Legislature:
Category:
Reset
Active:

CYPS - Każijiet ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew riferuti każijiet ġodda lis-servizzi li qabel kienu joperaw bħala Child and Young People’s Services (CYPS) u li llum jiffurmaw parti miċ-Child and Adolescent Services (CAYS), matul l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont il-gruppi ta’ età?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1727.

CYPS - Każijiet ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew riferuti każijiet ġodda lis-servizzi li qabel kienu joperaw bħala Child and Young People’s Services (CYPS) u li llum jiffurmaw parti miċ-Child and Adolescent Services (CAYS), matul l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont il-ġeneru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz tas-CRHT - Persuni segwiti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien in-numru ta’ persuni li ġew segwiti mis-servizz tal-Crisis Resolution Home Treatment (CRHT)? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni ma kellhomx bżonn jiġu rikoverati fl-Isptar Mount Carmel u kemm kellhom bżonn jiġu rikoverati wara li ġew segwiti mis-servizz, minn meta twaqqaf is-servizz, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li mill-20 ta’ Diċembru 2021 sat-30 ta’ Settembru 2026, il-Crisis Resolution Home Treatment (CRHT) irċeviet 1,734 referral, li minnhom 1,600 (92.3%) ma kellhomx bżonn jiġu rikoverati fl-isptar Mount Carmel, filwaqt li 134 (7.7%) ġew ammessi f’ Mount Carmel. It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi l-istatistika bejn id-dati msemmija hawn fuq: Year Persons followed by CRHT Did not need admission to MCH Needed admission to MCH Admissions by CRHT Admissions by EPS/MDH % Total Admission Per Year % Did not need admission per Year 2021 8 8 0 0 0 0.0% 100.0% 2022 334 313 21 11 10 6.3% 93.7% 2023 362 336 26 17 9 7.2% 92.8% 2024 409 384 25 14 11 6.1% 93.9% 2025 343 309 34 19 15 9.9% 90.1% 2026 (till 30 Sept) 278 250 28 10 18 10.1% 89.9% Total 1,734 1,600 134 71 63 7.7% 92.3%

Community Mental Health Services - Persuni riferuti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew riferuti persuni għall-Community Mental Health Services minn sptarijiet, tobba tal-familja u servizzi oħra matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena u skont is-sors tar-referenza?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1723.

Community Mental Health Services - Każijiet attivi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm każijiet attivi li qed jiġu segwiti mill-Community Mental Health Services, maqsuma skont il-klinika?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1723.

Community Mental Health Services - First appointments

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ingħataw first appointments fi ħdan il-Community Mental Health Services matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Postijiet vakanti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm postijiet vakanti fis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku, maqsuma skont il-professjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li fil-preżent mhemmx vakanzi fis-servizzi tas-saħħa mentali fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.

Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Professjonisti li telqu

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm professjonisti li telqu mis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena u skont il-professjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għall-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa hija din: •    Foundation For Medical Services – Principal Social Worker wieħed u Senior Social Worker wieħed fl-2022; u Principal Social Worker wieħed fis-sena 2023. •    Older Persons Standards Authority - Nil •    Embryo Protection Authority - Nil •    Medicines Authority - Nil •    Malta Health Ltd – Nil •    Office of the Commissioner for Older Persons - Nil •    Office of the Commissioner for Mental Health - Nil •    Dar Kenn Għal Saħħtek - Nil

Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Reklutaġġ ta’ professjonisti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew reklutati professjonisti fis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena u skont il-professjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għall-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa hija din: •    Foundation For Medical Services - Nil •    Older Persons Standards Authority - Nil •    Embryo Protection Authority – Nil •    Medicines Authority - Nil •    Malta Health Ltd - Nil •    Office of the Commissioner for Older Persons – Nil •    Dar Kenn Għal Saħħtek - Nil •    Office of the Commissioner for Mental Health – Non-Emergency Patient Transport Aide – reklutat fis-sena 2024; u Senior            Staff Nurse – reklutat fis-sena 2022.

Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Professjonisti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’  professjonisti impjegati fis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku, maqsuma skont il-professjoni (inklużi psikjatri, psikologi, psychotherapists, psychiatric nurses, social workers, occupational therapists u professjonijiet oħra relatati)?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Mental Health Helpline 1579 - Bżonn ta’ intervent immedjat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il każ li daħal permezz tal-Mental Health Helpline 1579 kien jeħtieġ intervent immedjat jew involviment tas-servizzi ta’ emerġenza, mit-twaqqif tal-helpline sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Year Intervent immedjat 2022 8 2023 131 2024 326 2025 302 2026 146

Mental Health Helpline 1579 - Każijiet li ġew riferuti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet li waslu permezz tal-Mental Health Helpline 1579 u ġew riferuti għal servizzi oħra tas-saħħa mentali jew entitajiet oħra, maqsuma sena b’sena u skont it-tip ta’ servizz li ġew riferuti għalih?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Year NMHS Richmond Victim Support Malta Sedqa or Caritas Telemedicine 2022 21 7 5 9 23 2023 286 31 18 37 91 2024 394 52 38 53 162 2025 376 48 46 81 307 2026 315 27 15 45 183

Mental Health Helpline 1579 - Persuni li għamlu użu minnha

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna għamlet użu mill-Mental Health Helpline 1579 mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont il-gruppi ta’ età kif ġej: i.    taħt it-18-il sena; ii.   18 sa 24 sena; iii.   25 sa 44 sena; iv.   45 sa 64 sena; u v.    65 sena jew aktar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Year Total number of persons Age Minors 18-24 25-44 45-64 65+ N/A 2022 (from 09/11/2022) 664 4 8 66 131 141 314 2023 2955 11 93 209 1295 662 685 2024 5728 27 171 718 2226 881 1705 2025 5326 25 164 652 2069 728 1688 2026 (till 18/07/2026) 3063 21 113 387 1152 436 954

Mental Health Helpline 1579 - Persuni li għamlu użu minnha

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il persuna għamlet użu mill-Mental Health Helpline 1579 mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena u skont is-sess?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Year Total number of persons Gender Males Females No info 2022 (from 09/11/2022) 664 298 337 29 2023 2955 1368 1544 43 2024 5728 2647 3029 52 2025 5326 2481 2798 47 2026 (till 18/07/2026) 3063 1421 1604 38

Mental Health Helpline 1579 - Telefonati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irċeviet telefonati l-Mental Health Helpline 1579 mill-bidu tas-sena 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: 2024 January 744 February 767 March 780 April 769 May 753 June 738 July 913 August 876 September 796 October 1018 November 885 December 791 2025 January 881 February 688 March 909 April 912 May 862 June 811 July 982 August 1062 September 1007 October 1340 November 1014 December 867 2026 January 847 February 717 March 693 April 768 May 783 June 773 July (till 18/07/2026 477

Mental Health Helpline 1579 - Telefonati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm irċeviet telefonati l-Mental Health Helpline 1579 mit-twaqqif tagħha sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Year Total number of calls 2022 (from 09/11/2022) 911 2023 7636 2024 9830 2025 11335 2026 (till 18/07/2026) 5058 Grand total to date: 34770

NPICU – Trabi mwielda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm mit-trabi mwielda minn ommijiet fil-kategoriji tal-età ta' taħt l-20 sena, 20–24 sena, 25–29 sena, 30–34 sena, 35–39 sena, 40–44 sena u 45 sena jew aktar kienu jeħtieġu kura fin-Neonatal Paediatric Intensive Care Unit (NPICU), mis-sena 2018 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Neonates reported as being transferred to NPICU immediately or very soon after delivery by maternal age group 2018-2025 <20 20-24 25-29 30-34 35-39 40-44 45+ Total 2018 4 18 49 76 38 8 0 193 2019 22 26 66 83 40 6 1 244 2020 8 26 63 64 33 6 0 200 2021 6 18 43 59 41 6 0 173 2022 8 12 50 74 38 15 4 201 2023 10 22 58 113 50 8 2 263 2024 8 32 58 116 47 9 6 276 2025 11 19 65 107 59 13 5 279 Source: National Obstetrics Information System (NOIS) DHIR

Nisa li kellhom l-ewwel tarbija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li kellhom l-ewwel tarbija tagħhom fil-kategoriji ta' taħt l-20 sena, 20–24 sena, 25–29 sena, 30–34 sena, 35–39 sena, 40–44 sena u 45 sena jew aktar, mis-sena 2020 sal-aħħar ħin li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Numru ta’ twelid

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' twelid skont l-età tal-omm, maqsuma fil-kategoriji ta' taħt l-20 sena, 20–24 sena, 25–29 sena, 30–34 sena, 35–39 sena, 40–44 sena u 45 sena jew aktar, mis-sena 2000 sal-aħħar ħin li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Ommijiet li welldu l-ewwel tarbija – Età medja

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet l-età medja tal-omm meta welldet l-ewwel tarbija tagħha mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.