Reġistru għall-Akkreditazzjoni — Taħriġ ta' l-Arti
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1354, tista' l-Ministru ġentilment tgħid liema organizzazzjonijiet ġew akkreditati f'dan ir-reġistru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li l-organizazzjonijiet li ġew akkreditati fir-reġistru huma dawn:
The DanceWorkshop
Drama Troupe St. Martin’s College
The Olivia Dow School of Russian Ballet
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1357, jista' l-Ministru ġentilment jagħti indikazzjoni jew data ta' meta se jitkompla x-xogħol fuq din it-triq minħabba l-inkonvenjent li għaddejjin minnu r-residenti fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi x-xogħol fi Triq il-Palm mistenni jitkompla fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu t-tenders għall-ġardini li hemm fil-Housing Estate ta' l-Istabal, f'Hal Qormi minħabba li uħud minnhom jinsabu fi stat abbandunat? Jista' jagħti indikazzjoni meta dawn it-tenders se jinħarġu?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex mhux qed issir żebgħa b'mod regolari fit-toroq arterjali bħalissa, fosthom fi Triq l-Imdina f'Hal Qormi? Jaf li f'dawn il-ġranet kien hemm inċident serju minħabba li ttajret persuna fuq pedestrian crossing fi Triq l-Imdina, Qormi li ma kenitx miżbugħa mill-ADT?
Response (GATT, AUSTIN)
Napprezza jekk l-Onor Interpellant jispjega kif issir żebgħa fit-toroq.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-progett ta' Footway Bridge f Triq is-Sebħ, f'Ħal Qormi u jekk l-ADT sabitx soluzzjoni għall-problema ta' nuqqas ta' faċilitajiet għall-pedestrians f'din il-parti tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-permessi min-naħa tal-MEPA għal dawn ix-xogħolijiet għadhom ma ħarġux.
Tista' l-Ministru tgħid meta ġie mwaqqaf ir-Reġistru għall-Akkreditazzjoni fit-Taħriġ ta' l-Arti, kif ġie msemmi fid-diskors tal-Budget ta' Novembru 2007? Kemm kienu l-organizzazzjonijiet li applikaw għall-akkreditazzjoni u kemm minnhom ġew akkreditati f'dan ir-Reġistru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li r-Reġistru għall-Akkreditazzjoni fit-Taħriġ tal-Arti ġie mwaqqaf f’Jannar ta’ 2008. Tliet organizzazjonijiet applikaw għal din l-iskema. It-tlieta minnhom ġew akkreditati f’dan ir-reġistru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' koppji miżżewġa li rċivew iċ-children's allowance għall-ewwel darba bejn Jannar u Marzu 2008 u n-numru ta' koppji li rċivew l-istess benefiċċju għall-ewwel darba wara Marzu 2008?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex fi Triq il-Palm f'Santa Marija Estate, il-Mellieħa inbeda x-xogħol fuq is-servizzi ta' din it-triq u waqaf ħesrem xi xhur ilu? Jista' jgħid meta se jitkompla ix-xogħol f'din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fi Triq il-Palm twaqqfu mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport fid-29 ta’ Mejju 2008 minħabba li kien hemm bżonn approvazzjoni ta’ varjanzi fuq ix-xogħlijiet tad-dranaġġ. Ix-xogħol mistenni jitkompla.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'sar mill-kummenti mgħoddija mill-impjegati tal-MEPA lill-management dwar l-Abbozz ta' Kodiċi ta' Etika? Jista' jgħid jekk itteħditx konsiderazzjoni ta' dawn il-kummenti? Jista' jgħid x'passi ttieħdu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kummenti mibgħuta mill-impjegai lill-management tal-MEPA kienu kollha kkunsidrati, diskussi u evalwati mill-Bord tal-MEPA. Il-kummenti / proposti li ma kienux koperti bit-test oriġinali tad-dokument ġew inklużi fit-text finali li ġie ppreżentat lili. Jien ġejt mogħti wkoll is-sottomissjonijiet kollha ta' l-impjegati biex inkun nista’ nevalwa indipendentement il-valur ta' dawn is-sottomissjonijiet. L-ismijiet ta' l-impjegati tneħħew biex tkun salvagwardjata l-privatezza tal-persuna.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' applikazzjonijiet quddiem il-MEPA li r-rakkmandazzjoni tagħhom kienet overturned min-naħa tal-Bord tad-DCC matul is-sena 2008? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jagħtu l-figuri mitluba. Din l-informazzjoni hija miġbura mis-sistema ta’ l-informatika ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jitkompla l-proċess ta' ingaġġ ta' enforcement officers fil-MEPA wara li kienet ħarġet sejħa pubblika fil-ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni generali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament l-Awtorità qed tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jitkompla l-proċess ta' mili ta' vakanzi fil-pożizzjoni ta' Enforcement Officer. Huwa ppjanat li fi ftit ġimgħat oħra jibdew l-intervisti għal dawk l-impjegati kif ukoll kandidati minn barra li wrew interess li jiġu kkunsidrati biex jimlew dawn il-vakanzi ta' din il-pożizzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 496 u jgħid xi żviluppi saru fuq il-bini tat-triq ġdida fi Triq Valletta, li hemm ippjanata u tinsab faċċata ta' Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi, minħabba li hemm diversi residenti ma jistgħux jidħlu jgħixu fid-dar tagħhom minħabba dan l-inkonvenjent?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu biex jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-aċċess permezz ta’ pont li kien oriġinarjament propost bejn Triq il-Hammieri u t-triq imsemmija ma reġax ġie nkluż fil-Pjan Lokali maħruġ mill-MEPA. Għalhekk, l-uniku aċċess propost issa ġie permezz tat-triq proposta li tgħaqqad ma’ Triq il-Belt Valletta.
