Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Talbiet għal revokar ta' permess
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għal revokar ta' permess skond l-artiklu 39 A tad-Development Planning Act minħabba t-twaħħil tas-site notice f'post ħażin mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar stess?
Jista' jgħid kemm minn dawn it-talbiet li kienu tressqu quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġew milqugħa u rifjutati abbażi ta' dan l-iżball?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm talba waħda għal revokar ta' permess skond l-artikolu 39 A tad-Development Planning Act minħabba t-twaħħil tas-site notice f'post ħażin. Dan kien il-permess PA 0230/08 li ġie irrevokat mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar waqt il-Bord li nżamm nhar is-26 ta' Frar, 2009. Skond Artikolu 32(4) tad-Development Planning Act 'l-Awtorità għandha tkun responsabbli li twaħħal avviż fis-sit u l-applikant għandu jkun responsabbli li jisgura li l-avviż jibqa' mwaħħal għal perjodu ta' għoxrin jum mid-data li l-avviż jiġi hekk imwaħħal.'
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5408, jista' l-Ministru jinvestiga x'jista' jsir dwar il-problema tal-ilma tax-xita li qed tidħol fil-proprjetà tan-nies u qed tagħmel ħsarat qawwija? Il-kunsill lokali qed jgħid li dan ix-xogħol m'huwiex responsabbli minnu, iżda li suppost kellha tittieħed azzjoni min-naħa tal-Awtorità tad-Djar wara li anke saret spezzjoni min-naħa tal-kunsill lokali flimkien mal-periti tal-Awtorità tad-Djar.
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan ix-xogħol ser isir mill-Kunsill Lokali iżda se jkun inkluż fil-finanzjament l-proġett tal-ġnien li qed isir bi sħab ma’ l-Awtorita' tad-Djar.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 4411, 4274 u 3777 u jgħid jekk għadux fil-ħsieb tal-Gvern li jwessa' Triq Ramija, s-Siġġiewi meta din inbniet aktar minn 30 sena ilu u sal-lum dan it-twessiegħ baqa' ma seħħx? Jista' jara li l-familja li l-proprjetà tagħhom tista' tkun milquta minn dan il-proġett tingħata risposta min-naħa tal-Awtorità dwar it-Trasport dwar jekk għadx hemm dan il-ħsieb jew le?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għal-Pjan Lokali rilevanti. M'inhix infurmat li xi familja għamlet xi talba fis-sens li qiegħed jgħid l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tad-djar tal-Gvern min-naħa tal-Awtorita' tad-Djar li kienu jaqgħu taħt l-iskema tal-HOS? Dawn jinsabu fi Triq id-Deheb Fin, f'Ħal Qormi li ħafna minnhom għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern. Jista' jgħid kif din il-problema tista' tiġi riżolta għal dawn il-familji li jixtiequ li jifdu anke ċ-ċens li għandhom fuq l-art?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-Awtorita’ tad-Djar ma jkollhiex informazzjoni dwar meta jista’ jsir il-kuntratt fuq din l-art f’ Hal Qormi, għalhekk nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Informat ukoll li dawk il-familji li għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern u jixtiequ li jifdu ċ-ċens li għandhom fuq l-art, jistgħu jagħmlu dan taħt Skema Q mħaddna mill-Awtorita’ tad-Djar.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — appointments fil-gradi professjonali u tekniċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-appointments fil-gradi professjonali u tekniċi li ngħataw mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Marzu 2008 sal-lum?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, taħt skema Z qed iddum biex tiġi proċessata minħabba li ilha li applikat aktar minn sena?
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ġara mill-applikazzjoni tal-familja, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament meta kienet applikat għas-sussidju fuq il-bdil tal-gallarija tagħha fil-Belt Valletta taħt l-iskema li kienet tħabbret matul is-sena li għaddiet?
Jista' l-Ministru jgħid il-għaliex minkejja li din il-familja kienet infurmata li l-applikazzjoni qed tkun processata baqgħet ma rceviet xejn aktar mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għaddejt l-informazzjoni lill-Awtorità kkonċernata sabiex tassigura li jsir kuntatt ma’ l-applikanta u tiġi nfurmata bid-dettalji kollha ta’ l-applikazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'terms of reference ngħataw min-naħa tal-Gvern lill-Perit Renzo Piano dwar il-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta u t-Teatru Rjal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru fondi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-fondi ta' l-Urban Improvement Fund, EIPP u CPPS?
Fil-fondi tal-UIF, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-bilanċ ta' proġetti li ġew approvati u se jingħataw il-fondi inklużi dawk li diġa' ngħataw il-fondi?
Fl-EIPP jista' l-Prim Ministru jgħid min ibbenefika jew se jibbenefika minn dan il-fond? X'kienu l-ammonti?
Mis-CPPS hemm xi entita' li bbenefikat minn dan il-fond? Jekk iva, liema entita' kienet u kemm kien l-ammont?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex aktar fondi u min ibbenefika minnhom s'issa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiswa l-proġett ta' underground car park fi Pjazza San Gorġ, il-Belt Valletta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li fl-eventwalità li jsir il-proġett ta’ underground car park u t-tisbiħ tal-Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, huwa stmat li jiġi jiswa madwar 2.2 miljun ewro.
