Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trabi bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twieldu trabi bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome matul is-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 filwaqt li jindika t-tip ta' Down Syndrome?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li f’dawn is-snin li ġejjin kien hemm dawn it-trabi li twieldu bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome: fl-2020 kien hemm 11; fl-2021 kien hemm 11 ukoll; u fl-2022 kien hemm 9 trabi.

Tfal bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome – Servizz ta’ Child Development and Assessment Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mit-tfal li twieldu bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome fis-snin 2020, 2021, 2022, 2023 u 2024 jagħmlu użu mis-servizzi li joffru ċ-Child Development and Assessment Unit, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ tfal li twieldu bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome u qed jagħmlu użu mis-servizzi li joffru ċ-Child Development and Assessment Unit hu kif ġej: fl-2020 kien hemm 8; fl-2021 kien hemm 4; fl-2022 kien hemm 7; fl-2023 kien hemm 4 u fl-2024 kien hemm 3.

Kundizzjoni tad-Down Syndrome

Question

Jista' l-Ministru jagħti paragun tar-rati ta' prevalanza tal-kundizzjoni tad-Down Syndrome f'Malta mqabbla mar-rati ta' pajjiżi Ewropej?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li r-rata ta' prevalenza tal-kundizzjoni Down Syndrome rraportata minn pajjiżi Ewropej fis-sena 2021 varjat bejn 7.53/100,000 livebirths fl-Estonia sa' 332.95/100,000 livebirths fil-Latvia. Ir-rata medja rraportata mill-pajjizi membri tal-EU kienet ta' 62.09/100,000 livebirths u dik ta' Malta kienet ta' 227.53/100,000 livebirths.

Istituzzjonijiet ta' edukazzjoni post-sekondarji u terzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti li jinsabu f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni post-sekondarji u terzjarja? Jista’ jaqsam l-istatistika għal dawn l-aħħar għaxar snin, li tirrifletti l-ġeneru tal-istudenti u maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Istituzzjonijiet ta' edukazzjoni post-sekondarji u terzjarja — Studenti bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn studenti bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome li jinsabu f'istituzzjonijiet ta' edukazzjoni post-sekondarji u terzjarja u jaqsam l-istatistika għal dawn l-aħħar għaxar snin, li tirrifletti l-ġeneru tal-istudenti u maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — Proġetti ta' infurzar

Question

Tista' l-Ministru tagħti informazzjoni dwar il-proġetti ta' infurzar li għaddejjin bħalissa fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar biex tkompli tissaħħaħ is-sistema ta' distribuzzjoni? Tista’ tgħid ukoll: - liema toroq qed jiġu affettwati; - il-pjan bħala time-frame għal dawn ix-xogħlijiet; u - l-investiment li qed isir biex jiġi assigurat dan it-tisħiħ fid-distribuzzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-istqarrija (PR 250218) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar it-8 ta’ Frar 2025 u li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Rata ta’ obeżità

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar ir-rata ta' obeżità li għandna f'pajjiżna, maqsuma f'kategoriji ta' tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani, b'referenza wkoll għall-ġeneru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kampanja 'Move to Improve'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif ser tkun qed titħaddem il-kampanja li għadha kif ġiet imnedija 'Move to Improve' u x'ser ikun l-għan prinċipali ta' din il-kampanja?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-kampanja ‘Move to Improve’ għandha l-għan li tħeġġeġ lin-nies ta’ kull età madwar Malta u Għawdex biex jinkorporaw l-attività fiżika fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum u jnaqqsu l-ħin sedentarju, billi jippromwovi stili ta’ ħajja aktar b’saħħithom permezz ta’ eżerċizzji sempliċi u aċċessibbli li jeħtieġu tagħmir minimu. Il-kampanja għandha l-għan li tenfasizza li li tkun fiżikament attiv. Kwalunkwe persuna, kemm jekk tkun żgħira, anzjana jew li tbati minn xi kundizzjoni tista’ tinkludi attività fiżika regolari fil-ħajja tagħha ta’ kuljum, bħall-mixi lejn il-ħwienet, it-taraġ minflok il-lift jew eżerċizzji bil-qiegħda. Peress li din il-kampanja hija mfassla biex tkun inklussiva għal kulħadd minn kull qasam tal-ħajja, se tkun imxerrda informazzjoni u riżorsi biex in-nies jiġu murija l-ħiliet meħtieġa u linji gwida dwar l-eżerċizzju għal stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu u li kulħadd jista’ jwettaq, propju mill-kumdità ta’ darhom. Barra minn hekk, se nkunu qed nissieħbu wkoll ma’ organizzazzjonijiet ta’ avvenimenti lokali bħal walkathon biex nilħqu aħjar l-udjenza fil-mira tagħna. Nippjanaw li nkomplu nikkollaboraw ma’ entitajiet oħra, NGOs, Kunsilli Lokali, SPORTMALTA biex inkomplu nippromwovu l-attività fiżika. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi qed nippjanaw li nrawmu stil ta’ ħajja aktar b’saħħtu u attiv fil-komunitajiet tagħna.

