Persuni jew koppji li japplikaw għall-adozzjoni – Taħriġ/sessjonijiet ta' preparazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni jew koppji li japplikaw għall-adozzjoni humiex meħtieġa jattendu taħriġ jew sessjonijiet ta' preparazzjoni? Jekk iva, jista’ jgħid x'jinkludu dawn is-sessjonijiet u kemm idumu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Artiklu 22(1)(c) tal-Kapitlu 495 tal-Liġijiet ta’ Malta jipprovdi li l-aġenziji jew direttorati akkreditati għall-adozzjoni huma legalment responsabbli biex jipprovdu taħriġ lill-persuni li jkunu jixtiequ jadottaw.
Għaldaqstant, is-Servizz tal-Adozzjoni fi ħdan id-Direttorat għall-Kura Alternattiva (DAC) tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jipprovdi kors magħmul minn sitt sessjonijiet, b’kull sessjoni ddum madwar tliet sigħat. Is-sessjonijiet isiru fiżikament u fi gruppi.
Il-kors jkopri diversi suġġetti, fosthom introduzzjoni għall-adozzjoni, li tagħti ħarsa ġenerali lejn l-adozzjoni u lejn il-pajjiżi li magħhom Malta għandha akkreditazzjoni; ir-rabta emozzjonali u t-trawma li jistgħu jgħaddu minnha t-tfal li jiġu addottati; it-trobbija terapewtika; u l-addattament għall-ħajja l-ġdida.
Persuni jew koppji eliġibbli għall-adozzjoni – Kriterji
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li persuna jew koppja trid tissodisfa sabiex tkun eliġibbli għall-adozzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li Skont Artiklu 115(1) tal-Kodiċi Ċivili ta’ Malta (Kap 16 tal-Liġijiet ta’ Malta), il-kriterji li persuna jew koppja trid tissodisfa sabiex tkun eliġibbli għall-adozzjoni huma li tal-inqas wieħed mir-rikorrenti
1. Ikun laħaq l-età ta’ 28 sena
2. Ikun mill-inqas 21 sena akbar mill-persuna li ser tiġi addottata, iżda mhux iktar minn 50 sena akbar mill-persuna li se tiġi addottata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet internazzjonali mill-2015 sal-aħħar data disponibbli, maqsuma sena b’sena u jippreżenta tabella li turi minn liema pajjiżi saru dawn l-adozzjonijiet, bin-numru ta' adozzjonijiet għal kull pajjiż u għal kull sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellanti li l-informazzjoni mitluba minnha tinsab fit-tabella hawn taħt:
Adozzjonijiet internazzjonali mill-2015 maqsuma sena b’sena u minn liema pajjiż
[1]
State
2015
2016
2017
2018
2019
2020
2021
2022
2023
2024
2025
2026
Total
Bulgaria
-
-
-
-
-
-
3
-
-
-
1
3
7
Colombia
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
3
-
3
India
-
1
14
34
25
6
10
21
33
14
3
7
168
Portugal
-
-
4
6
1
2
1
11
3
-
1
-
29
Romania
-
-
-
-
-
-
-
-
1
-
-
-
1
Russia
4
3
-
-
-
-
-
-
-
-
-
-
7
Slovakia
-
-
1
-
4
-
-
-
1
1
-
-
7
[1] Jista’ jkun hemm diskrepanzi fl-istatistika tal-adozzjonijiet internazzjonali li saru qabel l-2022 minħabba nuqqas ta’ informazzjoni u l-istatiska bdiet tinżamm b’mod iktar rigoruż mill-2022 ‘l quddiem. Din l-istatistika tkopri sa
23/10/2026
.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru adozzjonijiet lokali mill-2015 sal-aħħar data disponibbli, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, f’każ ta’ adozzjonijiet lokali fejn persuna tadotta t-tfal tas-sieħeb jew sieħba tagħha, l-Awtorità Ċentrali ma jkollhiex din it-tip ta’ informazzjoni.
