Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju għall-użu komunitarju — Servizz ġdid ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8452 u 8051 u jgħid kemm qed jintalab ħlas għas-servizz ġdid ta' l-ilma fuq uffiċċju għall-użu komunitarju u mhux kummerċjali li mhuwiex iktar minn daqs ta' 22 metru kwadru? Ma jaħsibx li dan il-ħlas tas-servizz huwa wieħed eċċessiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qormi — Triq il-Wied

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol ta' bini ta' bankina ġdida bħala parti mill-kostruzzjoni ta' Triq il-Wied biswit il-Klabb tal-Boċċi ta' San Ġorġ, Ħal Qormi wara li saru l-istimi neċessarji u dan ix-xogħol suppost kellu jinbeda fis-sena 2008, hekk kif kien imwiegħed f'mistoqsija parlamentari 28050 fil-leġislatura li għaddiet? Ma jaħsibx li dan id-dewmien żejjed se jkompli jikkawża iktar inkonvenjent lir-residenti f'waħda mill-aktar żoni li suppost għandhom jingħataw prijorità minħabba l-problema ta' l-għargħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8450 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7922 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Uffiċċju għall-użu komunitarju — Servizz ġdid ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8051 u jgħid kemm qed jintalab ħlas għas-servizz ġdid ta' l-ilma fuq uffiċċju għall-użu komunitarju u mhux kummerċjali li mhuwiex iktar minn daqs ta' 22 metru kwadru? Ma jaħsibx li dan il-ħlas tas-servizz huwa wieħed eċċessiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #8453 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijet

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7571 u jgħid kemm kien l-ammont ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li r-rakkmandazzjoni tagħhom kienet overturned min-naħa tal-Bord tad-DCC matul is-sena 2008? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar u maqsuma taħt it-tliet bordijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett tabelli li jagħtu l-figuri mitluba. Tabella A hija dwar applikazzjonijiet li telgħu quddiem il-Kummissjonijiet għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp u l-persentaġġ tal- overturning fl-ewwel deċiżjoni. Tabella B huma applikazzjonijiet li telgħu quddiem il-Kummissjonijiet għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp u l-persentaġġ tal- overturning f'rikonsiderazzjoni. Tabella C hija ġabra tat-totali ta’ l-applikazzjonijiet li telgħu quddiem il-Kummissjonijiet għall-Kontroll ta’ l-Iżvilupp tul l-2008 u l-persentaġġ ta’ overturnings bħala medja.

Każ fuq ċens ta' art ta' garaxx

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7918, jista' l-Ministru jgħid meta din il-persuna se tkun avviċinata min-naħa tad-Dipartiment minħabba li sal-lum din il-persuna ma rċeviet l-ebda korrispondenza jew kuntatt dwar din l-applikazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

kinder garden assistants — kors part time fil-livell ta' degree fl-Università

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħareġ kors part-time fil-livell ta' degree fl-Università speċjalizzat għal kinder garden assistants li diġà għandhom il-BTEC National Diploma in early Years skond kif miftiehem fil-ftehim kollettiv mal-MUT fl-2007? Tista' tgħid meta dan il-kors beħsiebu jinbeda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-kors ta’ Baċellerat bl-unuri fl-Edukazzjoni u l-Ħarsien tat-Tfal fl-Età Bikrija se jiftaħ f’Ottubru 2009. Il-kors ser jibda fuq bażi part-time u għalih huma mistiedna japplikaw il-Kindergarten Assistants kollha.
Leg 11 PQ #8529 Sitting 113 2009-05-18 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Każ fuq post

