Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mosta - Triq San Anton Abbati - Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Sqaq Nru 3 fi Triq San Anton Abbati, il-Mosta, huwiex inkluż fil-lista ta’ xogħlijiet mitluba mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ġurnata li daħlet il-mistoqsija parlamentari,d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ma rċieva l-ebda talba sabiex isir xogħol fi Sqaq Nru 3 fi Triq San Anton Abbati, il-Mosta.

Wied Speranza - Żona bejn il-Kappella tal-Isperanza u l-pont ta’ Triq Kostituzzjoni – Xogħlijiet skedati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan jew skeda ta’ xogħlijiet għall-parti ta’ Wied Speranza li għadha teħtieġ intervent, partikolarment iż-żona bejn il-Kappella tal-Isperanza u l-pont ta’ Triq Kostituzzjoni, u x’passi qed jittieħdu biex din il-parti tiġi riabilitata wkoll?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li biex inkomplu nipprevjenu t-tixrid ta’ speċi invażivi miż-żona ta’ fuq tal-wied lejn iż-żoni t’isfel ta’ Wied Speranza, bħalissa qed tingħata prijorità lill-interventi f’Wied il-Qlejgħa, Qegħdin isiru l-istudji neċessarji biex jiġu identifikati l-interventi meħtieġa, kif ukoll il-livell ta’ intervent xieraq għaż-żona indikata. L-ippjanar ta’ dawn l-interventi huwa bbażat fuq il-prinċipju ta’ “upstream to downstream”, biex l-ekosistema tas-sit tibqa’ prijorità u l-interventi jkunu preventivi aktar milli korrettivi.

Wied Speranza - Investiment

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’ammont ta’ investiment sar fil-proġett ta’ riabilitazzjoni ta’ Wied Speranza u kif tqassam dan l-investiment?  Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx fondi allokati għall-manutenzjoni kontinwa tal-wied fil-futur?

Response (DALLI, MIRIAM)

B’żieda mat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 33954, ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-proġett ta’ riabilitazzjoni ta’ Wied Speranza sar b’investiment ta’ €845,616 (mingħajr VAT), li parti minnu kien kofinanzjat minn fondi Ewropej. Il-proġett huwa kopert bi ftehim ta’ manutenzjoni għal ħames snin.

Wied Speranza - Proġett ta’ Riabilitazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex kien jikkonsisti l-proġett ta’ riabilitazzjoni li tlesta f’Wied Speranza, u tagħti informazzjoni fid-dettall tax-xogħlijiet ambjentali, infrastrutturali u l-miżuri ta’ protezzjoni li saru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għal stqarrija (PR252054) maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni nhar id-19 ta’ Novembru 2025, li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 14 PQ #33951 Sitting 430 - 02/02/2026 16:00 2026-02-02 Oral · Final From: ROMILDA ZARB (Partit Laburista) To: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Persuni eliġibbli għall-PrEP u l-PEP bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni eliġibbli biex jibbenefikaw mill-PrEP u l-PEP bla ħlas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li inidividwi li huma f’riskju li jkollom HIV huma eliġibbli għall-PrEP b’xejn. Tingħata riċetta biss wara li ssir konsulta u STD screening mal-konsulenti tal-GU Clinic. Fil-każ tal-PEP, kull individwu f’Malta li kien f’kuntatt li seta’ espona ruħu għall-HIV fi żmien 72 siegħa huwa eliġibbli.

PrEP u PEP – allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-allokazzjoni finanzjarja stmata għall-introduzzjoni tal-PrEP u l-PEP bla ħlas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-allokazzjoni finanzjarja stmata għall-ewwel sena għall-PrEP hija ta’ €366,000 u għall-PEP hija ta’ €112,000

Persuni li se jibbenefikaw mill-PrEP u l-PEP

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkun in-numru ta’ persuni li se jibbenefikaw mill-inizjattiva tal-PrEP u l-PEP bla ħlas?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2026 huwa stmat li madwar 500 persuna se jibbenefikaw mill-PrEP b’xejn. Dan in-numru huwa proġettat li jiżdied b’50% fl-2027 u jirdoppja fl-2028. Rigward il-PEP, huwa diffiċli li tbassar in-numru peress li dan huwa trattament ta’ emerġenza u jingħata skont l-esigenza. Madankollu, huwa mistenni li hekk kif in-numru ta’ dawk li ser jagħmlu użu mill-PrEP jiżdied, id-domanda għall-PEP ma tiżdiedx b’wisq.

