Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4276 u 3473 u jgħid meta huwa maħsub li jiġi asfaltat Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi wara li kien daħal fil-programm tat-toroq li għad iridu jsiru mill-Awtorità dwar it-Trasport?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Sqaq l-Għadira f’Ħal-Qormi hija nkluża fil-lista ta’ toroq li jridu jinbnew mill-ADT. Madankollu, f’dan l-istadju ma hemmx data stabbilita ta’ meta dan se jsir.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4274 u 3777 u jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-gvern li jwessa' Triq Ramija s-Siġġiewi, meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4275 u 3475 u jgħid meta se jsir il-footway bridge imwiegħed mill-Gvern fi Triq is-Sebħ f"Ħal Qormi li suppost kellu jinbeda f'Awwissu 2007? Jista' jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan tal-Gvern u jekk le, jista' jgħid jekk hux se ssir xi ħaġa oħra minflok?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT qiegħda tipprepara tender rigward dan il-"footway bridge" li mistenni jiġi ppubblikat is-sena dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-każ għal talba ta' akkomodazzjoni alternattiva, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, minħabba li l-omm bit-tfal spiċċat bla dar u fil-preżent qed tingħata refuġju temporanju ma' familjari tagħha? Jista' jgħid għaliex applikazzjonijiet bħal dawn qed idumu aktar minn għaxar snin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar għal akkomodazzjoni alternattiva? Jista' jgħid kemm minnhom imorru lura għal iktar minn ħames snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lilll-Onorevoli Interpellant illi hemm 3,440 applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva quddiem l-Awtorita’ tad-Djar. Minn dawn, 2,205 applikazzjoni imorru lura għal aktar minn ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għal talba ta' akkomodazzjoni alternattiva ta' din il-familja li qed tgħix fi stat orribli u kondizzjonijiet ta' periklu għas-saħħa tagħhom peress li l-applikazzjoni saret 4 snin ilu u s-sitwazzjoni tagħhom kompliet tiggrava?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux il-ħsieb tal-gvern li jirriloka l-Public Registry fl-inħawi ta' Sant' Iermu l-Belt Valletta? Jista' jgħid jekk hux il-ħsieb li jekk issir din ir-rilokazzjoni, ikun hemm xi trasport provdut jew faċilità għall-anzjani jew dawk li m'għandhomx trasport għal din iż-żona?
Response (GATT, AUSTIN)
Iva, huwa l-ħsieb tal-Gvern li r-Reġistru Pubbliku jirriloka iżjed l-isfel fl-istess triq, jiġifieri ġewwa "Evans Buildings". Dan biex ikun fl-istess sular tal-Uffiċċju tal-Passaporti u b'hekk il-Pubbliku jkun jista' jinqeda aħjar.
Il-lok imsemmi hu aċċessibbli b'servizz ta' trasport pubbliku u għall-karozzi privati.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' omm li hija single mother u li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li se titlef erba' xhur mill-pagament tal-għajnuna supplimentari għaliex l-applikazzjoni tagħha ma kenitx saret kif suppost minħabba nuqqas ta' ftehim dwar il-proċedura?
Jista' jara li din il-persuna tieħu l-benefiċċju dovut lilha mid-data li twieldet l-aħħar tarbija, jiġifieri minn erba' xhur 'l hawn u mhux mid-29 ta' Novembru 2008 kif ġiet approvata mid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3777 u jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-gvern li jwessa' Triq Ramija s-Siġġiewi, meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3475 u jgħid meta se jsir il-
footway bridge
imwiegħed mill-Gvern fi Triq is-Sebħ f"Ħal Qormi li suppost kellu jinbeda f'Awwissu 2007? Jista' jgħid jekk dan il-proġett għadux fil-pjan tal-Gvern u jekk le, jista' jghid jekk hux se ssir xi ħaġa oħra minflok?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3473 u jgħid meta huwa maħsub li jiġi asfaltat Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi wara li kien daħal fil-programm tat-toroq li għad iridu jsiru mill-ADT?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-offerti għax-xiri ta' dawn l-artijiet li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, mid-Dipartiment ta' l-Artijiet wara talba mressqa minn terzi persuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-Taqsima Proprjeta’ tal-Gvern m’għandha l-ebda ħsieb li toħroġ xi sejħa għall-offerti dwar it-talba li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. It-Taqsima diga’ kitbet lill-klijent in kwistjoni li t-talba tiegħu ma tistax tkun milqugħa.
Jista' l-Ministru jippreżenta kopja fuq il-Mejda tal-Kamra tar-rapport li sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dwar l-iStorm water Management magħruf bħala Tahal report?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapport li qed jirreferi għalih għadu mhux lest.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-gvern li jwessa' Triq Ramija s-Siġġiewi, meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex numru ta' bdiewa li applikaw għas-sussidju dwar il-bini ta' ħitan tas-sejjieħ fl-għelieqi tagħhom għadhom ma rċevew l-ebda għajnuna matul din is-sena, meta xi snin ilu ingħataw għajnuna simili? Jista' jgħid kemm tammonta l-għajnuna f'sussidju ta' dan it-tip u jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Ministeru?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li bħalissa l-Aġenzija għall-Pagamenti qiegħda tagħmel eżerċizzju ta’ verifika retroattiv li jkopri l-perjodu 2004-2008 li huwa maħsub li jkun konkluż lejn l-aħħar ta’ Diċembru 2008. Wara dan l-eżerċizzju jiġu esegwiti il-pagamenti kollha pendenti abbażi tar-riżultat ta’ dan l-eżerċizzju
L-għajnuna f’sussidju ta’ dan it-tip tammonta għall-20 ewro għal kull metru kwadru u l-pagament għal din l-iskema hu mifrux fuq ħames snin.
Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rranġata l-parti ta' Triq il-Marsa sa fejn Triq l-Ingiered, fil-Marsa li tinsab fi stat diżastruż u perikoluż ħafna għas-sewwieqa minħabba l-ħofor li hemm fl-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fil-ġranet li għaddew, ingħata l-kuntratt għar-resurfacing tat-triq imsemmija. Din se tkun l-ewwel fażi tax-xogħol filwaqt li iktar 'il-quddiem, jingħata l-kuntratt għal junction ġdida quddiem il-fabrika l-ġdida biswit iċ-ċimiterju ta' l-Ottomani.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jiġi asfaltat Sqaq l-Għadira f'Ħal Qormi wara li kien daħal fil-programm tat-toroq li għad iridu jsiru mill-ADT?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru t-traffic lights fi Triq l-Imdina (faċċata ta' Triq Dun Gorg Fenech) f'Ħal Qormi wara li kienet saret il-pjanta u kellhom jinħarġu t-tenders min-naħa ta' l-ADT?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ADT ġa għandha proposta approvata u l-Awtorita' ser timplimentaha matul is-sena d-dieħla.