Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba ta' din il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex tingħata akkomodazzjoni alternattiva minħabba li l-post fejn qed jgħixu huwa sub standard u jinsab f'sitwazzjoni ħażina, anke minħabba problemi ta' saħħa u mobilità li qed ibati minnhom membru ta' din il-familja?
Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ soċjali?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-persuna konċernata toqgħod waħidha ġo dar bi tlett kmamar tas-sodda imqassma fuq tlett sulari b’żewġ kmamar f’kull sular. Is-Sinjura kienet ġiet allokata din id-dar li kienet rekwizizzjonata fl-1993 qabel ma għamlet operazzjoni f’daraha u kellha tibda’ tagħmel użu mill-wheelchair. Din il-proprjeta’ mhiex substandard imma s-soqfa tat-tromba tat-taraġ u tal-washroom huma fi stat ta’ periklu. Hi kienet applikat taħt l-Iskema 5 sabiex tirrendi l-post abitabbli, pero’ din l-applikazzjoni ġiet ikkanċellata minnha peress li kienet qed tiġi rikoverata ġewwa l-isptar Mount Carmel għal perjodi twal. Is-Sinjura kienet offruta appartament tal-Gvern Fuq Verdala Bormla li hi irrifjutat minħabba li jinsab ‘il boghod mill-familja tagħha (huma jgħixu l-Birgu). Dan l-appartamenti kien fi pjan terran u l-Awtorita’ tad-Djar għamlet refurbishing tiegħu sabiex din il-persuna setgħet tidħol tabita fih mingħajr ebda xkiel. Fil-preżent l-Awtorita’ m’għandiex appartament b’kamra tas-sodda waħda fil-post li trid din is-sinjura.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-omm li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament, għal talba ta' akkomodazzjoni alternattiva mal-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lilll-Onor. Interpellant li l-persuna konċernata qed toqgħod ma’ ommha u ma’ missierha ġo appartament tal-Gvern b’żewġt ikmamar tas-sodda. Il-każ qed jiġi kkunsidrat u qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa ħalli nsibulha post fejn xtaqet hi.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat għas-sussidju tas-solar water heaters intalbet biex ma twaħħalx l-apparat qabel ma jkun hemm l-approval min-naħa tal-Awtorità Maltija għar-Riżorsi? Jaseb li din il-procedura qed toħloq inkonvenjent lil diversi familji li bħal din il-familja sejrin joqogħdu fi djar jew appartamenti ġodda u li jeħtieġu s-servizz tas-solar heating malajr kemm jista' jkun?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Infurmat li dawk huma r-regoli stabbiliti bl-iskema. Din it-tip ta’ proċedura tintuża’ wkoll fi skemi simili f’pajjiżi oħra.
L-għan ta’ din il-procedura hi li wieħed jevita li jixtri u jwaħħal apparat u mbagħad isib li ma jikkwalifikax għal għajnuna.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li r-rakkmandazzjoni tagħhom kienet overturned min-naħa tal-Bord tad-DCC matul is-sena 2008? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar u maqsuma taħt it-tliet bordijiet?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Urban Conservation Areas - permessi ta' twaqqiegħ ta' djar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi ta' twaqqiegħ ta' djar fl-Urban Conservation Area sa mill-bidu ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1994 u Frar tal-2009, il-PA u l-MEPA approvaw iżjed minn 16493 permessi ta' twaqqiegħ ta' strutturi fl-Urban Conservation Area.
Is-sistema ta' l-informatika ta' l-Awtorita` ma tagħmilx distinzjoni bejn twaqqiegħ ta' djar jew strutturi oħra.
Din l-informazzjoni nġabret fuq applikazzjonijiet approvati li għandhom Policy Constraint ta' Urban Conservation Area jew Village Core u li fil-proposta għandhom il-kliem "twaqqiegħ", "demolition", jew "demolish".
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — xiri tal-kumpless Hexagon house
Question
Jista l-Prim Ministru jgħid kemm sewa x-xiri tal-kumpless Hexagon House mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u kif qed jitħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xiri tal-utile dominum temporanju tal-kumpless Hexagon House mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sewa € 4,258,094.57 (Lm1,828,000). Dan ġie ffinanzjat € 1,164,686.70 (Lm500,000) minn fondi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u l-bilanċ ta' € 3,093,407.87 (Lm1,328,000) minn self mill-iskema tas-CPPS. Dan għandu jitħallas lura ġo l-iskema fuq medda ta' erba' snin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inġabru fondi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-fondi ta' l-Urban Improvement Fund, EIPP u CPPS?
Fil-fondi tal-UIF, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-bilanċ ta' proġetti li ġew approvati u se jingħataw il-fondi inklużi dawk li diġa' ngħataw il-fondi?
Fl-EIPP jista' l-Prim Ministru jgħid min ibbenefika jew se jibbenefika minn dan il-fond? X'kienu l-ammonti?
Mis-CPPS hemm xi entita' li bbenefikat minn dan il-fond? Jekk iva, liema entita' kienet u kemm kien l-ammont?
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex aktar fondi u min ibbenefika minnhom s'issa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-31 ta' Jannar 2009 il-flus li nġabru għall-fondi tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huma hekk kif ġej:
UIF (net of refunds to applicants) - €8,702,092.59
EIPP (net of refunds to applicants) - €2,763,877.52
CPPS (net of refunds to applicants and
as at 31/12/2008) - €10,657,429.90
Il-fondi li ġew komessi mill-fond ta' l-UIF jammontaw għal €4,059,239 mifruxa fuq 135 proġett. Minn dawn, diġà ingħataw €2,382,154. – Tabella A.
Il-fondi li diġà tqassmu mill-EIPP sal-31 ta’ Jannar 2009 jammontaw għal €715,513.57 u tqassmu hekk kif - Tabella B.