Pazjenti bil-kundizzjoni tad-dijabete

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26474, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika li tirrifletti kemm hawn pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni tad-dijabete f'pajjiżna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma f'Dijabete Tip 1 u Tip 2?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li skond l-aħħar statistika disponibbli, hawn 1,789 persuna Type 1 u 46,395 persuna Type 2.

Operazzjonijiet — Riżorsi

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-ftehim li jinsab għaddej biex ir-riżorsi (anke tal-privat) jiġu massimizzati, sabiex ikomplu jintlaħqu aktar miri ambizzjużi? Jista’ jgħid ukoll x'inhu l-investiment li ser ikun qed iwettaq il-Gvern u jagħti tbassir ta’ operazzjonijiet għas-snin li ġejjin f'dan is-settur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qed ivara diversi proġetti ta’ outsourcing sabiex jiġu massimizzati ir-riżorsi, inkluż dawk fil-privat. Dawn il-proġetti ser iwasslu għal stennija iqsar għall-pazjenti biex jirċievu t-trattament neċessarju, filwaqt li numru akbar ta’ pazjenti ser jingħataw is-servizzi li għandhom bżonn. Huwa ukoll ippjanat li ser jitwettqu numru akbar ta’ operazzjonijiet.

Proċess tal-IVF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġenituri prospettivi li għaddew mill-proċess tal-IVF u li bħalissa qegħdin jistennew li jwelldu tarbija?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta twaqqfet l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun (EPA) fl-2013 sal-lum twieldu 711-il tarbija permezz tas-servizzi tal- IVF. Infurmat ukoll li hemm 117-il ġenitur prospettiv li qed jistennew li jwelldu 134 tarbija fix-xhur li ġejjin.

Proċess tal-IVF — Take home baby rate

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tat-take home baby rate fil-proċessi tal-IVF għal dawn l-aħħar tliet snin; 2022, 2023 u 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li take home baby rate għas-snin 2022 u 2023 minn proċessi ta’ IVF kienet ta’ 26.64% u 26.88% rispettivament. Minn figuri li bħalissa qed jinġabru mill-Awtorità Regulatorja l-EPA, n-National pregnancy rate (live birth tkun determinata meta t-twelid isir, minħabba li nifhmu li bħal kull tqala oħra jista’ jkun hemm korriment) għas-sena 2024 huma ta’ 46.44%. li huwa record assolut ta’ suċċessi kemm ilhom isiru l-proċeduri ta’ Assistenza riproduttiva f’Malta minn 2013.

Mediċina IVF — Mediċina b’xejn għall-ġenituri prospettivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’investiment qed jagħmel il-Gvern biex jalloka l-mediċina tal-IVF b'xejn lil dawk il-ġenituri prospettivi li jkunu għaddejjin mill-proċess tal-IVF? Jista’ jispjega u jagħti rendikont sena b’sena, minn meta ġiet introdotta din l-għajnuna?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-Gvern beda jirrifondi l-mediċini għas-servizzi ta’ riproduzzjoni assistita (mhux biss IVF imma ukoll għal embryo transfers, u IUI (intra-uterine inseminations) sa minn Jannar 2022, għall-ġenituri prospettivi li kienu qed jirċievu s-servizzi ġewwa l-ART Clinic MDH. Dan ġie estiż minn Jannar 2023 ukoll għall-ġenituri prospettivi li kienu qed jirċievu s-servizz ġewwa l-Kliniċi privati f’Malta. Sal-lum ibbenefikaw minn dan ir-rifużjoni 1,342 ġenituri prospettivi li għamlu 721 IVF/ICSI, 521 embryo transfer kif ukoll 100 IUI. It-total ta’ rifużjoni mgħotija jammonta għal €2,278,118.