Sadanittant, wara li l-ġimgħa l-oħra nstabu xi
tunnels
, il-pożizzjoni qed tiġi ri-eżaminata flimkien mal-awtoritajiet kompetenti.
Jista' l-Ministru jagħti data definittiva ta' meta se jsir il-proġett tal-footway bridge jew underpass fi Triq is-Sebħ, Hal Qormi minħabba l-periklu li diversi residenti qed jgħaddu minnu kontinwament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol ta' rikostruzzjoni ta' Triq il-Marsa, fil-Marsa minħabba l-istat urġenti tagħha u kemm hija stmata l-ispiża għal din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Solar Water Heaters u Photovoltaic panels — applikazzjonijiet għas-sussidju
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-applikazzjonijiet għas-sussidju tas-solar water heaters u l-photovoltaicpanels kif imħabbar fil-Budget ta' din is-sena?
Jista' jgħid kemm se ddum miftuħa din l-iskema?
Jista' jgħid għaliex l-Awtorità Maltija għar-Riżorsi għadha mhix qed tilqa' dawn l-applikazzjonijiet?
Jista' l-Ministru jara li x-xogħlijiet li kellhom isiru skond il-każ li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, min-naħa tal-Awtorità tad-Djar fil-qasam tad-Djar ta' Ħal Farruġ jitlestew minħabba problemi ta' ħsarat li qed isofru r-residenti fil-proprjetà tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħijiet meħtieġa jinvolvu landscaping works madwar il-proprjeta’ msemmija li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Luqa mhux taħt l-Awtorita’ tad Djar. Il-persuna li għamlet l-ilment diġa ġiet infurmata li dawn ix-xogħlijiet qed isiru mill-Kunsill Lokali.
Applikazzjonijiet pendenti għal akkomodazzjoni alternattiva
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni alternattiva li huma pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar u li ġejjin minn dawn il-lokalitajiet: Qormi, Siggiewi, Luqa. Jista' jgħid kemm huwa l-ammont f'kull lokalità?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li bħalissa l-Awtorita' tad-Djar għandha total ta 175 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva. Dawn huma maqsuma hekk :
Qormi - 108 Siġġiewi - 37 Luqa - 30.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3759, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-eżerċizzju li kellu jsir fuq l-applikazzjonijiet għas-sussidju għall-bini tal-ħitan tas-sejjieħ? Jista' jgħid meta l-bdiewa se jibdew jieħdu l-ħlas tas-sussidju mwiegħed lilhom mill-Gvern?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Aġenzija għall-Pagamenti għadha għaddejja bl-eżerċizzju ta' verifika dwar is-sussidju għall-bini ta' ħitan tas-sejjiegħ fl-għelieqi u qiegħda toħrog il-pagamenti gradwalment għal dawk li jikkwalifikaw għal ħlas.
Jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid min huma n-nies li jiffurmaw parti mill-private secretariat (li jinkludu private jew personal assistants, communications coordinators u segretarji/assistenti) tas-segretarji parlamentari li jaħdmu fl-OPM jiġifieri dak tat-turiżmu u dak tad-djalogu pubbliku u nformazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat Privat ta’ l-Onorevoli Dr Mario Demarco huwa kompost hekk:
Jesmond Schembri
Head of Secretariat
Genevieve Abela
Private Secretary
Reuben Sciberras
Communications Co-Ordinator
Lourdes Micallef
Secretariat Officer
Paul Spiteri
Secretariat Officer
Josephine Guillaumier
Member of Secretariat Pool
Anthony Demicoli
Member of Secretariat Pool
Michael Azzopardi
Secretariat Messenger
Gauci Doris
Secretariat Messenger
Emanuel Attard
Driver/Security Officer
Is-Segretarjat Privat ta’ l-Onorevoli Dr Chris Said huwa kompost hekk:
Manuel Tabone
Head of Secretariat
Mark Mizzi
Private Secretary
Claire Micallef Pule
Communications Co-Ordinator
Alexia Maria Sultana
Secretariat Officer
Amanda Jones
Secretariat Officer
Mario Borg
Member of Secretariat Pool
Marlene Muscat
Member of Secretariat Pool
Tiziana Castillo
Member of Secretariat Pool
Doris Pace
Secretariat Messenger
Anthony Theuma
Driver/Security Officer
Andrew Muscat
Driver/Security Officer
Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex f'dawn l-aħħar ġranet qed jinżel kontinwament kwantità ta' ilma fi Triq il-Wied f'Hal Qormi, bil-konsegwenza li diversi residenti ma jistgħux jaqsmu din it-triq mingħajr dan l-inkonvenjent? Jista' l-Ministru jikkonferna jekk hemmx ħsarat ta' l-ilma jew xi outflow f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għalkemm jidher li l-ilma fil-parti l-kbira mhux ilma tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, il-Korporazzjoni xorta qed tagħmel l-investigazzjonijiet meħtieġa biex tassigura ruħha li m’hemmx xi kawża min-naħa tagħha għal dan l-ilma.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għal darbtejn ma ġietx invistata minn bord mediku dwar l-applikazzjoni li għamlet għall-pensjoni tal-invalidità meta din qed tbati minn marda mentali?
Jista' jgħid x'rimedju għandha din il-pazjenta li qed tħossha aggravata bid-deċiżjoni tal-bord mediku dwar l-applikazzjoni li hija ressqet?