Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm min-numru ta’ twelid ħaj (live births), it-twelid kien jirrigwarda l-ewwel tarbija, it-tieni tarbija, it-tielet tarbija u r-raba' tarbija jew aktar, mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' twelid ħaj (live births) irreġistrat f'Malta mis-sena 2000 sal-aħħar ħin li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet ir-rata totali tal-fertilità (Total Fertility Rate), jiġifieri l-medja tan-numru ta' tfal li mara mistennija jkollha matul il-ħajja riproduttiva tagħha abbażi tar-rati ta' fertilità skont l-età f'dik is-sena, mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Operazzjonijiet ta’ total knee replacement – Lista ta’ stennija
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent hemm fuq il-lista ta' stennija għal total knee replacement taħt kull wieħed mill-konsulenti ortopediċi fis-servizz pubbliku, skont l-aktar data reċenti disponibbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026
fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex
kien hemm 504 pazjenti li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.
Operazzjonijiet ta’ total knee replacement – Konsulenti ortopediċi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min huma l-konsulenti ortopediċi li bħalissa qed iwettqu operazzjonijiet ta' total knee replacement fis-servizz pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex hemm b’kollox 18 -il konsulent ortopediku li jagħmlu operazzjonijiet ta’ total knee replacement.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' total knee replacement fl-Isptar Mater Dei u kemm saru operazzjonijiet ta' total knee replacement fi sptarijiet privati permezz ta' skemi jew kuntratti tal-Gvern mill-2021 sal-aktar data reċenti disponibbli, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li n-numru ta’ operazzjonijiet ta’ total knee replacement fi sptarijiet privati permezz ta’ skemi jew kuntratti tal-Gvern mill-2021 sal-2025 huwa kif jidher hawn taħt:
Sena
Total Knee Replacement
2021
2
2022
13
2023
4
2024
110
2025
677
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' total knee replacement fis-servizz tas-saħħa pubbliku, mill-2021 sal-aktar data reċenti disponibbli, maqsuma sena b’sena, u jqiegħed din l-informazzjoni f'tabella li tippermetti tqabbil bejn is-snin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab
infurmat li n-numru ta’ operazzjonijiet ta’ total knee replacement fl-isptarijiet pubbliċi ta’ Malta u Għawdex mill-2021 sal-2025 huwa kif jidher hawn taħt:
Sena
Total Knee Replacement
2021
386
2022
497
2023
611
2024
638
2025
712
IVF – Proċessi li jsiru barra minn Malta – Għajnuna mill-Gvern
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'tip ta' għajnuna joffri l-Gvern lill-persuni jew koppji li jkollhom bżonn imorru barra minn Malta biex jagħmlu l-proċess tal-IVF?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (cross-border healthcare directive) 2011/24/UE tippermetti liċ-ċittadini Ewropej biex jaċċessaw kura tas-saħħa lil hinn mill-fruntieri u jingħataw rimbors f’pajjiżhom. Il-proċess tal-IVF f’pajjiż ieħor huwa fost is-servizzi li wieħed jista’ jagħmel użu minnhom permezz tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali. L-IVF permezz tad-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali huwa soġġett għal awtoriżżazzjoni minn qabel u jsir f’konformita’ mal-liġijiet dwar l-IVF applikabbli f’Malta.
Barra minn hekk, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023, ma għadhiex meħtieġa approvazzjoni minn qabel għar-rimbors ta’ prodotti mediċinali preskritti bħala parti mit-trattament tal-IVF. Din l-iskema tapplika għal koppji jew persuni li jkunu qegħdin jagħmlu trattament tal-IVF f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u fir-Renju Unit, f’konformita’ mal-liġijiet dwar l-IVF applikabbli f’Malta.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru proċessi ta' IVF f'Malta u kemm saru barra minn Malta, matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari numri 562 u 1457 ta’ din il-Leġislatura, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ kemm saru proċessi ta’ IVF f’Malta u barra minn Malta rispettivament.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru proċessi ta' IVF barra minn Malta għal kull sena, matul il-perjodu bejn l-2013 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li n-numru ta’ proċeduri tal-IVF li saru barra minn Malta u li ngħataw rimbors permess tal-cross-border healthcare directive kien bħal ma jidher fit-tabella li tinsab hawn taħt. Ta’ min jinnota li din l-informazzjoni hi ibbażata fuq dawk il-proċeduri li kienu approvati u li
ngħataw rimbors
fis-sena li tidher hawn taħt.
