Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trasport pubblika – rifużjoni tal-flus maqbdua f’Tallinja Card

Question

B’referenza għall-inċentiva maħruġa minn dan il-Gvern li permezz tagħha llum il-ġurnata t-trasport pubbliku sar b'xejn, peress li huma bosta dawk li għandhom flus maqbuda f’Tallinja card (flus li mhux jintużaw), jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx indikazzjoni ta’ meta ċ-ċittadini ser ikunu qed jirċievu rifużjoni ta' dawn il-flus?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f seduta oħra.

Scouting visits minn produtturi barranin

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar kemm saru scouting visits minn produtturi barranin bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li minn Jannar sa Ottubru ta’ din is-sena saru 36 scouting visits minn produtturi tal-films barranin f’Malta.

Screen Malta – kumpaniji li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar liema kumpaniji bbenefikaw minn Screen Malta bejn l-2018 u l-2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bejn 2018 u l-2021, total ta’ 53 kumpanija/individwu bbenefikaw mill-fondi li toffri Screen Malta. Is-sejħa għal din is-sena se toħroġ fiż-żmien li ġej. Sena Numru ta’ kumpaniji li bbenefikaw 2021 16 2020 17 2019 13 2018 7

Screen – għoti ta’ grants lil kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw valur ta' grants lill-kumpaniji li bbenefikaw minn Screen Malta bejn l-2018 u l-2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bejn l-2018 u l-2021 ingħataw total ta’ aktar minn miljun, tminn mija, ħamsa u sebgħin elf u erba’ mitt Ewro (€1,875,400) fi grants minn Screen Malta. SenaAmmont 2021€ 519,578.00 2020€ 573,846.00 2019€ 489,979.00 2018€ 292,000.00

Produzzjonijiet awdjoviżwali tal-films

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġibdu produzzjonijiet awdjoviżwali tal-films bejn l-2018 u l-2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn l-2018 u l-2022 inġibdu total ta’ 95 produzzjoni awdjoviżwali ta’ films ġewwa l-ġżejjer Maltin, hekk kif turi din it-tabella: Sena Numru ta’ produzzjonijiet 2018 9 2019 22 2020 14 2021 25 2022 25

Produzzjonijiet awdjoviżwali tal-films

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġibdu produzzjonijiet awdjoviżwali tal-films bejn l-2008 u l-2012?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bejn l-2008 u l-2012 inġibdu total ta’ 43 produzzjoni awdjoviżwali ta’ films ġewwa l-ġżejjer Maltin, hekk kif turi din it-tabella: Sena Numru ta’ produzzjonijiet 2008 6 2009 7 2010 11 2011 9 2012 10

Malta Film Commission – allokazzjoni ta’ fondi għall-proġetti ta’ films lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Kummissjoni Maltija għall-Films kemm kienet talloka fondi għall-proġetti ta' films lokali bejn l-2008 u l-2012?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fondi allokati għall-proġetti lokali mill-Kummisjoni Maltija għall-Films bejn l-2008 u l-2012, jammontaw għal €949,000 kif turi t-tabbella hawn taħt. Fis-sena 2010 ma ġew allokati l-ebda fondi. Sena Fondi Allokati 2008 €233,000 2009 €233,000 2010 XEJN 2011 €233,000 2012 €250,000

Udjenza dinjija tal-film Jurassic World Dominion

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar kemm kienet l-udjenza dinjija tal-film Jurassic World Dominion?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-film Jurassic World Dominion qiegħed fid-49 post tal-aktar films li daħħlu flus skont il-Box Office Mojo, li hija meqjusa bħala waħda mill-aktar trackers affidabbli tal-box office.

Masterplan tal-Malta Film Studios

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi informazzjoni dwar fiex wasal il-masterplan tal-Malta Film Studios?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Ippjanar ftit tal-ġimgħat ilu approvat il-permess tal-bini tal-ewwel Sound Stages f’Malta li ħa jikkonsisti f’super stage ta' 40,000 pied kwadru u stage ieħor biex jikkumplimentaha. Ser ikunu mibnija wkoll ammont ta’ faċilitajiet anċillari fosthom workshops, uffiċini, prop stores, multi-purpose car park u attrazzjonijiet varji. Dan il-proġett, li huwa parti mill-masterplan tal-Malta Film Studios, huwa l-akbar investiment infrastrutturali fl-industrija tal-films fl-istorja u ser joħloq karrieri għal kull min jixtieq ikun parti minn dan is-settur tant importanti għal ekonomija Maltija.

