Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Isptar Mater Dei – Operazzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista tal-operazzjonijiet li bħalissa qed isiru fl-Isptar Mater Dei, maqsuma skont l-ispeċjalità jew is-servizz kirurġiku rispettiv?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-Isptar Mater Dei iwettaq firxa wiesgħa ta’ proċeduri kirurġiċi fl-ispeċjalitajiet kollha. Dawn il-proċeduri jvarjaw kontinwament skont il-ħtiġijiet kliniċi tal-pazjenti u l-iżviluppi fil-prattika kirurġika. L-Isptar ikompli jinvesti biex iwessa’ u jtejjeb dawn is-servizzi.

Rapporti ta’ cyberbullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva rapporti ta' allegat cyberbullying il-Korp tal-Pulizija minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni relattiva, kemm minn dawn wasslu għal investigazzjoni u kemm irriżultaw fi proċeduri quddiem il-Qrati?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2109.

Rapporti ta’ cyberbullying

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn fost ir-rapporti ta' allegat cyberbullying li rċieva l-Korp tal-Pulizija minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni approvata matul l-Erbatax-il Leġiżlatura, kemm kienu jinvolvu vittmi, maqsuma skont il-ġeneru u l-faxex tal-età?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed nippreżenta l-informazzjoni mitluba. Għas- sena 2025 ġentilment nirreferiha għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru. 33323 tal-legislatura preċidenti. Minn dik id-data, fis-sistema elettronika tal-Korp tal-Pulizija ġew irreġistrati erba’ (4) rapporti dwar allegati każijiet ta’ cyberbullying. Ma’ dawn jiżdiedu żewġ (2) każijiet oħra li ħarġu waqt investigazzjonijiet relatati ma’ reati oħra. Għaldaqstant, b’kollox kien hemm sitt (6) każijiet identifikati u rreġistrati speċifikament bħala cyberbullying, u mhux bħala online harassment. Minn dawn is-sitt każijiet, ittieħdu passi legali f’żewġ (2) każijiet, filwaqt li tressqu akkużi fit-tielet każ. Fit-tliet (3) każijiet l-oħra, l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, filwaqt li f’każ minnhom ma ttieħdu ebda passi legali. Kazi ta’ Cyberbullying minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni 2026 Każi Nru ta’ vittmi. Ġeneru Eta’ tal-vittma 1 1 F 14 1 1 F 13 1 1 F 40 1 1 F 14 1 1 F 23 1 1 M 42

MFWS – Taħriġ lill-Pulizija Komunitarja – Dettalji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jinvolvi sigħat it-taħriġ mogħti lill-uffiċjali tal-Pulizija Komunitarja mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS) u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tat-taħriġ, inkluż il-programm, il-kontenut u kull materjal u dokument ipprovdut lill-parteċipanti?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat li t-taħriġ mogħti lill-uffiċjali tal-Pulizija Komunitarja u Police Community Support Officers, mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS) kien ta’ tmien siegħat. Il-maġġoranza tal-uffiċjali msemmija attendew għal dan it-taħriġ u dawk ġodda jingħataw l-istess taħriġ fil-futur. Dettalji ta’ dan it-taħriġ, li jinkludi l-programm u kull materjal u dokumenti oħra li ġew provduti lill-parteċipanti, qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.

MFWS – Taħriġ lill-Pulizija Komunitarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda u ntemm it-taħriġ mogħti lill-uffiċjali tal-Pulizija Komunitarja mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS), kemm attendew uffiċjali, u x'kienet l-ispiża totali ta' dan it-taħriġ?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi kien hemm mija u sitta u ħamsin (156) uffiċjal tal-Pulizija Komunitarja li attendew it-taħriġ mogħti mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS). Dan it-taħriġ ingħata mingħajr ħlas. It-taħriġ ingħata f’perjodi differenti f’dawn l-aħħar xhur.

Nisa li kellhom l-ewwel tarbija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li kellhom l-ewwel tarbija tagħhom fil-kategoriji ta' taħt l-20 sena, 20–24 sena, 25–29 sena, 30–34 sena, 35–39 sena, 40–44 sena, u 45 sena jew aktar, mis-sena 2000 sal-aħħar ħin li għaliha hija disponibbli din id-data, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Numru ta’ twelid

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' twelid maqsum skont l-età tal-omm fil-kategoriji ta' taħt l-20 sena, 20–24 sena, 25–29 sena, 30–34 sena, 35–39 sena, 40–44 sena, u 45 sena jew aktar, mis-sena 2000 sal-aħħar ħin li għaliha hija disponibbli din id-data, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Ommijiet li welldu l-ewwel tarbija – Età medja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età medja tal-ommijiet li welldu l-ewwel tarbija mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli din id-data, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Live births

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm min-numru ta’ twelid ħaj (live births) kienu l-ewwel tarbija, it-tieni tarbija, it-tielet tarbija u r-raba' tarbija jew aktar, mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli din id-data, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Total Fertility Rate

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet it-Total Fertility Rate, jiġifieri n-numru medju ta' tfal li mara mistennija li jkollha matul il-ħajja riproduttiva tagħha abbażi tar-rati ta' fertilità skont l-età, mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

DTU - Persuni riferuti għal programmi ta’ riabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew riferuti l-persuni li ntbagħtu mid-Day Therapy Unit (DTU) għal programmi ta’ riabilitazzjoni matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena, u kemm kien hemm referenzi lejn kull faċilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2053.

DTU - Programmi ta’ trattament

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ persuni li bdew u temmew programm ta’ trattament mad-Day Therapy Unit (DTU) matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2053.

DTU - Persuni rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati persuni mad-Day Therapy Unit (DTU) matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l- Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja mhux responsabli mid-Day Therapy Unit (DTU). Il-Unit imsemmi (DTU) jitmexxa minn entita mhux governattiva.

Panic alarms attivati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġie attivat panic alarm minn meta ġie introdott sal-aktar data riċenti u kemm minn dawn l-attivazzjonijiet wasslu għal intervent tal-Pulizija jew għal arrest?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.