Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #9380 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni għall-pensjoni tal-invalidità

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-individwu, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għal darbtejn ma ġiex invistat minn bord mediku dwar l-applikazzjoni li għamel għall-pensjoni tal-invalidità meta dan qed ibati minn marda mentali? Jista' jgħid x'rimedju għandu dan il-pazjent li qed iħossu aggravat bid-deċiżjoni tal-bord mediku dwar l-applikazzjoni li huwa ressaq?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant tagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li jkopri l-lokalità tagħha, jew li ċċempel SPIC fuq freephone numru 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #9395 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — każ ta' saqaf

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li waqa' parti mis-saqaf tal-gallarija ta' l-appartament tad-dar tagħhom u li rraportaw lill-Awtorità tad-Djar, sal-lum għadu ma mar ħadd mill-uffiċjali ta' l-Awtorità biex jiċċekja dan l-ilment? Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri se jittieħdu biex dan il-periklu jitneħħa?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita tad-Djar irċeviet dan ir-rapport dwar ħsara fis-saqaf tal-gallarija fl-1 ta’ Ġunju 2009. Uffiċjali tekniċi tal- Awtorita’ tad-Djar diġa għamlu spezzjoni fejn sabu li qed jaqgħu xi bċejjeċ tal-konkos mis-saqaf minħabba nuqqas ta’ manutenzjoni tal-bejt mill-inkwilini. L-Awtorita’ ser tieħu passi biex isiru t-tiswijiet meħtieġa.
Leg 11 PQ #8450 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7922 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara talbiet speċifiċi mill-assoċjazzjoni li tirrapreżenta ’l sidien ta’ caravans, l-Gvern beħsiebu jagħti permess temporanju ta’ tlett xhur biss, bejn Ġunju u Settembru 2009, u b’numru ta’ kondizzjonijiet stretti, sabiex isir użu minn sit f’Baħar iċ-Ċagħaq sakemm ikun hemm post adekwat bħala caravan site organizzat. It-Taqsima tal-Proprjetà tal-Gvern se tiffirma ftehim temporanju ma’ Safari Camping Club li se jkunu responsabbli mill-immaniġġjar tas-sit f’Baħar iċ-Ċagħaq għal perjodu bejn Ġunju u Settembru 2009 biss. Għall-ewwel darba il-Gvern qed jimponi garanzija bankarja ta’ Eur 12,000 fuq din l-assoċjazzjoni, apparti ħlas ta’ Eur40,000 għall-ewwel darba wkoll għal użu tas-sit. Il-garanzija bankarja tintilef favur il-Gvern jekk il- caravans ma jibqgħux mobile , il-bajja ma tkunx aċċessibbli għal pubbliku, ma tinżammx l-indafa assoluta, jew ma jinżammx il-bon ordni. Ebda struttura jew bini ta’ xi materjal ieħor ma hu permess f’dan is-sit f’dan il-perjodu.
Leg 11 PQ #8666 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8450 u 7922 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8450.
Leg 11 PQ #9290 Sitting 123 2009-06-09 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal għajnuna biex tirranġa d-dar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li applikat għall-għajnuna biex tirranġa d-dar? Jista' jgħid meta l-persuna se tingħata dan is-sussidju?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi “ is-sinjura tefgħat l-applikazzjoni tagħha fl-20ta’ Frar 2009 u ġie stmat li x-xogħlijiet meħtiega jammontaw għal Euro 991. L-Awtorita’ fil-preżent qegħda tivverifika id-dokumenti ta’ l-assi ta’ din is-sinjura. Kif dan il-proċess jitlesta l-applikant jiġi mitlub jiffirma ftehim u jsir il-pagament.
Leg 11 PQ #9095 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

applikazzjoni taħt l-iskema Care & Repair

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8963 dwar l-iskema Care & Repair, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-alternattiva li qed toffri l-Awtorità tad-Djar biex din il-familja li ilha sentejn li applikat għal din l-għajnuna xi darba tingħata dan is-servizz?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ toffri diversi skemi fejn persuni li jikkwalifikaw skond il-kundizzjonijiet applikabbli , jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja waqt li huma stess iqabbdu kuntratturi jagħmlu x-xogħlijiet meħtiega biex jirrendu l-post fi stat diċenti ta’ abitazzjoni.
Leg 11 PQ #9141 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Ħlas ta' kera mhux aċċettat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar m'aċċettatx il-ħlas ta' dan l-aħħar xahar għall-kiri ta' appartament mingħand single mother li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista' jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar qed tibgħat l-uffiċjali tagħha biex jispezzjonaw dan il-post kull meta din il-persuna jkollha bżonn issiefer biex tara familjari tagħha li jgħixu barra minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Koporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Tahal report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8781 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3216, jista' jgħid jekk dan ir-rapport ġiex finalizzat? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Uffiċċju għall-użu komunitarju — Servizz ġdid ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8667, 8452 u 8051 u jgħid kemm qed jintalab ħlas għas-servizz ġdid ta' l-ilma fuq uffiċċju għall-użu komunitarju u mhux kummerċjali li mhuwiex iktar minn daqs ta' 22 metru kwadru? Ma jaħsibx li dan il-ħlas tas-servizz huwa wieħed eċċessiv?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9283 Sitting 122 2009-06-08 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strategic Environment Assessment Audit Team