Dipartiment tal-Gvern Lokali – skemi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-iskemi li ġew maħruġa matul is-snin 2021 u 2022 mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali? Kemm ġew allokati fondi għal kull skema li nħarġet?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Sena Referenza Skema Fondi Allokati 2021 SPI/SCI/02/2021 Finanzjament għal żvilupp u titjib fil-kundizzjonijiet tal-Playingfields fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex €667,900.44 SPI/SCI/03/2021 Skema għall-Attivitajiet Kulturali 2021 €248,000.00 SPI/SCI/05/2021 Community Inclusive Employment Scheme (CIES) €70,649.96 / Skema-2021-2022 biex isir ingaġġ ta’ Uffiċjal tal-Komunita “Steward”Għat-Trattament Xieraq tal-Annimali biex jaħdem fil-Lokalitajiet f’Malta u Għawdex €195,952.13 SPI/SCI/06/2021 Espressjoni ta’ Interess – Finanzjament Milied 2021 €403,128.92 SPI/SCI/07/2021 Fond ta’ Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali €122,876.09 SPI/SCI/08/2021 Finanzjament ta' Proġetti Kapitali - Aċċessibilità u Mobilità €490,665.98 SPI/SCI/09/2021 Skema għall-Attivitajiet Kulturali 2022 €261,867.96 2022 SPI/SCI/01/2022 Finanzjament għal-żvilupp u titjib fil-kundizzjonijiet tal-Playing Fields fil-Lokalitajiet f’Malta u Għawdex €770,976.51 SPI/SCI/02/2022 Community Inclusive Employment Scheme (CIES) €61,200.00 SPI/SCI/03/2022 Skema dwar Restawr ta’ Postijiet/Monumenti Storiċi f’Malta 2022/2023 Ma ġewx allokati flus. Ix-xogħol ta' restawr isir mir-Restoration Directorate fi ħdan il-Ministeru SPI/SCI/05/2022 Finanzjament għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq funtani fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex €110,556.81 SPI/SCI/06/2022 Fond ta’ Manutenzjoni u Sostenn ta' Proġetti Infrastrutturali Maġġuri li ġew imwettqa mill-Gvern Ċentrali stadju ta' evalwazzjoni SPI/SCI/07/2022 Espressjoni ta’ Interess: World Cleanup The World Campaign 2022 €96,915.24 SPI/SCI/08/2022 Espressjoni ta’ Interess – Finanzjament Milied 2022 €750,129.14 SPI/SCI/09/2022 Finanzjament ta’ Proġetti Kapitali – Komunitajiet isbaħ u aktar b’saħħithom stadju ta' evalwazzjoni SPI/SCI/10/2022 Espressjoni ta’ Interess - ¯vilupp u titjib ta’ latrini pubbliċi awtomatiċi madwar Malta u Għawdex (miftuħa għar-Kunsilli Reġjonali biss). skema għadha miftuħa

Skema għal ingaġġ ta' uffiċjal tal-komunità għat-trattament xieraq tal-annimali

Question

B’rabta mal-iskema li nħarġet fl-2021, “Skema 2021-2022 biex isir ingaġġ ta' uffiċjal tal-komunità "Steward" għat-trattament xieraq tal-annimali biex jaħdem fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex”, jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm applikaw kunsilli għal din l-iskema; b. liema kunsilli applikaw għal din l-iskema u liema applikazzjonijiet ġew approvati; u ċ. kemm kienet l-allokazzjoni ta' fondi fuq il-proġetti approvati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Kemm applikaw kunsilli għal din l-iskema? 31 Liema kunsilli applikaw għal din l-iskema? Liema applikazzjonijiet ġew approvati? Kemm kienet l-allokazzjoni ta' fondi fuq il-proġetti approvati? Kerċem Approvata €21,711.31 Għajnsielem Approvata €21,725.23 Għarb Approvata €21,760.47 ¯ebbuġ (Gozo) Approvata €21,719.61 San Lawrenz Approvata €21,690.38 Sannat Approvata €21,712.73 ¯ejtun Approvata Il-Kunsill irtira l-applikazzjoni Mosta Approvata €21,705.31 Rabat (Gozo) Mhux approvata ¯abbar Approvata €22,207.48 Marsaskala Approvata Il-Kunsill irtira l-applikazzjoni Ħ'Attard Mhux approvata Siġġiewi Approvata Il-Kunsill irtira l-applikazzjoni Kunsill Reġjonali Nofsinhar Approvata €21,719.61 Mellieħa Mhux approvata Żurrieq Mhux approvata Birkirkara Mhux approvata Fgura Mhux approvata San Ġiljan Mhux approvata Lija, Balzan, Iklin Mhux approvata Kunsill Reġjonali Tramuntana Mhux approvata Xagħra (Gozo) Mhux approvata Għaxaq Mhux approvata Bormla, Birgu, Isla u Kalkara Mhux approvata Ħamrun Mhux approvata St Venera Mhux approvata

Skemi dwar il-ħarsien tal-annimali

Question

B’rabta mal-iskemi li ġew maħruġa fl-2021 - 2022 li kienu mmirati biex jassistu l-ħarsien tal-annimali, jista’ l-Ministru jgħid: a. kemm daħlu applikazzjonijiet għal dawn l-iskemi u kemm minnhom ġew approvati; u b. kemm kien hemm fondi għal din l-iskema u kemm minnhom ġew allokati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat illi ħarġet skema waħda bl-isem “Skema 2021-2022 biex isir ingaġġ ta' uffiċjal tal-komunità "Steward" għat-trattament xieraq tal-annimali biex jaħdem fil-lokalitajiet f'Malta u Għawdex”. Għal din l-iskema daħlu sitta u għoxrin (26) applikazzjoni filwaqt li ġew approvati tnax (12). Rigward fondi allokati għal din l-iskema, ninsab infurmat illi dawn kienu jammontaw għal mitejn elf ewro (€200,000), illi 50% minnhom kienu ġejjin minn naħa ta’ dan il-Ministeru għall-Wirt Kulturali, l-Arti u l-Gvern Lokali, filwaqt illi l-50% l-oħrajn waslu minn naħa tal-Ministeru għall-Agrikoltura, Is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali. Infurmat li b’kollox ġew allokati total ta’ €195,952.13 minn din l-iskema.