Tista’ l-Ministru tgħid għaliex is-sitwazzjoni tal-Qasam tad-Djar f’Ħal Farruġ tħalliet fi stat diżastruż għal dawn is-snin kollha? Tista’ tgħid għaliex xogħlijiet fil-partijiet komuni tal-appartamenti qatt ma ġew finished mill-Awtorità tad-Djar fejn illum hemm sitwazzjoni ta’ telqa b’dannu għall-familji li jgħixu hemmhekk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-partijiet komuni tal-appartamenti ġew finished bejn l-1996 u l-1997 mid-Dipartiment tat-Tiswija u l-Bini tad-Djar.
Ser jibdew xogħlijiet f’dan il-Qasam tad-Djar mill-Kunsill Lokali fil-ġimgħat li ġejjin permezz ta’ skema offruta mill-Awtorità tad-Djar. Il-partijiet komuni ta’ Blokk H u I se jiddaħħlu fl-iskema Il-Binja Tiegħi, id-Dar Tiegħi, fejn se jsiru xogħlijiet ta’ manutenzjoni bl-għajnuna tal-kunsill lokali. Il-binjiet l-oħra huma kollha mibjugħin u ma jaqgħux taħt ir-responsabiltà tal-Awtorità tad-Djar.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għas-servizz tal-ilma fid-dar imma sal-lum għad ma tawhiex servizz meta din ħallset l-applikazzjoni u s-sidien l-antiki ħallsu l-kontijiet pendenti f'din id-dar? Jista' jgħid għaliex dan id-dewmien li qed jikkawża inkonvenjent għal din il-persuna peress li jista' jiskadilha l-compliance certificate?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Siġġiewi: Ta' Kirċippu — trasferiment ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex ir-residenti li jgħixu fi plots tal-Gvern fl-area Ta' Kirċippu, s-Siġġiewi u fl-inħawi ta' Triq Salvu Corso u Triq Karmenu Vassallo li sal-lum għadhom fi stadju ta' konvenju, ikunu jistgħu jiġu msejħa biex jersqu lejn it-trasferiment tal-proprjetà tagħhom li ilhom pendenti għal iktar minn 25 sena?
Jista' jgħid kemm beħsiebu jdum dan il-proċess u jekk hemmx data stabbilità biex dan it-trasferiment ikun jista' jseħħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-gvern beda proċess biex bih l-artijiet kollha li fuqhom hemm mibnija housing estates jiġu akkwistati mill-gvern. Wara li jiġi konkluż l-akkwist, dawn l-artijiet jiġu trasferiti lill-Awtorità tad-Djar li min naħa tagħha tkun tista’ tikkonkludi l-kuntratt mar-residenti li qegħdin fuq konvenju biex b’hekk it-titolu tar-residenti jkun wieħed legali.
Billi dan il-proċess jirrikjedi ħafna riżorsi, l-akkwist tal-artijiet qiegħed isir fuq numru ta’ snin. Huwa previst li dan il-proċess jitkompla fis-sena 2012.
L-art fis-Siġġiewi li qed jagħmel referenza għaliha l-Onorevoli Membru hija wkoll parti minn dan l-eżerċizzju u se tiġi akkwistata fis-snin li ġejjin.
Siġġiewi — Triq Mons Mikiel Azzopardi - arblu tad-dawl perikoluż
Question
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-problema tal-arblu li hemm fi Triq Mons Mikiel Azzopardi, s-Siġġiewi li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jinsab f’kantuniera perikoluża fejn anke qed iseħħu numru ta’ inċidenti tat-traffiku filwaqt li hemm ħafna wires tad-dawl li huma mqabbdin miegħu li jistgħu jkunu miġbuda fuq il-proprjetà tar-residenti mill-vetturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi dan huwa arblu tal-injam u ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Enemalta. M’hemm l-ebda wires tad-dawl tal-Enemalta mqabbdin mal-arblu.
Siġġiewi: Ta' Kirċippu — trasferiment ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex ir-residenti li jgħixu fi plots tal-Gvern fl-area Ta' Kirċippu, s-Siġġiewi u fl-inħawi ta' Triq Salvu Corso u Triq Karmenu Vassallo li sal-lum għadhom fi stadju ta' konvenju, ikunu jistgħu jiġu msejħa biex jersqu lejn it-trasferiment tal-proprjetà tagħhom li ilhom pendenti għal iktar minn 25 sena?
Jista' jgħid kemm beħsiebu jdum dan il-proċess u jekk hemmx data stabbilità biex dan it-trasferiment ikun jista' jseħħ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet l-ispiża infrastrutturali biex inbnew interchanges madwar il-pajjiż kollu bħala parti mir-riforma tat-trasport pubbliku?
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-ARMS Ltd qed toħloq problema lill-armla anzjana li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, fl-applikazzjoni li hija għamlet biex taqleb il-meter tad-dawl u l-ilma minn fuq ir-raġel li ġie nieqes għal fuqha stess, fejn qed jingħad lilha li ma jistax jinqaleb il-meter qabel ma tħallas il-kont kollu pendenti li qed jitħallas bi ftehim kull xahar mal-istess kumpanija? Ma jaħsibx il-Ministru li huwa fl-interess tal-ARMS Ltd stess li jinqaleb dan il-meter? Ma jaħsibx li din hija burokrazija żejda u qtigħ il-qalb għal dawn l-anzjani?
Jista' l-Ministru jgħid kif dan il-kont mibgħut fl-10 ta' Ottubru reġa' tela' għal €1143.81 meta riċentement irċeviet notifika li kien għad fadlilha xi €400 ħlasijiet pendenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jinvestiga kif il-konsumatur, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ilu ma jirċievi kont tad-dawl u l-ilma minn mindu twaħħlu l-ismart meters f'Mejju li għadda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Ħal Luqa — ilment dwar is-servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex is-servizz tat-trasport pubbliku li jgħaddi miċ-ċentru ta' Ħal Luqa kull filgħodu bejn is-6:30 a.m. sat-7:45 a.m. qed ikunu full-up bil-konsegwenza li passiggieri qed jitħallew jistennew fuq l-istages u l-istudenti qed jaslu tard?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta hija konxja tal-problemi u ġibdet l-attenzjoni tal-operatur li hu reponsabbli biex josserva l-maximum waiting time stipulat fil-kuntratt u kemm il-darba jippersisti fin-nuqqas tiegħu jibda jiġi mmultat wara l-4 ta’ Novembru 2011.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti tal-budgets tal-Union for the Mediterranean (UfM) kompluti u mhux biss l-infiq tal-UfM kif poġġuti fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 28337 li huma d-dokument tal-budget proviżorju tal-Union for the Mediterranean addottat mill-uffiċċjali għolja fid-29 ta' April 2010 u d-dokument tal-budget finali kif ġie addottat f'Novembru tal-2010? Jista' jispeċifika ċ-ċifra eżatta f'Euros li toħroġ minn kull wieħed minn dawn iż-żewġ dokumenti, ta' kemm Malta allokat flus għall-infiq tal-UfM, fil-budget proviżorju, kif ukoll iċ-ċifra ta' kemm Malta allokat flus għall-UfM kif ġiet approvata f'Novembru?
Response (BORG, TONIO)
Il-budgets tal-Unjoni għall-Mediterran (UfM) kif preżentati fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 28337 huma dokumenti finali. Dawk id-dokumenti kienu ġew approvati mill-Uffiċjali Għolja li huma mibgħuta mill-gvernijiet rispettivi tagħhom. Għaldaqstant l-Uffiċjali Għolja huma l-organu ewlieni tal-UfM fit-teħid tad-deċiżjonijiet kurrenti matul is-sena (fin-nuqqas ta' summit jew ta' laqgħat f'livell Ministerjali), liema deċiżjonijiet iservu ta' gwida fit-tmexxija tal-UfM mis-Segretarju Ġenerali tal-Unjoni.
Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' kull pajjiż membru għall-budget tas-Segretarjat tal-Unjoni għall-Mediterran jingħataw b'mod volontarju.
Fil-preżent, il-kontribuzzjoni tal-Gvern Malti qed tingħata permezz tal-ammont finanzjarju relatat mal-pożizzjoni tal-Viċi Segretarju Ġenerali mibgħuta minn Malta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Zoladex Implant 10.8mg li hija meħtieġa mill-pazjenti li jeħduha darba kull tliet xhur, mhux qed tinġieb min-naħa tal-Awtorità tas-Saħħa iżda qed jinġiebu mediċini bħalha ta' skala iżgħar bil-konsegwenza li l-pazjenti qed jgħaddu minn inkonvenjent akbar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment Ċentrali tal-Procurement u Supplies jikkonferma li kien hemm xi żmien li din il-mediċina kienet out of stock għal raġunijiet li kien hemm tender li ġie kkanċellat minħabba diffikultajiet tekniċi u qed isir kull sforz sabiex din il-mediċina tinxtara b’kull mezz possibli. Bħalissa d-Dipartiment għandu stokk żgħir ta’ Zoladex Implant 10.8mg u hemm ordni oħra pendenti li mistennija tasal għal nofs Novembru 2011.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-kawżi pendenti li hemm quddiem il-Bord tal-Appell li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li kienu qegħdin fi stadju tad-deċiżjoni u li ilhom pendenti għal dawn l-aħħar sentejn li suppost kellhom jiġu deċiżi wara sitt xhur mis-seħħ tar-riforma sal-lum għadhom pendenti?
Ma jaħsibx li l-konsumaturi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jixirqilhom trattament aħjar meta l-bord tal-appell kellu l-obbligu li jeħles minn dawn il-każijiet fl-ewwel sitt xhur ta' wara r-riforma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Bord għaddej bil-proċess li jinkitbu deċiżjonijiet.
Ħal Qormi — Skola Primarja ta' San Ġorġ - purtinara
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fl-iskola primarja ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi mhux qed ikun hemm purtinara biżżejjed peress li telaq wieħed u ma sarx replacement tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li f’Awissu 2011, fl-iskola Primarja ta’ San Ġorġ fil-Kulleġġ San Injazju spiċċa mis-servizz purtinar raġel li kien impjegat full-time. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi għamel it-talbiet neċessarji għall-replacement.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont ta' din persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tgħix bl-għajnuna soċjali u qed titlob revizjoni fil-kont tad-dawl ul-ilma minħabba kont eċċessiv li hija kienet irċeviet diversi xhur ilu kawża ta' leakage ta' ilma? Jista' jgħid kif baqa' dan il-każ minħabba li din il-persuna m'għandix mezzi finanzjarji biex tħallas dan il-kont u għalhekk qed tħallas il-kontijiet li ġew b'mod normali filwaqt li żammet dak li kien eċċessiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27629, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol li suppost kellu jsir fl-inħawi biex itaffi l-problemi tal-għargħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif joħroġ ċar mit-tweġibiet mogħtija għal Mistoqsijiet Parlamentari li jikkonċernaw dan is-suġġett, it-taffija tal-problema tal-għargħar ma tissolviex biss b’interventi lokalizzati, iżda iktar importanti trid tkun iffaċċjata b’mod ħolistiku. L-immaniġjar ta’ għargħar f’punt partikolari għandu jibda kemm jista jkun possibbli qabel ma jibda jingabru dawn l-ilmijiet. Huwa f’din il-perpettiva li dan il-Ministeru nieda il-progett għat-taqffija tal-għargħar b’investiment ta’ €55 miljun u li huwa ppjanat li jitlesta sa l-2013.
Għaldaqstant wieħed jista’ biss jħares lejn it-taffija ta’ din il-problema f’ Ħal Qormi f’dan il-kuntest wiesgħa. Fid-dawl ta’ dan kollu, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bridge li hemm fi Triq Correa hu wieħed mil-bridges li ser jinbidlu permezz tal-proġett Nazzjonali ghal kontra l-għargħar. L-offerti għal dawn ix-xogħlijiet diġa nħarġu u qed issir l-evalwazzjoni tagħhom. Barraminhekk is-Sezzjoni tal-Valley Management fi ħdan dan il-Ministeru diġa ħadet ħsieb biex jitwessa l-iżbokk li kien hemm fl-inħawi msemmija.
Fl-aħħar, nistieden lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġibiet għal mistoqsijiet parlamentari li rreferejt għalihom aktar qabel biex ikollu stampa aħjar x’qiegħed jagħmel dan il-Ministeru biex verament itaffi din il-problema.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-Korporazzjoni Enemalta qed tħallas ir-refund lil dawk li qed jiġġeneraw enerġija mill-pannelli solari li daħlu fl-iskema u għandhom export of energy iktar milli użaw għall-ħtiġijiet tagħhom? Jista' jgħid kif qed taħdem din is-sistema?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Leġislazzjoni Sussidjarja Numru 423.46 Tariffi feed-in (‘L-Elettriku minn fotovoltajka solari stallazzjonijiet) – Regolamenti li jġibu d-data 10 ta’ Settembru 2010, Avviż Legali 422 ta’ 2010, kif emendat bl-Avviż Legali 70 tal-2011. Kopja ta’ dawn ir-regolamenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Papers Laid 1 - PQ 27800.pdfPapers Laid 2 - PQ 27800.pdf
Jista' l-Ministru jikkonsidra t-talba tal-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li xtaqet li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li ntbagħtulha dan l-aħħar tħallashom bin-nifs bħala parti mill-agreement li hi għandha mal-ARMS Ltd fuq arretrati ta' kontijiet pendenti, peress li mhijiex tlaħħaq finanzjarjament?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.
Jista' l-Ministru ġentilment jiċċekja l-istallazzjoni ta' lampa f'29, Rose, Triq Ġuże Ellul Mercer, Qormi minħabba li l-wires li hemm mal-faċċata ta' din id-dar qed jikkawżaw xi ħsara lill-bini u jekk jistgħux isiru alterazzjonijiet biex jiġu rranġati dawn il-wires eżistenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta marru fuq il-post u, wara li identifikaw x’inhi l-problema, se jagħmlu x-xogħol neċessarju.
Jista' l-Ministru jinvestiga kif il-familja, li d-dettalji taghha qed jintbagħtu separatament, qed tilmenta li l-ħlas tas-sussidju tal-kont tad-dawl u l-ilma li ngħataw matul is-sena li għaddiet qatt ma ngħata minħabba li dan kien inħareġ fuq il-ġenituri li kienu ġew nieqsa? Jista' jara għaliex iċ-ċekk li suppost kellu jinħareġ fuq is-sid il-ġdid ma nħariġx?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.