Sena
Numru ta' Pro
ċ
eduri tal-IVF li ngħataw Rimbors permess tal-Cross border Healthcare Directive
2013
0
2014
0
2015
0
2016
0
2017
0
2018
0
2019
0
2020
0
2021
3
2022
0
2023
2
2024
10
2025
13
2026
13
Total
41
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Għarfien – Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms u sabiex il-familji eleġibbli jkunu infurmati dwar l-għajnuna disponibbli u l-mod kif jistgħu japplikaw għalih?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li qed jittieħdu diversi miżuri sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-fond relatat mal-ħolqien ta’
sensory rooms
u sabiex il-familji eleġibbli jkunu infurmati dwar l-għajnuna disponibbli. Dawn jinkludu t-tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-websajt u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-Ministeru u tal-entitajiet kkonċernati, kif ukoll permezz ta’ ħidma ta’ informazzjoni u gwida mogħtija direttament lill-pubbliku.
Barra minn hekk, qed isiru inizjattivi ta’ outreach permezz tal-parteċipazzjoni fi programmi televiżivi, f’ċentri tal-anzjani, mal-kunsilli lokali u fi ħdan diversi għaqdiet volontarji (NGOs), bil-għan li jinxtered aktar tagħrif fost il-pubbliku inġenerali dwar din l-iskema, il-benefiċċji tagħha u l-kriterji ta’ eliġibbiltà.
Il-familji li jistgħu jkunu eleġibbli qed jiġu mgħarrfa wkoll dwar il-proċess tal-applikazzjoni sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-għajnuna disponibbli. Fejn meħtieġ, qed tingħata assistenza matul il-proċess tal-applikazzjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-fond.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Investiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern fil-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms minn meta tnieda u jagħti rendikont maqsum sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms ġiet sottomessa minn meta tnieda, kemm minnhom ġew approvati, miċħuda jew għadhom pendenti u kemm-il familja bbenefikat minnu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta tnediet l-Iskema SensAbility, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 153 applikazzjoni. Minn dawn 128 applikazzjoni ġew approvati filwaqt li applikazzjoni waħda ġiet meqjusa bħala invalida. Kien hemm total ta’ 21 applikazzjoni li ġew irtirati u hemm 3 applikazzjonijiet pendenti.
It-total ta’ familji li bbenefikaw mill-iskema sal-ġurnata li fiha qiegħda titwieġeb il-mistoqsija parlamentari jammonta għal 117.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju tal-proċess tingħata l-allokazzjoni finanzjarja għall-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms u ċjoè; qabel, waqt jew wara li jsir ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
L-allokazzjoni finanzjarja relatata mal-fond għall-ħolqien ta’
sensory rooms
tiġi approvata wara li jkunu tlestew ix-xogħlijiet, sakemm dawn ikunu twettqu skont il-kundizzjonijiet u l-kriterji tal-iskema.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Applikazzjoni – Proċess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess sabiex wieħed japplika għall-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms u x’inhu ż-żmien medju sabiex applikazzjoni tiġi pproċessata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sabiex wieħed japplika għall-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms hemm bżonn li tiġi sottomessa applikazzjoni taħt il-kappa tal-iskema tad-Diżabiltà. Il-fondi li jingħataw għall-apparat sabiex tiġi konvertita kamra bħala sensory room huwa €6,000 u l-approvazzjoni tal-applikazzjoni tieħu ftit ġranet dment li l-applikazzjoni tkun kompluta bid-dokumenti meħtieġa. Il-fondi jitħallsu wara li l-applikanti jissottomettu l-irċevuti
fiskali tal-apparat mixtri jew installat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms? Jista’ jgħid ukoll:
i. meta twaqqaf dan il-fond;
ii. min huwa eleġibbli għalih;
iii. x’għajnuna finanzjarja tingħata; u
iv. x’tip ta’ spejjeż jew tagħmir huma koperti minn dan il-fond?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema SensAbility ġiet ippubblikata fl- 1 ta’ Novembru 2019. Eleġibbli għal din l-iskema huma applikanti jew membru tal-familja b'diżabbiltà li jesperjenzaw sfidi sensorji u li fid-data tal-applikazzjoni :
· huwa s-sid,
· il-kerrej konoxxut,
· l-enfitewta perpetwu jew temporanju,
· ma jippossjediex titolu fuq il-post iżda qiegħed jgħix fih bil-permess ta’ sid id-dar li fuqha qed issir it-talba għall-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema.