Sptar Mater Dei - ART clinic - Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment sar fir-rigward tal-investiment estensiv li sar fl-ART clinic fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li r-rinnovar estensiv li sar fl-ART Clininic ġewwa l-Isptar Mater Dei kien b’investiment ta’ €3.2 miljun. Infurmat li l-proġett kien jikkonsisti f’żieda fil-footprint tal-laboratorji; strutturar mill-ġdid tal-ambjent intern fejn jidħlu air pressure cascades, air changes u air filtration biex tiġi żgurata l-kwalità; installazzjoni ta' tagħmir għal monitoraġġ biex tiġi protetta s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema; kif ukoll sar tibdil tat-tagħmir kritiku.

Insulin pumps - Soluzzjoni alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern qed jikkunsidra soluzzjoni alternattiva (second-best option) għall-provvista tal-insulin pumps, minflok l-ewwel għażla li hi dik preferuta ta’ tubeless insulin pumps?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li oriġinarjament, l-ewwel preferenza kienet għal tubeless pump.  Madanakollu kwistjoni marbuta ma’ vijabilita ekonomika minħabba s-suq żgħir tagħna, il-kumpanija Amerikana li tissupplixxi ddeċidiet li permezz tal-kumpanija sussidjarja tagħha twaqqaf in-negozjati. Sussegwentement, id-deċiżjoni kienet li mmorri għal tube pumps.  L-esperti tad-Dipartiment ma jqisux din bħala li hi inferjuri u għandha l-vantaġġi wkoll.

Pazjenti tad-dijabete - Insulin pumps

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern sabiex l-insulin pumps jibdew jiġu offruti lill-pazjenti tad-dijabete permezz tal-formularju jew skemi relatati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-Gvern hu li jsir taħriġ għall- healthcare professionals kollha li huma involuti fil-kura u l-maniġġjar ta’ dawn il-pazjenti. Sejjer jitwaqqaf 24 x 7 telephone support service għal dawn il-pazjenti.  Dan is-servizz sejjer jingħata permezz ta’ infermiera speċjalizzati fid-diabete.  Dan sejjer isir sabiex pazjenti fuq l-insulin pump therapy iħossuhom siguri u jistgħu jagħmlu dan mill-kumdita ta’ djarhom. L-insulin pump clinic sejra tkun allokata fiċ-Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa.  F’dawn l-aħħar xhur, dan iċ-Ċentru ġie mgħammar bil-faċilitajiet kollha.  Għandu jitħabbar meta l-insulin pumps jibdew jitqassmu lill-pazjenti li huma 18-il sena jew anqas.

Continuous glucose monitors - Investiment finanzjarju għad-distribuzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-investiment finanzjarju li l-Gvern qed jalloka għad-distribuzzjoni ta’ continuous glucose monitors u jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li turi l-investiment attwali sena 2024 u investiment imbassar sena 2025 u 2026?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2024, l-ispiża għad-distribuzzjoni tal-CGM kienet ta’ €5,446,910. Matul l-2025, in-nefqa mistennija titla’ għal €9,237,470. Għas-sena d-dieħla, l-Gvern qed jivvota €9 miljun.

Continuous glucose monitors - Pazjenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti preżentement li qed jagħmlu użu minn continuous glucose monitors provduti mill-Gvern? Jista’ wkoll jagħti break down tal-pazjenti skont il-gruppi tal-etajiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li preżentament hawn 1,376 li jagħmlu użu minn continuous glucose monitors provduti mill-Gvern.  Dawn jinkludu pazjenti tat- Type 1 Diabetes, Gestational Diabetes, Pancreatectomy, Pancreatic Atrophy u Chronic Pancreatitis.