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' familja li għandha persuna b'diżabilità severa li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar applikazzjoni Shared Ownership Scheme 3 mal-Awtorità tad-Djar? Jista' jgħid kif meta l-Bord ta' l-Awtorità laqa' l-appell li kienet ressqet din il-familja u aċċetta l-applikazzjoni tagħha lejliet l-elezzjoni ġenerali (fit-3 ta' Marzu 2008) bil-miktub mingħand iċ-Chief Executive Officer, l-Awtorità tad-Djar wara ftit tal-ġimgħat irrevokat din id-deċiżjoni u rtirat l-allokazzjoni ta' post lil din il-familja? Jaħseb li meta l-Awtorità allokat dan il-post vojt lil din il-familja u mbagħad ġiet imċaħħda minnu, din għaddiet minn tbatijiet psikoloġiċi?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li L-Awtorita’ tad-Djar ma tistax tipproċedi b’din l-applikazzjoni minħabba l-fatt li l-applikanta mhux konformi ma numru ta’ kundizzjonijiet. Skond il-kwalifiki meħtieġa biex wieħed jibbenefika taħt din l-iskema l-applikanti jridu ikunu ċittadini Maltin jew ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea. L-applikanta m’hix ċittadina Maltija jew ċittadina ta’ l-Unjoni Ewropea. Waħda mill-kwalifiki meħtieġa biex wieħed jibbenefika taħt din l-iskema hija li l-applikant għandu jkun impjegat bi qliegħ sa’ mill-anqas sena qabel id-data tal-ħruġ ta’ din l-iskema. L-applikanta ma kinitx qegħda taħdem sena qabel il-pubblikazzjoni ta’ din l-iskema. Fi Frar 2008 l-Awtorita’ staqsiet għall-garanzija għax-xiri tal-proprjeta’. L-Awtorita’ ma ngħatatx din il-garanzija. Informat ukoll li l-applikanta għadha de facto separata. Minħabba dawn ir-raġunijiet l-Awtorita’ ma tistax tkompli tipproċedi b’din l’applikazzjoni.
Leg 11 PQ #8351 Sitting 109 2009-05-11 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Ħlas ta' spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga fiex wasal il-ħlas relatat ma' applikazzjoni għal skema 5, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, minħabba li din il-familja kellha tirrikorri għal diversi spejjeż u li llum għadhom ma ġewx mogħtija mill-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Uffiċċju għall-użu komunitarju — Servizz ġdid ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jintalab ħlas għas-servizz ġdid ta' l-ilma fuq uffiċċju għall-użu komunitarju u mhux kummerċjali li mhuwiex iktar minn daqs ta' 22 metru kwadru? Ma jaħsibx li dan il-ħlas tas-servizz huwa wieħed eċċessiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Każ fuq ċens ta' art ta' garaxx

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 7096, issa li l-informazzjoni mitluba qed tingħata separatament, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li talab biex jifdi ċ-ċens ta' l-art ta' garaxx li huwa jokkupa? Din l-applikazzjoni saret madwar tliet snin ilu.

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi huwa veru li l-persuna konċernata kienet għamlet it-talba għall-fidi taċ-ċens tal-garaxx f’ Mejju tal-2006, iżda f’ Settembru tal-istess sena kienet infurmat lill-Uffiċċju Konġunt li ma kienetx aktar interessata li tifdi c-cens u talbet li l-applikazzjoni tigi irtirata. Kien biss f’ Jannar 2008, li il-persuna konċernata reġgħet għamlet talba għall-istess għan. Peress li cens temporanju fuq garaxx jista’ jinfeda biss wara sejħa għall-offerti, f’ dawn il-jiem, din il-persuna ser tiġi kuntattjata biex tiddikjara jekk taċċetax li tinħareġ sejħa għall-offerti għal-fidi taċ-ċens in kwistjoni.
Leg 11 PQ #7922 Sitting 104 2009-04-27 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Każ ta' propjetà meħuda għal skop pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ dwar kumpens ta' din il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar post tagħhom li kienu jabitaw fih li kien ittieħed għal skop pubbliku u sal-lum għadhom ma ngħatawx kumpens raġonevoli? Minħabba li din il-familja llum interessata li minflok tingħata kumpens finanzjarju tingħata xi proprjetà alternattiva mingħand il-Gvern, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura dawn għandhom isegwu f'dan il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #6862 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ħlasijiet mal-kuntratturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħlasijiet għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma' kuntratturi u refunds tal-permessi u kemm ilhom pendenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlasijiet pendenti li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha ma' kuntratturi jammontaw għal €718,902.85 u dawn għal perijodu bejn Novembru 2008 sal-31 ta’ Jannar 2009 filwaqt li t-total għar-refunds tal-permessi huwa ta’ €162,671.35 minn Novembru 2008 sat-28 ta’ Frar 2009.

każ fuq ċens ta' art ta' garaxx

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar it-talba li huwa ressaq biex jifdi ċ-ċens ta' l-art ta' garaxx li huwa jokkupa? Din l-applikazzjoni saret madwar tliet snin ilu.

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata meta l-persuna li dwarha qed tintalab l-informazzjoni tagħti il-kunsens tagħha bil-miktub.