L-għajnuna finanzjara taħt din l-Iskema tammonta għal €6,000. Barra minn hekk, għajnuna finanzjarja se tingħata għall-bdil ta’ madum tal-art biex jinkludi l-ebda disinn u ripetizzjoni ta’ disinn fil-madum u bdil ta’ twieqi/bibien. Aktar tagħrif jista jinkiseb minn
https://housingauthority.gov.mt/scheme/sensability-scheme/
Il-lista ta’ tagħmir qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talba pendenti għall-installazzjoni ta' rampa ta' aċċess fir-rigward tal-blokka tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar l-istadju li fih tinsab din it-talba?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li hemm talba pendenti għall-installazzjoni ta’ rampa ta’ aċċess għal din il-blokka, li bħalissa qed tiġi evalwata. Wara stħarriġ li sar mit-tekniċi tal-Awtorità tad-Djar, ġie kkonstatat li rampa konformi mal-linji gwida tal-“Access for All” ma tistax titwaħħal fl-ispazju disponibbli. Għaldaqstant, saret talba lis-CRPD sabiex tipprovdi gwida dwar kif għandu jitmexxa dan il-każ.
Blokok tal-Gvern – Rampa ta’ aċċess fid-daħla/ħruġ – Installazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess li persuna b'diżabilità, residenti fi blokka tal-Gvern, għandha ssegwi sabiex tressaq talba għall-installazzjoni ta' rampa ta' aċċess fid-daħla jew il-ħruġ tal-blokka fejn tirrisjedi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fil-proġetti ġodda għall-installazzjoni ta’ lifts fi blokok tal-Gvern, l-installazzjoni ta’ rampi ta’ aċċess qed tiġi kkunsidrata bħala parti integrali mill-proġett. Fejn ma jkunx hemm proġett għall-installazzjoni ta’ lift, persuna b’diffikultaijiet ta’ mobilità, tista’ tikkuntattja lis-Servizz tal-
Customer Care
tal-Awtorità tad-Djar u tressaq talba għall-rampa. Fit-talba għandhom jiġu pprovduti:
- l-isem u d-dettalji tal-persuna fil-bżonn;
- numru tat telefon, indirizz ta’ posta elettronika tal-applikant u
- l-indirizz sħiħ tal-blokka kkonċernata.
Il-Mosta – Żona Ta’ Mlit – Akkomodazzjonijiet soċjali – Lifts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm blokok tal-akkomodazzjoni soċjali f’Ta’ Mlit, il-Mosta, li fil-preżent m’għandhomx lift u li għalihom la hemm xogħlijiet ta’ installazzjoni għaddejjin u lanqas applikazzjoni pendenti? Jista’ wkoll jelenka dawn il-blokok?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi fiż-żona ta’ Mlit ġewwa l-Mosta, hemm is-segwenti blokok li fil-preżent m’għandhomx lift u li għalihom la hemm xogħolijiet ta’ installazzjoni u lanqas applikazzjonijiet pendenti:
Blokk A1 Entratura B, Blokk C1 Entratura B, Blokk F5 Entraturi A u B, Blokk G2, Blokk K1 u Blokk K2.
Il-Mosta – Żona Ta’ Mlit – Akkomodazzjonijiet soċjali – Lifts – Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-installazzjoni ta’ lift fi blokok tal-akkomodazzjoni soċjali f’Ta’ Mlit, il-Mosta, tinsab pendenti? Jista’ wkoll jelenka l-blokok rispettivi u l-istadju li fih jinsab il-proċess għal kull blokka?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm erba' applikazzjonijiet attivi fi stadji varji ta' progress, kif deskritt hawn taħt:
Blokk F2, Triq in-Nasba, Mosta – Il-permess tal-ippjanar ingħata, u l-pjanti tal-kostruzzjoni u l-istima tax-xogħlijiet qed jiġu ppreparati.
Blokk D1, Entratura B, Triq il-Gradiljoli, Mosta – Il-permess tal-ippjanar ingħata, u l-pjanti tal-kostruzzjoni u l-istima tax-xogħlijiet qed jiġu ppreparati.
Blokk B1, Triq id-Dawr, Mosta – Ix-xogħlijiet ġew assenjati lil kuntrattur. Il-kostruzzjoni hija mistennija li tibda ġaladarba l-kuntrattur ikun lesta s-siti miftuħa li bħalissa huma assenjati lil l-istess kuntrattur.
Blokk A3, Triq il-Gżari, Mosta – L-applikazzjoni bħalissa qed tiġi riveduta mid-Dipartiment tal-Iskemi biex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà.