B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33788 dwar parti minn Triq Wied il-Knejjes Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid meta l-Korporazzjoni Enemalta beħsiebha tlesti dan ix-xogħol meħtieġ relatat mal-istallazjoni ta' arbli u lampu tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf l-alka li hemm fil-bajja tal-Armier peress li għadha sal-lum ma tnaddfitx bil-konsegwenza li minħabba f'hekk qed jintilef ħafna ramel għax mhux qed ikun jista' jerġa' jiżdied b'mod naturali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li it-tindif tal-bajjiet mill-alka jsir skont programm imfassal appożitament u li beda aktar kmieni dan ix-xahar. Skont dan il-programm imsemmi, kien ippjanat li t-tindif tal-bajja tal-Armier jibda nhar il-Ġimgħa 27 ta’ April.
Jien infurmat li kuntrarjament għall-oservazzjoni tal-Onor. Interpellant, l-alka mhux talli ma ttellfix l-akkumolu tar-ramel, imma isservi biex tissalvagwardjah billi ma jinġarrx il-barra mill-mewġ qawwi waqt il-maltempati.
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-water culverts żgħar li hemm fi Triq is-Sebħ kantuniera ma' Triq il-Milied Ħal Qormi dejjem qed ikunu miżdudin bil-konsegwenza li l-ilma tax-xita qed jispiċċa fid-djar tan-nies? Jista' jara jekk jista' jsir water culvert tul Triq il-Milied (fejn dak ezistenti) u minn fejn Triq il-Masġar (fejn hemm il-ġibjun) biex jilqa' l-ilma tax-xita li jinżel mill-bypass u b'hekk ma jikkawżax ħsara lir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga x-xogħol tal-junction li qed isir taħt il-bridge ta' Triq is-Sebħ fejn fi Triq il-Masġar, Ħal Qormi, saret bankina wiesgħa ħafna bil-konsegwenza li l-vetturi qed jipparkjaw fuq iż-żewġ naħat u trakkijiet ma jkunux jistgħu jgħaddu biex jitilgħu mill-ġdid ġol-bypass?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kumpanija ARMS Ltd qed tagħmilha impossibli għall-konsumaturi li jkunu wirtu djar mingħand il-ġenituri tagħhom biex idawru l-kontijiet tad-dawl fuqhom meta jkollhom dritt testamentat għal użufrutt tad-dar? Jista' jgħid għaliex titlob il-kunsens tal-werrieta l-oħra saħansitra dawk li jkunu jgħixu barra mill-pajjiż u b'konsegwenza t'hekk ma jkunux jistgħu idawru l-meter mill-ewwel? Ma jaħsibx li dan hu red tape bla bżonn u qed jikkawża ħafna problemi għall-konsumaturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’sedta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li jsiru pelican lights fl-inħawi ta' Triq il-Wied Ħal Qormi qrib Trejqet l-Għajn tal-Ħajja peress li r-residenti ma jistgħux jaqsmu lejn iċ-ċentru ta' Ħal Qormi?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li Triq il-Wied hija open channelgħall-ilma tax-xita w għaldaqstant mhux rakkmandat li jsiru pelican lights.
Jista' l-Ministru jara li tistalla lampi ġodda fi triq li għadha kemm inbniet fl-indirizz li d-dettalji daru qed jintbaghtu separatament? Jista' jgħid jekk istallar ta' lampi f'toroq ġodda humiex responsabbiltà tal-Korporazzjoni Enemalta jew tal-kunsilli lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija hija triq li għad trid tingħata r-resurfacing għall-ewwel darba u għaldaqstant trid issir mit-Trasport Malta. L-istess huwa rigward installazjonijiet tad-dawl f’dawn it-toroq, meta jsiru l-ewwel darba dawn isiru mil Korporazzjoni Enemalta. Minn naħa tal-Kunsill, dan diġa nforma lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġu nstallati d-dawl tat-toroq l-ewwel darba.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-bżonn ta' pelican light fi Triq Mons Mikiel Azzopardi Siġġiewi (bypass) fid-distanza ta' bejn dawk li hemm eżistenti minħabba li xi residenti qed ikollhom jimxu ħafna biex jaqsmu mil-lights li hemm eżistenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebha tingħata t-tarmac Triq Daqquqa Kaħla f'Ħal Farruġ u jekk din it-triq li għadha fi stat li qatt ma ġiet mibnija hiex responsabbiltà ta' Malta Transport jew tal-kunsill lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq diġa' kienet asfaltata u xogħol ta' manutenzjoni ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm daħlu ħaddiema ġodda jaħdmu ma’ kull direttorat tal-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (Corporate Services Directorate, Planning Directorate, Environment Directorate, Enforcement Directorate) u l-uffiċċju taċ-chairman wara l-21 ta’ Ġunju 2010.
