Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li Triq il-Belt Valletta f'Ħal Luqa tiġi rranġata minħabba l-ħsara li fiha u l-ammont ta' ħofor li qed jikkawżaw periklu għall-vetturi li jgħaddu minn dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta ħarġet u aġġudikat sejħa għal dawn ix-xogħlijiet (dik il-parti fejn ċediet it-triq), u qed isir pjan tal-phasing tat-tiswija biex ix-xogħol ikun jista' jinbeda.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li minħabba li kien marid kellu jitfa' l-vettura fil-garaxx għal dawn l-aħħar snin u konsegwenza t'hekk weħel €2,600 multi extra mal-ħas tal-liċenzja? Jista' jikkonsidra li l-multi jkunu mnaqqsa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-impjegat, li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, li tħalla fl-istess grad ta' porter sa mill-1981 u qatt ma ngħatatlu promozzjoni fuq il-post tax-xogħol minkejja li ta s-servizz tiegħu għal dawn is-snin kollha fl-istess dipartiment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li m’hemm l-ebda promozzjoni awtomatika marbuta mal-grad ta’ porter. Madankollu l-uffiċjal għandu dritt japplika għal kull sejħa li jista’ jkun eliġibbli għaliha fosthom fil-postijiet kollha fil-gradi ndustrijali fi Grupp IV.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan l-ex impjegat tat-Tarzna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qatt ma ngħata l-promozzjoni ta' welder/burner li suppost kellu jieħu fil-grad tax-xogħol tiegħu u għalhekk saret ingustizzja mieghu? Jista' l-Ministru jara li dan il-ħaddiem jingħata rimedju?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għas-servizz tal-ilma fid-dar imma sal-lum għad ma tawhiex servizz meta din ħallset l-applikazzjoni u s-sidien l-antiki ħallsu l-kontijiet pendenti f'din id-dar? Jista' jgħid għaliex dan id-dewmien li qed jikkawża inkonvenjent għal din il-persuna peress li jista' jiskadilha l-compliance certificate?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li s-servizz tal-ilma fid-dar imsemmija ingħata fis-7 ta’ Novembru, iżda biżvista il-konsumatur ma ġiex mgħarraf mill-ewwel li ngħata s-servizz. Id-dewmien minn meta saret l-applikazzjoni ġara għaliex il-konsumatur dam ma ħallas il-kontijiet li kien hemm pendenti.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tax-xiri jew kiri ta' vetturi għat-Tribunal tal-Appelli tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid kemm vetturi nxtraw jew inkrew u kemm swiet din l-ispiża?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Environment and Planning Review Tribunal jagħmel użu minn numru ta vetturi. Dawn huma proprjetà tal-Avis u huma mikrijin għall-użu tal-membri tat-Tribunal skont kif jispeċifika l-istess kuntratt tal-impjieg. Kiri ta' karozzi għall-membri tat-Tribunal huma 3 li globalment jiswew Euro1971 kull xahar.
Ħal Qormi — Triq l-Imdina u Triq Ħal Luqa - traffic lights bil-ħsara
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ħsara li hemm fit-traffic lights li jinsabu fejn ir-roundabout tal-fjuri fi Triq l-Imdina u fi Triq Ħal Luqa f'Ħal Qormi għaliex ilhom diversi ġranet bil-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma nstabux traffic lights bil-ħsara fi Triq l-Imdina Ħal Qormi, imma fi Triq Ġuze' Duca Ħal Qormi. Infurmat ukoll li ħsarat, kemm fi Triq Ġuze' Duca u fi Triq L-Imdina, it-tnejn Ħal Qormi, ssewwew.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-ilment tal-anzjana, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li ilha fuq il-waiting list għal iktar minn tmien snin għall-akkomodazzjoni alternattiva u sal-lum għadha ma ngħatatx akkomodazzjoni mill-Awtorità minkejja li ntbagħtet tikri post b'kirja li ma tiflaħx għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dan il-każ qed jingħata prijorità mill-Awtorità tad-Djar għal akkomodazzjoni soċjali. Il-persuna tista’ tikkonsidra li tapplika taħt l-iskema ta’ sussidju għall-kera.
Tribunal tal-Appelli — informazzjoni dwar il-membri
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet u s-salarji tal-membri tat-Tribunal tal-Appelli tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tax-xiri jew kiri ta' vetturi għat-Tribunal tal-Appelli tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid kemm vetturi nxtraw jew inkrew u kemm swiet din l-ispiża?
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' ħajt li qed jiġġarraf fil-ġenb tal-kappella storika tal-Ħlas f'Ħal Qormi u jekk hux possibbli li dan il-ħajt jiġi rranġat biex ma ssirx ħsara lil dan il-post storiku?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni preliminari li saret fuq is-sit, jirriżulta li l-ħajt li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ma jifformax parti mill-istruttura storika tal-knisja. Jidher ukoll mill-istess investigazzjoni li t-tiswija tal-ħajt inbdiet u qiegħda issir mis-sidien tiegħu.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tirċievi kontijiet f'daqqa' wara xulxin minn Arms Ltd, fejn l-aħħar kont telgħa għal €550 li għal familja żgħira huwa wieħed eċċessiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Tista' l-Ministru tgħid kemm familji applikaw taħt l-iskema tax-xiri ta' appartamenti li nħarġet fil-Kottonera u fiex wasal dan il-proċess? Tista' tgħid jekk l-Awtorità hux beħsiebha li testendi din l-iskema mal-pajjiż kollu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Minn meta tħabbret din l-iskema, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 27 applikazzjoni għax-xiri tar-residenzi. L-awtorità tinsab fil-proċess li takkwista l-permessi meħtieġa minn entitajiet oħra sabiex tkun tista’ tbiegħ dawn il-postijiet, kif ukoll sabiex tistabilixxi l-prezz tal-bejgħ tagħhom. Mhux eskluż li fil-futur qrib din l-iskema tkun estiża fil-lokalitajiet kollha.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm talbiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar dwar manutenzjoni fl-appartamenti tal-Gvern? Tista' tgħid minn mindu twaqqfet l-iskema ta' manutenzjoni kemm-il familja applikat u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet saru x-xogħlijiet fihom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtortità tad-Djar prezentament għandha 58 applikazzjonijiet pendenti taħt Skema “I” – manutenzjoni fi proprejta’ mikrija. F’dan il-każ pendenti tfisser li jew l-applikanti għadhom ma lestewx ix-xogħol approvat mill-Awtorità jew l-Awtorità tad-Djar għadha qegħda tipproċessa l-applikazzjoni. Minn meta ġiet varata din l-iskema, 166 familja applikaw sabiex isiru xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fi proprjeta’ tal-Gvern mikrija lilhom. Mir-records tal-Awtorità tad-Djar jidher li 88 familja lestew ix-xogħlijiet kollha approvati lilhom u saħansitra tħallsu.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru ta' waiting lists li hemm għall-akkomodazzjoni alternattiva sal-lum?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għalkemm hemm 2068 applikazzjoni quddiem l-Awtorità tad-Djar, dawn jinkludu klassifikazzjonijiet differenti, inkluż dawk li jixtiequ jibdlu l-lokalità tal-akkomodazzjoni. Huma madwar 570 il-każijiet meqjusa prijorità.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu appartamenti tal-Gvern mill-Awtorita' tad-Djar matul l-2011 u f'liema lokalitajiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ara PL 8718 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt Seduta 414, nhar it-Tnejn 28 ta' Novembru 2011.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għad fadal appartamenti u maisonettes għall-bejgħ mill-units tal-Awtorità tad-Djar li ħarġu fl-avviżi dwar bejgħ ta' appartamenti u f'liema lokalitajiet jinsabu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha 123 appartament vojta fil-lokalitajiet ta’ Buġibba, Kirkop, Mellieħa, Mġarr, Mrieħel, Mtarfa, Naxxar, Paola, Pembroke, Qawra, Tarxien, Żejtun u Żurrieq fil-waqt li għandha ukoll 2 maisonettes fil-lokalitajiet ta’ Pembroke u Mtarfa.
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il kuntratt irnexxielha tikkonkludi l-Awtorità tad-Djar dwar is-sejħiet li nħarġu dan l-aħħar għall-appartamenti għall-bejgħ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar ikkonkludiet 38 kuntratt taħt l-aħħar avviż numru 75.
Tista' l-Ministru tinvestiga l-problema ta' din il-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix f'appartament tal-gvern u qed ikollha influss ta' ilma fil-proprjetà li qed jikkawżalha ħafna ħsarat fid-dar tagħha meta dan mhux ġej min-naħa tagħha? Tista' tgħid x'ġara mill-każ wara li diversi uffiċjali tal-Awtorità tad-Djar marru anke fuq il-post biex jaraw x'inhi l-problema?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar qatt ma rċeviet talba mingħand l-inkwilina msemmija. Il-fond sejjer jiġi spezzjonat minn uffiċjali tal-Awtorità fil-jiem li ġejjin.