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ADT ser tagħmel talba lill-MEPA sabiex issir reviżjoni tal-provediment tal-Pjan Lokali ħalli jkun jista' jsir il-pont meta dawn ir-reviżjonijiet ikunu jistgħu isiru jiġifieri f’Awissu ta’ din is-sena. B'hekk, jekk din it-talba tkun aċċettata, ir-residenti ikollhom aċċess aħjar għar-residenzi tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni meta se jinbeda x-xogħol ta' tarmac fuq Triq Pietru Saliba, f'Ħal Luqa peress li f'mistoqsija parlamentari fil-leġislatura li għaddiet intqal li din it-triq kienet tifforma parti mill-programm ta' toroq għal matul l-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' bankina ġdida fi Triq il-Wied, f'Ħal Qormi( biswit il-Klabb tal-Boċċi ta' San Gorg) wara li fil-legislatura li għaddiet ingħata l-informazzjoni li dan ix-xogħol kellu jkun inkluż fil-programm ta' xogħolijiet li kellhom isiru fl-2008?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu ilmenti quddiem l-Uffiċċju ta' l-Awditur tal-MEPA fis-sena 2007 sal-lum u kemm dan l-uffiċċju rnexxielu jinvestiga minnhom?
Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' investigazzjonijiet li saru minn wara t-tneħħija ta' l-Assistent ta' l-Awditur, li ismu qed jidher separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Verifika ma kienx qed jopera minn Frar sa Ġunju 2007.
Minn Ġunju sa l-aħħar ta' Settembru 2007 daħlu 34 ilment. Minn Jannar sa Ġunju 2008 daħlu 34 ilment. Xi wħud minn dawn l-ilmenti ġew riferuti lill-Complaints Section tal-MEPA, oħrajn ġew ittrattati permezz ta' ittra lill-persuna li għamlet l-ilment, x'aktarx minħabba li l-ilment ma kienx dwar ħwejjeġ li jirrigwardjaw ippjanar. L-oħrajn ġew investigati. Minn Ġunju sa Settembru 2007 saru għaxar (10) investigazzjonijiet li ġew konklużi permezz ta' Audit Report li ntbagħat lill-MEPA għall-konsiderazzjoni tagħha.
Minn Ottubru 2007 sa Ġunju 2008 saru dsatax-il (19) audit report ieħor. Hemm tnax-il (12) investigazzjoni oħra li għadhom mhumiex konklużi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-ammont ta' applikazzjonijet quddiem il-MEPA li r-rakkmandazzjoni tagħhom kienet overturned min-naħa tal-Bord tad-DCC matul is-sena 2007? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-progett ta' Footway Bridge f Triq is-Sebħ, f'Ħal Qormi u jekk l-ADT sabitx soluzzjoni għall-problema ta' nuqqas ta' faċilitajiet għall-pedestrians f'din il-parti tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta' ilmenti li ġew imressqa quddiem il-MEPA fil-Complaints Office xahar b'xahar matul is-sena 2007 sa Ġunju 2008? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ilmenti ġew riżolti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu msemmi, l-Uffiċċju li jirċievi l-ilmenti fi ħdan il-MEPA rċieva 5,664 ilment, li minnhom ġew riżolti 4,292. L-ilmenti daħlu xahar b’xahar hekk kif jidhru fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'passi qiegħda tieħu l-MEPA fuq kazi fejn ikun hemm rapporti ta' tneħħija ta' site notices waqt il-perjodu ta' konsultazzjoni fuq applikazzjonijiet li jkunu ġew mitfugħa quddiemha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tikkjarifika illi skond is-sub-Artiklu (4) ta’ l-Artiklu 32 ta’ l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-Iżvilupp (Kap 356) jobbliga lill-Awtorità li twaħħal is-site notice fuq is-sit relattiv. L-istess dispożizzjoni tal-liġi tinkombi obbligu fuq l-applikant li jassigura li s-site notice tibqa’ mwaħħla hemm għal perjodu ta’ għoxrin ġurnata minn meta tiġi mwaħħla fuq is-sit in kwistjoni.
Fil-każ li jiġi ppruvat li s-site-notice nqalgħet fiż-żmien stipulat bil-liġi, il-MEPA titlob lill-applikant jiġbor kopja biex iwaħħalha fuq is-sit in kwistjoni.