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min huwa kompost l-iStrategic Environment Assessment Audit Team li kien twaqqaf bħala parti mit-transpożizzjoni tad-direttiva tal-iStrategic Evironment Assessment? Jista' jgħid liema deċiżjonijiet għadhom pendenti taħt dan l-Audit Team?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7571 Sitting 120 2009-06-02 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li r-rakkmandazzjoni tagħhom kienet overturned min-naħa tal-Bord tad-DCC matul is-sena 2008? Jista' jagħti din l-istatistika xahar b'xahar u maqsuma taħt it-tliet bordijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8453.
Leg 11 PQ #8851 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

kwestjoni fuq postijiet li fuqhom hemm ordni ta' rekwiżizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif familji li għandhom postijiet li fuqhom hemm ordni ta' rekwiżizzjoni qed jirċievu ittra fejn l-Awtorità se tneħħi din l-ordni minn fuqhom, iżda qed titlob li qabel ma jsir dan isir means test billi jiffirmaw numru ta' dikjarazzjonijiet u riċerki fuq l-inkwilini? Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li jsir dan il-means test ġaladarba l-ordni se titneħħa xorta waħda? Jista' jgħid għaliex dawn il-familji qed jintalbu ħlas biex isiru r-riċerki dwarhom meta dawn ma talbuhomx huma?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li L-iskop wara il-means testing huwa biex l-Awtorita’ tara jekk hemmx il-htiega ta’ xi ghajnuna ta’ sussidju fuq il-kera li tista’ tigi mitluba. L-inkwilini m’humiex obbligati jaghtu din l-informazzjoni pero f’dan il-kaz l-Awtorita’ ma taghti l-ebda ghajnuna.

Arrears of revenue — persuna li taħdem bil four day week

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8639, tista' l-Ministru tikkonsidra li dawn l-arrears of revenue li ilhom iktar minn 13-il sena u li l-persuna ma kenitx infurmata dwarhom jinħafru minħabba li fil-preżent dan il-persuna qed taħdem bil-'four day week' minħabba li l-fabbrika fejn qed taħdem intlaqtet ħażin u l-familja se jkollhom tarbija għalhekk mhumiex f'pożizzjoni finanzjarja li jistgħu iħallsu dan l-ammont finanzjarju? Ma taħsibx li fiċ-ċirkustanzi li tinsab fihom din il-familji kien insensittiv li tintbagħat din l-ittra legali wara 13-il sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 8639. Mhux korrett li jingħad li l-persuna li għaliha qegħda ssir riferenza f'din il-mistoqsija ma kienitx infurmata dwar l-ammont li kellha trodd lura lill-ITS li kienet irċeviet bħala stipendju. Kull student jingħata kopja tar-Rules and Regulations ta' l-ITS. Barra minn hekk intbagħtu diversi ittri lill-istess individwu li qatt ma nisslu l-ebda reazzjoni mill-persuna msemmija. Kien biss meta nħarget ittra legali li kien hemm reazzjoni permezz ta' l-Onor. Interpellant.
Leg 11 PQ #8957 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

xogħlijiet fuq dar — ħlas dovut

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament irċeviet il-ħlas dovut lilha skond il-kuntratt dwar ix-xogħlijiet relatati mad-dar fejn qed tgħix iżda rċeviet tnaqqis ta' €582? Jista' jgħid kif inħadem l-ammont mogħti lil din il-familja?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-pagamenti saru skond l-ammonti tal-rċevuti provduti mill-applikant u skond l-istimi tal-perit għax-xogħlijiet neċessarji.
Leg 11 PQ #8963 Sitting 119 2009-06-01 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

applikazzjoni taħt l-iskema Care & Repair

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni taħt l-iskema Care & Repair tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament sal-lum għadha ma ġietx proċessata wara li din applikat madwar sentejn ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li minħabba li-Awtorita’ tad-Djar ghandha bosta talbiet għal tiswijiet u rrangar ta' postijiet, preżentement qed tingħata prijorita’ lill-każijiet li jirrikjedu tiswijiet ta’ strutturi perikolużi . Fil-każ imsemmi, li hu post privat, ix-xogħlijiet rikjesti mhumiex ta’ natura strutturali. Għalhekk l-Awtorita' tkun tista' tiehu hsieb li jsir dan ix-xogħol wara li jitranġaw il-postijiet fejn hemm bzonn tiswijiet strutturali.