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament li għandha bżonn mediċina li tuża ta' kuljum iżda dejjem qed tkun out of stock u minflok qed tingħata xi ħaġa oħra simili li ma taqbilx magħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjent ikkonċernat mhux irreġistrat mal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Hemm 7 tipi differenti ta’ Betadine. 6 huma
in stock
filwaqt li l-Betadine 10%
alcoholic solution
huwa mistenni li jkun
in stock
fl-aħħar ta’ April 2012.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33163, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi dwar din is-siġra qed jistenna l-permess tad-Dipartiment tal-Agrikoltura u l-pariri tekniċi tiegħu meta qed jingħad f'din il-mistoqsija li d-devoluzzjoni għaddiet lill-kunsill lokali meta hemm korrispondenza ċara bejn il-kunsill lokali u d-Dipartiment tal-Agrikoltura? Jista' jgħid jekk din is-siġra tistax tkun relokata minħabba l-ħsara li qed tikkawża lid-djar tan-nies?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ir-rwol prinċipali tad-Dipartiment tal-Agrikoltura f’każijiet bħal dawn huwa li jagħti pariri tekniċi lill-Kunsilli Lokali u anki biex l-istess Kunsilli jkunu jistgħu jwieġbu għall-ilmenti mressqa mir-residenti.
NInsab infurmat li Spetturi tad-Dipartiment tal-Agrikoltura diġa marru darbtejn biex jaraw il-każ wara li id-Dipartiment kien irċieva ittra mill Kunsill. Sfortunatament fiż-żewġ każijiet ir-resident ma kienx hemm biex jispeċifika s-siġra in kwistjoni.
Id-Dipartiment irrisponda b’żewġ ittri lill-Kunsill Lokali fejn għarrfu li f’każijiet bħal dawn ir-residenti għandhom jipproduċu rapport mill-perit tagħhom biex wara tkun tista’ issir il-verifika meħtieġa mill-ispetturi tad-Dipartiment.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma — rwejjaħ qawwija tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' rwejjaħ qawwija ta' drenaġġ u gass li qed toħroġ mill-main sewers ta' Triq Valletta f'Ħal Qormi quddiem din id-dar li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament f'xi ħinijiet waqt il-ġurnata u li qed tikkawża inkonvenjent għar-residenti? Tista' l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tgħid x'qed iwassal għal din il-problema?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta l-ilma għamlet diversi visti fuq is-sistema tad-drenaġġ fl-imsemmija triq u ma sabet xejn irregolari.
L-aħħar spezzjoni saret fil-preżenza ta’ l-ispettur tas-sanita u tal-konsumatur li qed jirraporta. L-ispettur tas-sanita irrakommanda lill-konsumatur sabiex jivverifika sew jekk is-sistema tad-drenaġġ tal-propjeta’ tiegħu hix sew.
Ħal Qormi — Triq l-Imdina u Triq Manwel Dimech - inċidenti mal-junction
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33224 dwar il-junction bejn Triq l-Imdina u Triq Manwel Dimech f'Ħal Qormi, ma jaħsibx il-Ministru li qed ikun hemm wisq inċidenti tat-traffiku f'din il-parti tat-triq (meta din l-istatistika ma tinkludix l-inċidenti li seħħew u li ma ġewx irrekordjati mill-pulizija) u jeħtieġ li Transport Malta tikkunsidra bis-serjetà li tirranġa din il-junction fejn ir-roundabout ta' Triq l-Imdina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjonijiet tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33179 u jinvestiga l-kont ta' multi li rċeviet il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, inkluż il-kunsens, fuq vettura li ma baqgħetx tagħhom għaliex kienet inbiegħet u sar transfer fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-informazzjoni li għandha Transport Malta, tal-persuna li ngħataw id-dettalji tagħha, din il-persuna xtrat din il-vettura mingħand il-persuna l-oħra fl-1 ta’ April 1997.