Maltin li emigraw u barranin li ġew f'pajjiżna

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin jgħid kemm kien l-ammont ta' Maltin li emigraw lejn pajjiżi oħra mill-2004 'l hawn b'mod permanenti? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' persuni barranin li ġew f'pajjizna mill-2004 'l hawn b'mod permanenti?

Response (BORG, TONIO)

B'riferenza għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nru. 7616 nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministru kkonċernat. Dwar it-tieni parti ninforma lill-Onorevoli Interpelleant li persuni barranin jistgħu jakkwistaw residenza permanenti f'Malta jekk: - Huma ċittadini ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' l-Avviż Legali nr. 278 ta' 2006: Regolamenti ta' l-2006 dwar Status ta' Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi). Dawn jinħargilhom permess ta' residenza bħala Residenti fit-Tul - KE. Id-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatiates, li huwa responsabbli mill-ħruġ ta' permessi ta' residenza, s'issa ħareg 421 permess ta' dan it-tip; - Huma persuni li għandhom ċertifikat mill-kummissarju tat-Taxxi Interni maħruġ taħt l-Avviz Legali nru. 428 ta' 2004: Regolamenti ta' l-2004 dwar Skema għal Residenti. Dwar in-numru ta' persuni li nħargilhom dan iċ-ċertifikat l-Onorevoli Interpellant jista' jitlob din l-informazzjoni lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Qormi — Bir id-Deheb fin - skema HOS

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-kuntratti tad-djar tal-Gvern min-naħa tal-Awtorità tad-Djar li kienu jaqgħu taħt l-iskema tal-HOS li jinsabu fi Triq id-Deheb Fin, f'Ħal Qormi li ħafna minnhom għadhom fuq l-att tal-konvenju mal-Gvern? Jista' jgħid kif din il-problema tista' tiġi riżolta għal dawn il-familji li jixtiequ li jifdu anke ċ-ċens li għandhom fuq l-art?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-art fi Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi, li fuqha nbnew id-djar taħt l-iskema tal-HOS kienet ġiet dikjarata mill-Gvern bħala meħtieġa għal skop pubbliku. L-akkwist ta’ l-art għadu ma ġiex iffinalizzat peress li s-sidien għadhom ma tħallsux il-kumpens dovut lilhom. Meta l-kumpens lis-sidien jitħallas, l-art fuq liema hemm mibnija dawn id-djar, tiġi mgħoddija lill-Awtorità tad-Djar sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jiffinalizzaw il-kuntratti tal-fidi taċ-ċens.
Leg 11 PQ #7625 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni ta' single mother li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li applikat għal akkomodazzjoni alternattiva?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar rċeviet l-applikazzjoni tal-persuna imsemmija fl-4 ta’ Frar, 2009 u għalhekk qagħda qed tiġi proċessata.
Leg 11 PQ #7699 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-djar — lifts go blokk t'appartamenti tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ tal-inkwilini li jgħixu f'din il-blokka t'appartamenti tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba ħsarat kontinwi li qed jirriżultaw fil-lift li stallat l-Awtorità tad-Djar u li kull darba jiswew lil dawn il-famliji bosta spejjeż biex jirranġawh?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-lift ġo Blokk E4, Ta’ Xbiex ġie mogħti lir-residenti fit-3 ta’ Marzu 2005 f’kundizzjoni tajba. Wara li il-lift ġie mogħti, l-Assoċjazzjoni tar-Residenti aċċettat responsabbiltá sħiħa tal-manutenzjoini u tiswijiet tal-lift inklużi l-ispejjeż kollha relatati mat-tħaddim tiegħu. Il-problema li tidher li tfaċċat kienet card fil-control panel li bdiet tmur spiss waqt maltempati bis-sajjetti. L-Awtoritá tad-Djar bla preġudizzju qegħda tassisti biex tinstab soluzjoni aħħarija bejn l-Assoċjazzjoni u l-Kuntrattur, sabiex dan tal-aħħar jipprovdi intervent li jippermetti t-tħaddim kontinwu tal-lift.
Leg 11 PQ #7730 Sitting 100 2009-04-20 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — Żieda fil-ħlasijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li qed jikkunsidra żieda fil-ħlasijiet għall-permessi ta' l-iżvilupp sabiex tagħmel tajjeb għas-sitwazzjoni finanzjarja ta' l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed jiġu kunsidrati numru ta’ possibilitajiet.