Skema tal-POYC — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pazjenti li jagħmlu użu mill-iskema tal-POYC sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' wkoll jagħti rendikont tal-pazjenti li għamlu użu minn din l-iskema matul is-snin, minn meta ġiet imwaqqfa din l-iskema, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema tal-POYC — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm mediċini fuq il-formularju tal-POYC sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' wkoll jagħti rendikont ta' kif żdiedet din il-lista ta' mediċini tul is-snin minn meta ngħata bidu għal dan is-servizz, b'riflessjoni wkoll lejn l-investiment li sar matul is-snin?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li b’kollox hemm 810 prodott mediċinali. Minn meta’ bdiet il-POYC, fl 2009, kien hemm 191 introduzzjoni ġdida ta’ prodotti medicinali. Fl-2024 ġew introdotti 36 prodott mediċinali ġdid. Din is-sena, diġa ġew introdotti 8 mediċinali ġodda. Ninsab infurmat li l-introduzzjonijiet ġodda msemmija f’din it-tweġiba jirrefru għall-formularju tal-‘Outpatients’ u ma jurix dawk li jkunu ġew inklużi għall-isptar jew vaċċini.

Skema tal-POYC — Estensjoni tal-lista ta' mediċini

Question

Fid-dawl li reċentement reġa' kien hemm estensjoni tal-lista ta' mediċini fuq il-formularju tal-POYC li tinkludi aċċess aħjar ta' mediċini għall-kura tas-saħħa mentali, jista' l-Ministru jgħid dwar liema mediċina/i ddaħħlu fil-formularju, l-investiment li qed jalloka l-Gvern f'dan ir-rigward u kemm ser ikunu qegħdin igawdu pazjenti minn dan it-tiġdid?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li minn Jannar 2024 sal-lum, kien hemm żieda ta 13-il prodott mediċinali ġdid illi jintuzaw fil-kura tas-saħħa mentali. Dawn il-mediċini jikkonsistu f’diversi forom ta’ Aripiprazole, Buprenorphine, Buprenorphine u Naloxone, Bupropion u Olanzapine. L-investiment assoċjat ma dawn l-introduzzjonijiet li semmejna huwa ta’ madwar €2 miljuni u minnu mistenni jibbenefikaw aktar minn 16,000 pazjent.

Kundizzjoni ta' Cystic Fibrosis — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu mill-kundizzjoni ta' Cystic Fibrosis f'pajjiżna sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' wkoll jagħti rendikont tal-investiment li sar mill-Gvern, maqsum sena b'sena minn meta ddaħħlet din il-mediċina ġdida f'pajjiżna biex titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawn il-pazjenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm 20 pazjent li qed jieħdu trattament ‘CFTR modulator’ għas-Cystic fibrosis mill- POYC. Madankollu, n-numru totali hu x’aktarx 42 għax hemm pazjenti li għandhom Cystic Fibrosis u ma jieħdux dan it-trattament. Infurmat ukoll li minn Lulju 2021 meta ddaħlet din il-mediċina ġdida, sar investiment ta’ €10,692,202

Continuous glucose monitors — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li qed jibbenefikaw mill-continuous glucose monitors (maqsuma f'kategoriji ta' età) u x'inhu l-investiment li diġà wettaq il-Gvern minn meta ġie offrut? Jista’ wkoll jagħti tbassir ta' investiment għas-snin li ġejjin f'dan is-settur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li hemm 1244 pazjent li qed jibbenifikaw mill-continuous glucose monitors, 308 minnhom huma taħt l-24 sena. Minn meta beda jiġi offrut dan is-servizz sal-2024 sar investiment ta’ €9,563,010. Huwa mbassar li sal-aħħar tas-sena tal-2026 jkun hemm investiment ta’ €18,578,000.

Proċess tal-IVF

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ġenituri prospettivi li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess tal-IVF sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li minn Awwissu 2024 sal-lum, 560 genitur prospettiv qed jagħmlu użu minn dawn l-proceduri differenti li jinkludu IVF/ICSI, embryo transfers, IUI (intra-uterine insemination), preservar ta’ fertilita (fertility preservation of gametes for future use) kemm ta’ sperma fl-irgiel kif ukoll bajd fin-nisa, surgical testicular aspirations, kif ukoll IVF/ICSI bl-uzu ta’ donaturi identity release. Dawn il-proceduri huma kollha ffinanzjata mill-Gvern, inkluzi l-procurement ta’ gameti ta’ donaturi. Sal-lum għal dawn il-proċessi ta’ outsourcing diġa nġibu Malta 372 donor oocytes (bajd) minn banek barranin approvati mill-Awtorità Regolatorja Maltija l-EPA.