u spermatozoa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellanta li d-donazzjoni tal-gameti ġiet fis-seħħ fl-2018, u minn dakinhar twieldu total ta’ 88 tarbija permezz ta’ gameti donati, skond kif jidher hawn taħt: 51 tarbija bl-użu ta’ donor sperm 30 tarbija bl-użu ta’ donor oocytes u 7 trabi li twieldu bl-użu kemm ta’ donor sperm u ta’ donor oocytes.

IVF – Trabi mwielda – Koppji tal-istess sess

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi permezz tal-IVF minn koppji tal-istess sess?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil-Onor. Interpellanta li d-donazzjoni tal-gameti ġiet fis-seħħ fl-2018, u minn dakinhar twieldu 44 tarbija lill-koppji femminili tal-istess sess.

IVF – Trabi mwielda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi permezz tal-IVF mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-trabi mwielda minn proċeduri tal-IVF mill-2013 sas-sena 2025 huma kif indikat hawn taħt: 2013 – 25 tarbija 2014 - 41 tarbija 2015 – 72 tarbija 2016 - 62 tarbija 2017 - 61 tarbija 2018 – 58 tarbija 2019 – 24 tarbija 2020 - 27 tarbija 2021 – 47 tarbija 2022 - 85 tarbija 2023 – 103 tarbija 2024 – 161 tarbija 2025 – 181 tarbija mwielda u 37 oħra li se jitwieldu (still pregnant from Oct to Dec Cycles). 2026 – 74 tarbija (all still pregnant from Cycles January to June 2026). 50 tarbija oħra twieldu permezz tal-użu tal-IUI. Total ta’ trabi mwielda huwa 998, total ta’ trabi li mistennija jitwieldu huwa ta’ 111 u total mill-proċeduri mill-2013 sall-llum huwa ta’ 1109 trabi.

Liġi tal-IVF – Emendi – Ċikli

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi d-definizzjoni ta’ ċiklu wara l-emendi li ddaħħlu fis-seħħ fil-liġi tal-IVF fl-2022? Jista' jgħid ukoll kemm huma permessi ċikli tal-IVF għal kull koppja jew persuna single?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-definizzjoni ta’ ċiklu kif emendata fl-2022 hija l-IVF/ICSI u t-trasferiment ta’ kull embrijun ikkrejat f’dak iċ-ċiklu. Biex nagħtu eżempju ġenituri prospettivi li jingħataw permess jikkrejaw sa massimu ta’ 8 embrijuni f’ċiklu, l-IVF u l-possibilta’ ta’ 8 embryo transfers jitqiesu bħala ċiklu wieħed. Il-Gvern Malti joffri sa massimu ta’ ħames ċikli b’xejn lill-ġenituri prospettivi irrespittivament mill-orjentazzjoni sesswali jew ġeneru tagħhom.

IVF – Benefiċjarji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il koppja jew persuni single bbenefikaw mis-servizz tal-IVF mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam dawn iċ-ċifri maħruġa sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ ġenituri prospettivi li bbenefikaw mill-IVF żdiedu kull sena kif indikat hawn taħt. 2013 – 100 2014 – 170 2015 – 304 2016 – 273 2017 – 311 2018 – 249 2019 – 161 2020 – 214 2021 – 354 2022 – 480 2023 – 599 2024 – 768 2025 – 774 Total ta’ 4757 ġenituri prospettivi

IVF – Baġit allokat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm żdied il-baġit allokat għall-IVF mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam dawn iċ-ċifri maħruġa sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: In Vitro Fertilization Programme - Budget Alloca-tions Total 2013    €75,000            €75,000 2014    €500,000            €500,000 2015    €500,000            €500,000 2016    €600,000            €600,000 2017    €1,000,000            €1,000,000 2018    €1,600,000            €1,600,000 2019    €1,600,000            €1,600,000 2020    €1,600,000            €1,600,000 2021    €1,600,000    +    €471,000    €2,071,000 2022    €2,500,000    +    €680,000    €3,180,000 2023    €2,500,000            €2,500,000 2024    €7,000,000            €7,000,000 2025    €4,000,000    +    €1,381,850    €5,381,850 2026    €6,700,000            €6,700,000 The initial column is the actual budget allocation. The additional amount are vire-ments to the line item towards the end of the year to further top-up the allocation due to additional expenses incurred throughout that current year.

Il-Mosta - Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista dettaljata tax-xogħlijiet kollha li bħalissa huma mitluba jew ippjanati mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-lokalità tal-Mosta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li bħalissa huma mitluba jew ippjanati mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-lokalità tal-Mosta huma: i.               Grawnd tal-futbol ta’ Mosta FC ii.               Triq iz-Zakak iii.              Sqaq Xorxa iv.               Triq il-Mitħna l-Qadima v.                Triq il-Kurat Schembri.