Ninsab ukoll infurmat li din il-vettura għandha l-liċenzja skaduta u l-liċenzja ilha ma titħallas minn Frar tal-2008. Transport Malta mhix infurmata li kien hemm xi trasferiment ieħor u jekk kien hemm bejgħ ta’ din il-vettura, allura dan ma ġiex reġistrat ma’ Transport Malta.
Ninfurmak ukoll li skont ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur, Leġislazzjoni Sussidjarja 368.02, is-sid tal-vettura jibqa’ responsabbli tal-vettura sakemm it-trasferiment ta’ dik il-vettura ikun reġistrat ma’ Transport Malta f’mhux aktar minn sebat ijiem.
Ħal Farruġ — Triq Ħal Farruġ - sinjali tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema tar-residenti tal-Housing Estate ta' Ħal Farruġ li qed jilmentaw li l-exits li hemm fuq Triq Ħal Farruġ qegħdin perikolużi ħafna għall-vetturi li jkunu ħerġin fuq din it-triq peress li mhemmx sinjali tat-traffiku adekwati f'kull exit?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sal-lum għadu ma nqalibx fuq ir-reġistru part 1 minkejja li l-każ tiegħu intrebaħ fl-Awtorità Nazzjonali tax-Xogħol b'hekk sal-lum għadu ma jistax isib impjieg alternattiv u lanqas jirċievi l-benefiċċji dovuti lilu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna indikata minnu l-ahhar li rreġistrat għax-xogħol kien fl-14 t’Ottubru 2011. Minn dik id-data ‘l quddiem l-istess persuna ma kienetx f'pożizzjoni li tirregistra peress illi ppreżentat ċertifikati mediċi li jkopru minn dik d-data ‘l quddiem. Fl-10 ta’ Marzu 2012 din il-persuna għamlet applikazzjoni għal assistenza soċjali. Kif appena din il-persuna tkun tajba għax-xogħol u allura jieqfu ċ-ċertifikati mediċi huwa awtomatikament ikun intitolat biex jirreġistra fuq l-ewwel parti tar-Registru in linea mad-deċiżjoni tal-NEA.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qalulha li mhijiex intitolata għal pilloli Simvacor 10mg meta kienu l-awtoritajiet tal-isptar li kitbulha biex tibda tieħu dawn it-tip ta' pilolli u issa qed ikollha tixtrihom minkejja li hija bil-pensjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-każ tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġie nvestigat minn naħa tal- ‘Medicines Entitlement Unit’ fejn l-applikazzjoni ta’ din il-persuna għall-mediċini statins ma ġietx approvata għar-raġunijiet li ġejjin:
· Id-dokument tal-‘
heartscore’
ma kienx disponibbli mal-applikazzjoni skont il-kriterji meħtieġa mill-protokoll għall-kundizzjoni mmarkata mill-konsulent;
· Id-dokument ta’ Skeda V irid jiġi aġġornat biex jinkludi l-mediċina kollha li għandha bżonn din il-persuna.
Għalhekk din il-persuna jkollha bżonn tmur għand il-konsulent biex jaġġornala l-
entitlement
tagħħa ta’ Skeda V, kif ukoll l-applikazzjoni tal-permess.
Ġie ppruvat għal bosta drabi biex isir kuntatt ma’ din il-persuna permezz tan-numru pprovdut pero’ t-telefon ma ġiex imwieġeb.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont ta' multi li rċeviet il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament fuq vettura li ma baqgħetx tagħhom għaliex kienet inbiegħet u sar transfer fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma' jkollix il-kunsens ta’ l-individwi konċernati.
Jista' l-Ministru jistħarreġ it-talba ta' residenti fl-Imdina Road Ħal Qormi biex il-pedestrian crossing li hemm fl-istess triq fejn il-Bathline Showroom tinbidel f'pelican lights minflok minħabba li l-vetturi mhux iwaqqfu lill-pedestrians u saret perikoluża ħafna għar-residenti partikolarment fir-rush hour?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta se teżamina dan il-każ billi jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji fuq il-post u billi tinġabar l-informazzjoni dwar it-traffiku u l-pedonali kollha meħtieġa sabiex tittieħed deċiżjoni nfurmata dwar x'hemm bżonn li jsir.