L-Awtorità Ċentrali hija involuta f’każijiet ta’ adozzjonijiet internazzjonali u transkonfinali. Għaldaqstant, kwalunkwe data relatata ma’ adozzjonijiet lokali ta’ din in-natura tkun miżmuma mill-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet għall-fostering u kemm ġew miċħuda mill-2015 sal-aħħar data disponibbli, maqsuma sena b’sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellanta, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt:
APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-
FOSTERING (Familji)
2015 – 2026
Sena
APPROVATI
MIĊĦUDA
2015
40
6
2016
13
0
2017
16
0
2018
32
2
2019
21
3
2020
28
1
2021
23
3
2022
18
2
2023
20
1
2024
14
1
2025
27
*
2
2026
9
0
*
Dawn jinkludu
:
v
Familja waħda li eventwalment kompliet bil-proċess wara appell,
v
Familja waħda li ċ-ċirkostanzi tagħha nbidlu u eventwalment kompliet bil-proċess,
v
Familja waħda li reġgħet ġiet approvata wara l-appell.
Jista' l-Ministru jgħid jekk foster carers li jilqgħu tarbija fil-familja tagħhom humiex intitolati għall-istess maternity leave, paternity leave, parental leave u benefiċċji soċjali oħra li jingħataw lill-ġenituri bijoloġiċi jew adottivi? Jekk le, jista’ jgħid liema huma d-drittijiet u l-benefiċċji li huma intitolati għalihom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li għalkemm Foster Carers m’humiex intitolati għall-istess Leave tal-Maternità jew Leave tal-Paternità, bħal ġenituri bijoloġiċi, Foster Parents huma intitolati għall-Leave tal-Ġenituri (Parental Leave) bl-istess mod bħal ġenituri bijolġiċi. Madanakollu, ġenituri li jiffosterjaw ulied jingħataw Foster Care Allowance li bħalissa u wara li ġie msaħħaħ matul l-aħħar snin, hija ta’ €130 fil-ġimgħa għal kull wild iffosterjat. Din l-Allowance tibqa’ titħallas sakemm it-tfal li jibqgħu fil-kura tal-fostering jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena.
Barra minn hekk, permezz ta’ miżura ta’ Budget reċenti, jekk il-ġenituri li jiffosterjaw, jaddottaw lit-tfal iffosterjati, l-Allowance tal-Fostering flok tieqaf mill-ewwel tibda tingħata bi tnaqqis gradwali sa perjodu ta’ 4 snin wara li t-tfal jiġu adottati mill-istess ġenituri li qabel kienu jiffosterjawhom jew sakemm tali tfal jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena, skont liema jseħħ l-ewwel.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja qed joffri l-Gvern lill-foster families? Jista' wkoll jispeċifika l-ammonti u l-kriterji ta' eliġibilità għal kull skema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Foster carers – Taħriġ, superviżjoni jew servizzi professjonali ta' appoġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk, wara li familja tibda toffri fostering, tingħatax taħriġ kontinwu, superviżjoni jew servizzi professjonali ta' appoġġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li wara li persuna jew persuni jiġu approvati bħala foster carers, jibqgħu jiġu offruti taħriġ kontinwu w appoġġ professjonali matul il-perjodu kollu li fih ikunu qed jipprovdu foster care.
Kull sena, is-Servizz tal-Fostering id-Direttorat għall-Kura Alternattiva fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) jipprepara Pjan Annwali ta’ Taħriġ. Dan il-pjan jintbagħat lil kull foster family permezz ta’ ittra u e-mail u jkun jinkludi numru ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ fuq temi differenti marbutin mal-foster care, kif ukoll l-iżvilupp u l-benesseri tat-tfal u ż-żgħażagħ f'kura alternattiva, kif ukoll ma’ sfidi li jistgħu jiltaqgħu magħhom il-foster carers.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni jew koppji li japplikaw sabiex isiru foster carers humiex meħtieġa jattendu taħriġ qabel jiġu approvati? Jekk iva, jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan it-taħriġ, kemm idum u min jipprovdih?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li parti mill-kriterji ta’ eliġibbiltà sabiex persuna tiġi approvata bħala
foster carer
hija li tattendi t-taħriġ inizjali meħtieġ kif ukoll tgħaddi mill-proċess ta’ assessjar.
It-taħriġ inizjali huwa mifrux fuq perjodu ta’ seba’ (7) ġimgħat, b’sessjoni ta’ madwar tliet (3) siegħat kull ġimgħa. It-taħriġ jingħata minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti, li jista’ jinkludi Ħaddiema Soċjali,
Social Welfare Professionals
, counsellors u family therapists.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li persuna jew koppja trid tissodisfa sabiex tkun eliġibbli li ssir foster carer?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li kulħadd jista’ japplika biex isir
foster carer
, sakemm ikun għalaq mill-inqas 23 sena u jkollu l-abbiltajiet, il-kapaċitajiet u l-ħiliet meħtieġa biex jieħu ħsieb u joffri ambjent sigur u stabbli lit-tfal.
Minbarra dan, l-individwu għandu juri livell adegwat ta’ stabbiltà u maturità, kif ukoll impenn biex jipparteċipa fit-taħriġ meħtieġ u jgħaddi mill-proċess ta’ assessjar għall-
fostering
.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-tipi differenti ta' fostering offruti f'Malta u x'inhuma d-differenzi bejn kull tip?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li meta persuna jew persuni jiġu approvati mill-Bord tal-Foster Care, jingħataw liċenzja ġenerali ta’ Foster Carer/s. Għaldaqstant, id-Direttorat ma jagħmilx distinzjoni bejn tipi differenti ta’ placements.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm foster families approvati u kemm minnhom bħalissa għandhom tfal taħt il-kura tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li n-numru ta
Foster Families
li huma approvati (liċenzjati) huma 224 familja, filwaqt li n-numru ta’ familji li bħalissa għandhom tfal fil-kura u r-responsabbilità tagħhom f’Malta u Għawdex huma ta’ 160.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal bħalissa f'foster families f'Malta u Għawdex?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellanta li, n-numru ta’ tfal u żgħażagħ fil-
Foster Care
, f’Malta u Għawdex, huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Numru totali ta’ tfal u żgħażagħ
fil-Foster Care:
268
Bniet
166
(16 minnhom huma ’l fuq minn 18-il sena)
Subien
102
(8 minnhom huma ’l fuq minn 18-il sena)
B'referenza għall-proġett tal-mina f'San Pawl il-Baħar, tista' l-Ministru tagħti rendikont tax-xogħlijiet li twettqu sal-lum, ix-xogħlijiet li għadhom iridu jsiru u tindika x'inhu l-istadju li jmiss fl-implimentazzjoni tal-proġett?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li tlestew jinkludu l-kostruzzjoni tal-jacking u receiving shafts, aġġustamenti fil-mina minħabba l-infiltrazzjoni tal-ilma, kif ukoll saru konnessjonijiet oħra man-network eżistenti tad-drenaġġ. Ix-xogħlijiet li fadal jinkludu t-tlestija ta’ xogħlijiet fil-mina bl-ewwel Lot dieħel fil-fażi finali tiegħu filwaqt li għaddejjin ix-xogħlijiet tal-microtunnelling.
Meta jitlesta, dan il-proġett se jkun qiegħed iservi bħala l-infrastruttura ewlenija tas-sistema tad-drenaġġ fiż-żona.
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' xogħlijiet qed isiru fi Triq Cassarino, f’San Pawl il-Baħar, f'liema stadju waslu u meta huma mistennija li jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet biex jinbidlu l-mejnijiet kemm tal-ilma kif ukoll tad-drenaġġ fit-triq indikata waslu fl-aħħar fażi.
Tista' l-Ministru tgħid x'tip ta' xogħlijiet qed isiru fi Triq San Martin, f’San Pawl il-Baħar, f'liema stadju waslu u meta mistennija jitlestew dawn ix-xogħlijiet?
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux programmi ta' edukazzjoni finanzjarja fl-iskejjel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-edukazzjoni finanzjarja hija integrata permezz ta' suġġetti bħall-Matematika, l-Istudji Soċjali u l-PSCD, fejn l-istudenti jiżviluppaw għarfien dwar l-immaniġġjar tal-flus, l-iffrankar u l-ibbaġitjar.
Barra minn hekk, l-edukazzjoni finanzjarja tkompli tissaħħaħ permezz ta' diversi inizjattivi u programmi, fosthom iċ-Centre of Excellence, ĠEMMA Outreach, il-programmi edukattivi tal-Bank Ċentrali ta' Malta, il-Financial Literacy Challenge, kif ukoll il-programm MoneyWise ta' Aġenzija Żgħażagħ, li huwa programm ta' edukazzjoni mhux formali akkreditat.
Skejjel - Programmi ta' edukazzjoni diġitali u sigurtà online
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux programmi ta' edukazzjoni diġitali u sigurtà online fl-iskejjel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għall-Litteriżmu Diġitali u Ħiliet Trasversali jimplimenta diversi programmi u inizjattivi ta' edukazzjoni diġitali u sigurtà online fl-iskejjel. Dawn jinkludu attivitajiet għall-istudenti u taħriġ kontinwu għall-edukaturi biex jippromwovu ċ-ċittadinanza diġitali, l-użu responsabbli tat-teknoloġija u s-sigurtà online.
Dawn l-inizjattivi huma wkoll parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Edukazzjoni Diġitali 2025–2030, li għandha l-għan li ssaħħaħ il-kompetenzi diġitali tal-istudenti u tal-edukaturi.
Infurmat ukoll li d-Direttorat għall-Wellbeing Services, permezz tat-tim kontra l-bullying, jintervjeni wkoll f'każijiet ta' bullying ta' natura diġitali jew online, billi jipprovdi appoġġ kemm lill-vittmi kif ukoll lill-istudenti involuti.
Skejjel - Kampanji dwar stili ta' ħajja b'saħħitha
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux kampanji dwar stili ta' ħajja b'saħħitha fl-iskejjel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport jippromwovi stili ta’ ħajja b’saħħithom fl-iskejjel permezz ta’ approċċ komprensiv li jintegra l-kurrikulu, il-politiki nazzjonali, il-programmi edukattivi u l-kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet. Din il-ħidma hija implimentata b’mod kontinwu matul is-sena skolastika kollha.
F’dan il-kuntest, id-Direttorati u ċ-Ċentri fi ħdan il-Ministeru jikkoordinaw u jimplimentaw inizjattivi relatati man-nutrizzjoni, il-benesseri, l-attività fiżika u stili ta’ ħajja sana, kemm permezz tal-kurrikulu kif ukoll permezz ta’ attivitajiet u riżorsi edukattivi. Fl-istess ħin, tingħata importanza lill-iżvilupp professjonali tal-edukaturi u lill-kollaborazzjoni ma’ diversi msieħba sabiex dawn il-prinċipji jiġu integrati fil-prattika edukattiva.
Il-Ministeru ser ikompli jsaħħaħ dawn l-isforzi biex jippromwovi l-benesseri u l-iżvilupp ħolistiku tal-istudenti bħala parti integrali mill-esperjenza edukattiva tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux programmi relatati mas-saħħa mentali fl-iskejjel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel tal-Istat jeżistu diversi programmi, servizzi u inizjattivi mmirati biex jippromwovu s-saħħa mentali, il-benesseri emozzjonali u l-iżvilupp soċjo-emozzjonali tal-istudenti, filwaqt li jrawmu ambjent skolastiku sigur, inklużiv u ta' appoġġ.
Fost dawn hemm is-servizzi ta' counselling, social work u professjonisti psikosoċjali, li jipprovdu appoġġ lill-istudenti u lill-familji tagħhom skont il-ħtiġijiet individwali. Barra minn hekk, permezz tas-suġġett
Personal, Social and Career Development (PSCD)
, l-istudenti jiżviluppaw ħiliet relatati mar-reżiljenza, ir-regolazzjoni tal-emozzjonijiet, ir-relazzjonijiet b'saħħithom, il-ġestjoni tal-istress u l-promozzjoni ta' saħħa mentali pożittiva.
Fuq livell ta' kulleġġi u skejjel, jiġu organizzati wkoll inizjattivi u programmi ta' sensibilizzazzjoni dwar is-saħħa mentali, kif ukoll taħriġ u interventi mmirati għal gruppi differenti ta' etajiet, skont il-ħtiġijiet tal-komunità skolastika.
Infurmat ukoll li d-Direttorat għall-Wellbeing Services jipprovdi firxa ta' servizzi preventivi u ta' intervent bikri, inkluż appoġġ f'każijiet ta' diffikultajiet emozzjonali, ta' mġiba jew ta' relazzjonijiet, kif ukoll interventi relatati mal-bullying u ċ-cyberbullying. Dawn is-servizzi jitwasslu f'kollaborazzjoni mal-edukaturi, il-ġenituri u professjonisti oħra, bil-għan li jissaħħaħ il-benesseri tal-istudenti u tiġi promossa kultura ta' prevenzjoni, rispett u inklużjoni fl-iskejjel.