Tabella B1 turu l-informazzjoni ta’ min se jibbenefika minn dawn il-fondi.
L-entitajiet li bbenefikaw mis-CPPS sal-31 ta' Jannar 2009 u l-ammonti rispettivi, huma hekk kif ġej: - Tabella C.
L-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha wkoll l-iskema tal-galleriji ta' l-injam. Minn din l-iskema sal-31 ta' Jannar 2009, tqassmu €515,374.08.
Fondi oħrajn huma kif dettaljati f’Tabella D.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar it-talba li huwa ressaq biex jifdi ċ-ċens ta' l-art ta' garaxx li huwa jokkupa? Din l-applikazzjoni saret madwar tliet snin ilu.
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — appointments fil-gradi professjonali u tekniċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-appointments fil-gradi professjonali u tekniċi li ngħataw mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Marzu 2008 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-appointments fil-gradi professjonali u tekniċi li ngħataw mill-MEPA minn Marzu 2008 sal-5 ta' Marzu 2009.
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Internal developments fl-Urban Conservations Areas
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati proġetti jew żvilupp ta' Internal Developments mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fl-Urban Conservations Areas għal kull lokalità sa mit-twaqqif tal-awtorità?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma għanda l-ebda metodu kif nistgħu niġbru l-informazzjoni mitluba.
Awtorità ta' malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — annual report
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum għadu ma tressaqx l-annual report tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-Parlament minkejja li għadda ż-żmien stipulat mil-liġi li dan isir sa sitt ġimgħat mis-sena finanzjarja?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Urban Conservation Areas - permessi ta' twaqqiegħ ta' djar
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi ta' twaqqiegħ ta' djar fl-Urban Conservation Area sa mill-bidu ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħlasijiet mal-kuntratturi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħlasijiet għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma' kuntratturi u refunds tal-permessi u kemm ilhom pendenti?
Ħal Qormi — Triq id-Deheb Fin - kuntratti tad-djar tal-gvern min naħa ta' l-Awtorità tad-Djar - iskema ta' l-HOS
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tad-djar tal-gvern min-naħa ta' l-Awtorità tad-Djar li kienu jaqgħu taħt l-iskema ta' l-HOS li jinsabu fi triq id-Deheb Fin f'Ħal Qormi li ħafna minnhom għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern? Jista' l-Ministru jgħid kif din il-problema tista' tiġi riżolta għal dawn il-familji li jixtiequ li jifdu anke ċ-ċens li għandom fuq l-art?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 6752.
Jista' l-Ministru jgħid x'terms of reference ngħataw min-naħa tal-Gvern lill-Perit Renzo Piano dwar il-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta u t-Teatru Rjal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-Terms of Referencetal-proġett huma:
Landscaping ta' Landfront Ditch u Lascaris Ditch, biex jiġu mibdula f'ġonna.
Il-bini mill-ġdid tal-pont ta' Bieb il-Belt
Il-bini mill-ġdid ta' Bieb il-Belt
Proposti għal bini fis-sit tal-Opera House
Proposti għall-iżvilupp ta' Pjazza Ħelsien
Ħsibijiet u suġġeriment relatati maż-żona kollha.
Jista' l-Ministru jagħti data definittiva ta' meta se jsir il-proġett tal-footway bridge jew underpass fi Triq is-Sebħ, Ħal Qormi minħabba l-periklu li diversi residenti qed jgħaddu minnu kontinwament?
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jinbeda x-xogħol ta' rikostruzzjoni ta' Triq il-Marsa, fil-Marsa minħabba l-istat urġenti tagħha u kemm hija stmata l-ispiża għal din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fuq it-tiswija ta’ Triq il-Marsa fil-Marsa hu maqsum fi tlett fażijiet. L-ewwel fażi se tkopri l-installazzjoni ta’ servizzi minn diversi entitajiet. Sussegwentament se jiġu rranġati xi livelli tat-triq u jingħata wiċċ lit-triq eżistenti minn ħdejn in-nizla ta’ Triq Valletta Luqa sat-tarf tat-Triq il-Marsa jiġiferi sat-Triq l-Iljun, Qormi. L-aħħar fazi se tkun il-kostruzzjoni ta’ traffic junction ġdida fit-tarf tan-niżla ta’ Triq Valletta, Luqa u t-tiswija tal-kumplament ta’ Triq il-Marsa sa Triq Aldo Moro.
L-istima tax-xogħol tat-tieni fazi hi ta’ madwar Euro 230,000, liema stima teskludi tqegħid ta’ servizzi, filwaqt li l-aħħar fazi hu stmat li se tiswa madwar Euro 250,000
Ix-xogħlijiet fuq l-ewwel u t-tieni fazi se jibdew għall-aħħar tas-sena u l-aħħar fazi se ssir lejn il-bidu tas-sena d-dieħla dejjem jekk ikunu allokati l-fondi neċessarji.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 5198, jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew jingħataw il-ħlasijiet pendenti għas-sussidju għall-bini ta' ħitan tas-sejjieħ lill-bdiewa li għandhom dan il-ftehim mal-Gvern minħabba li dan il-proċess issa qed jitwal mhux ħażin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li f’Diċembru 2008 saru l-pagamenti lil 650 benefiċjarju għas-snin 2007 u l-2008. L-ammont imħallas jammonta għal €486,367.50.
Infurmat ukoll li għadhom qed isiru verifiki fuq l-applikazzjoni tal-bqija tal-benefiċjariji sabiex ikun jista’ jsir il-pagament dovut. Dan hu eżerċizzju pjuttost kumpless u laborjuż li jrid iż-żmien tiegħu sakemm jiġi kkalkulat korrettement il-pagament dovut lil kull benefiċjarju.