Każ ta' propjetà meħuda għal skop pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-każ dwar kumpens ta' din il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament dwar post tagħhom li kienu jabitaw fih li kien ittieħed għal skop pubbliku u sal-lum għadhom ma ngħatawx kumpens raġonevoli? Minħabba li din il-familja llum interessata li minflok tingħata kumpens finanzjarju tingħata xi proprjetà alternattiva mingħand il-Gvern, jista' l-Ministru jgħid xi proċedura dawn għandhom isegwu f'dan il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi meta d-Dipartiment jiġi pprovdut bil-fondi neċessarji sabiex ikun jista’ jikkumpensa lill-familja li d-dettalji tagħha intbgħatu separatament, id-Dipartiment ikun f’pożizzjoni li joħroġ Dikjarazzjoni tal-President ġdida biex ikun jista’ jikkumpensa lis-sidien tal-proprjeta’. Sadanittant, jekk is-sidien ma jaqblux mal-kumpens offert, ikunu jistgħu jikkontestaw il-prezz quddiem il-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet. Rigward it-tieni parti tad-domanda is-sidien jistgħu jindikaw art tal-Gvern u jitolbu tpartit mal-kumpens ta’ l-art dovut lilhom. Madankollu, t-tpartit jista’ jsir biss skond Sezzjoni 13 ta’ l-Iskeda annessa ma’ l-Att dwar Trasferiment ta’ Artijiet tal-Gvern (Kap 268).

Koporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Tahal report

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3216, jista' l-Ministru jgħid jekk dan ir-rapport ġiex finalizzat? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Każ fuq ċens ta' art ta' garaxx

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7918, jista' l-Ministru jgħid meta din il-persuna se tkun avviċinata min-naħa tad-Dipartiment minħabba li sal-lum din il-persuna ma rċeviet l-ebda korrispondenza jew kuntatt dwar din l-applikazzjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant, b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7918, li l-persuna ikkonċernata ma kienetx ġiet ikkuntattjata għaliex wara li kien sar aktar verifika fuq il-każ tagħha, instab li kienet għadha ma ġietx rikonoxxuta bħala ċenswalist tal-fond in kwistjoni. Għal dan il-għan, dan l-aħħar l-Uffiċċju Konġunt bagħat korrispondenza lil din il-persuna fejn ingħatat tagħrif x’dokumenti meħtieġ li tissottometti sabiex tkun rikonoxxuta fiċ-ċens kif ukoll fejn qed tiġi mitluba jekk wara li tkun rikonoxxuta tkunx trid li tifdi l-istess ċens permezz ta’ sejħa għall-offerti.

kwestjoni fuq stipendju

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex intbagħat avviż bil-Qorti datat fit-8 ta' Novembru 2008 lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minħabba rifuzjoni ta' stipendju li huwa kien irċieva 13 il-sena ilu meta kien daħal l-ITS u kellhu jirreżenja 9 xhur wara minħabba problemi finanzjarji li kellu dak iż-żmien? Tista' l-Ministru tgħid ta' liema perijodu jammonta dan l-ammont meta dan il-persuna qatt ma rċieva xejn għal dan iż-żmien kollu? Tista' l-Ministru tgħid jekk din ir-rifuzjoni illum ġietx preskritta bil-liġi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna (li d-dettalji tagħha ngħataw separatament) ingħatat ammont ta’ stipendju minħabba li kienet tattendi kors full-time fl-Istitut ta’ l-Istudji Turistiċi. Din l-istess persuna irriżenjat mill-kors wara 9 xhur mill-bidu tal-kors. Għaldaqstant skont kif stipulat fir-Rules and Regulations ta’ l-ITS għas-sena akkademika li fiha beda l-kors, dan kellu jrodd lura l-istipendju li rċieva minn meta beda l-kors. Inħargu diversi ittri biex dan l-ammont jiġi mħallas iżda qatt ma rrisponda. Fit-8 ta’ Novembru 2008 inħarġet ittra uffiċjali mill-Qorti biex dawn il-flus li sa llum jidhru bħala ‘arrears of revenue’ jinġabru. Hija l-Qorti li tiddeċiedi meta każ jaqa’ preskritt.
Leg 11 PQ #8666 Sitting 116 2009-05-25 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8450 u 7922 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.