Pazjenti tad-dijabete tat-tip 1 - Continuous glucose monitors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif kien imqassam il-phasing tal-introduzzjoni tal-continuous glucose monitors għall-pazjenti tad-dijabete tat-tip 1, inkluż id-data ta’ meta bdew jiddaħħlu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fi Frar, 2021 beda t-tqassim tal-CGMs lil tfal li huma Type 1 Diabetes Mellitus u li kienu taħt is-16-il sena.  Fl-2022, din il-miżura ġiet estiża għal min għandu 21 sena jew anqas.  F’Marzu 2023, bdew jikkwalifikaw dawk li għandhom 23 sena jew anqas.  F’Awwissu tal-istess sena, dan it-tqassim beda jsir ukoll għal min għandu 35 jew anqas u kompla jiġi estiż għal min għandu 40 sena jew anqas f’Ottubru 2023. F’Mejju 2024, persuni li għandhom 45 sena jew anqas bdew jikkwalifikaw.  Magħhom ġew inklużi pazjenti bil-Gestational Diabetes kif ukoll dawk bil-Pancreatectomy u huma fuq l-insulina. F’Awwissu 2024, kull pazjent bit-Type 1, Gestational DM u pazjenti bil- Pancreatectomy fuq l-insulin bdew jikkwalifikaw. Fil-bidu ta’ din il-sena, pazjenti bil-Pancreatic atrophy u Chronic Pancreatitis ġew eliġibbli għal dan is-servizz.

Skema tal-POYC - Mediċina Semaglutide - Kriterji għal intitolament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji kliniċi għandhom jintlaħqu sabiex pazjent ikun intitolat biex jirċievi l-mediċina Semaglutide taħt l-iskema POYC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infuemat li sa issa, il- kriterji abbozzati sabiex wieħed ikun intitolat għal GLP-1 agonist huma: li persuna jkollha Diabetes type 2 (Non-Insulin Dependent Diabetes Mellitus – NIDDM) u BMI >40kg/m2 li għandhom bżonn jitilfu l-piż, jew biex inaqqsu kemm jiskbu piż, inkella jkollhom BMI>30kg/m2 u li ma rnexxilhomx jilħqu livell ta HbA1c <7% minkejja 3 xhur trattament b’ SGLT2 inhibitor.

POYC - Mediċina Semaglutide

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li l-mediċina Semaglutide (magħrufa bħala Ozempic) ser tidħol fil-formularju tal-POYC?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li sa issa kellna rakkomandazzjoni għall-inkluzjoni ta’ GLP-1 agonst għal każijiet ta’ Dijabete tat-tieni tip (Non-Insulin Dependent Diabetes Mellitus – NIDDM). Mhux neċessarjament tkun semaglutide u għad m’aħniex f’pożizzjoni biex nagħtu data speċifika ta’ meta din ser tkun fil-formularju.

POYC - Mediċini fl-aħħar stadji ta’ valutazzjoni biex jiddaħħlu fil-formularju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini li bħalissa jinsabu fl-aħħar stadji ta’ valutazzjoni biex jiddaħħlu fil-formularju tal-POYC? Jista’ jindika wkoll l-istadju ta’ kull mediċina u d-data prevista għad-dħul tagħha?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta, li l-informazzjoni mitluba dwar mediiċini li bħalissa jinsabu fl-aħħar stadju biex jiddaħħlu fil-formularju tal-Poyc, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

POYC - Mediċini li ddaħħlu fil-formularju

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-mediċini kollha li ddaħħlu fil-formularju tal-POYC matul is-sena 2025, flimkien ma’ deskrizzjoni qasira tal-kundizzjonijiet mediċi li għalihom jintużaw?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 32325.