Legislature:
Category:
Reset
Active:

Koporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Tahal report

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8781 u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3216, jista' jgħid jekk dan ir-rapport ġiex finalizzat? Jekk iva, jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont tad-dawl u l-ilma, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ntbagħat lil dan il-ħanut tal-merċa minħabba li jirriżulta li huwa wieħed eċċessiv għal dan l-istabbiliment minħabba t-tariffi l-ġodda li ġew fis-seħħ? Jista' l-Ministru joffri rimedju lis-sid ta' dan l-istabbiliment biex ikun jista' jħallas dan il-kont bin-nifs?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwu konċernat.
Leg 11 PQ #9986 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sussidju fuq il-kera tad-djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju fuq il-kera tad-djar hux qed jitħallas lill-inkwilini kull tliet xhur jew inkella kull sitt xhur? Jista' jikkonferma minn meta kellu jibda jitħallas kull tliet xhur kif iddikjara l-Ministru stess waqt id-diskors ta' l-estimi ta' l-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar qed tħallas is-sussidju fuq il-kera skond l-arrangament li-l-inkwilin għandu mas-sid. Ghalhekk jekk il-kirja titħallas kull xahar, is-sussidju jitħallas kull xahar filwaqt li jekk il-kirja titħallas kull tlett xhur, is-sussidju jitħallas kull tlett xhur. Informat ukoll li din is-sistema diġa qegħda tiġi mħaddma.
Leg 11 PQ #9988 Sitting 137 2009-07-06 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tnaqqis fuq l-ammonti ta' sussidju fuq il-kera tad-dar

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, irċeviet tnaqqis fuq l-ammonti ta' sussidju fuq il-kera tad-dar tagħha f'dawn l-aħħar sitt xhur? Jista' jgħid jekk għadx hemm ħlas ta' sussidju tal-kera ta' din il-persuna li jmura lura għall-bidu tas-sena 2008 li għadu ma tħallasx?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil Sat-30/9/2008 il-benefiċjarja msemmija kienet qed tibbenefika minn skema - Skema HD11, li s-sussidju ta’ din l-iskema kien għall-perijodu ta’ 10 snin. Din l-iskema kienet ġiet magħluqa fi Frar 1999 u ħarġet skema ġdida – Skema R. Il-benefiċjarja f’Settembru 2008 daħlet l-applikazzjoni tagħha sabiex tibbenefika taħt l-iskema preżenti (R) u s-sussidju ġie maħdum skond il-kundizzjonijiet ta’ din l-istess skema. Taħt l-ewwel iskema l-applikanta kienet tikkwalifika għall-ammont żgħir ta’ aktar sussidju peress li l-iskemi għandhom kundizzjonijiet differenti. Taħt l-Skema HD11, il-benefiċjarja kienet tikkwalifika bħala ġenitur wieħed u skond din il-kategorija kienet mitluba li tħallas l-ewwel € 81.53 mill-kera annwali tagħha u b’hekk kienet tikkwalifika għall-sussidju ta’ €384.35 fis-sena. Taħt l-iskema preżenti, Skema R, il-benefiċjarja tikkwalifika bħala persuna waħedha u skond din il-kategorija hija mitluba li tħallas l-ewwel €163.06 mill-kera annwali tagħha, biex b’hekk tikkwalifika għall €302.94 sussidju fis-sena. Din l-informazzjoni hija spjegata aħjar fit-tabelli li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat ukoll li m’hemm l-ebda pagament ta’ sussidju dovut lill-persuna kkonċernata. Hija kienet ħadet pagamet f’Settembru 2008, li kien ikopri minn 1/10/2007 sat-30/9/2008, u pagament ieħor fid-29/5/09 li jkopri minn 1/10/2008 – 31/3/2009.

Awtorità dwar it-Trasport — Ħal Qormi - Triq il-Wied - Bankina

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9553 u jgħid għaliex ix-xogħol tal-bankina ġdida li nbdiet fi Triq il-Wied, Ħal Qormi mill-Awtorità dwar it-Trasport waqaf f'dawn l-aħħar ġranet u qed ikun hemm dewmien fix-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla u jitlesta dan ix-xogħol minħabba l-inkonvenjent li jista' jinħoloq waqt il-festa ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħolijiet fi Triq il-Wied f’Ħal Qormi kellhom jiġu mtawla minħabba xogħolijiet konsiderevoli ta’ mains ġodda tal-ilma li qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Madankollu l-kuntrattur qatt ma’ waqaf mix-xogħolijiet fuq is-sit.

Ħal Qormi — Triq ix-Xitwa - bini ta' substation

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9551 u jgħid jekk il-bini ta' sub station li kien imwiegħed mill-Korporazzjoni Enemalta fi Triq ix-Xitwa f'Ħal Qormi kienx tlesta u bediex jiffunzjona minħabba li l-problema ta' vultaġġ baxx fit-toroq ta' l-inħawi għadha għaddejja? Jista' jinvestiga kif din il-problema tista' tkun solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s–substation ta’ Triq ix-Xitwa tlestiet f’Awissu tat-2004 u ix–xogħol meħtieg biex tissewwa l-problema ta’ vultaġġ baxx li kien hemm dak iż–żmien tlesta wkoll. Ma jirriżultax li għad fadal ilmenti rreġistrati fl-inħawi msemmija.
Leg 11 PQ #9910 Sitting 134 2009-06-30 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Ħal Qormi — Ta' Parscarella Housing Estate - lifts

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm dewmien fuq il-bini tal-lift fil-blokk tal-flats li hemm f'Ta' Pascarella Housing Estate f'Ħal Qormi? Jista' jgħid meta dan ix-xogħol se jitkompla u jitlesta?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Siġġiewi — ħsara fl-apparat domestiku minħabba power surge

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 9533 u jgħid meta l-familji li sofrew ħsara fl-apparat domestiku tagħhom minħabba power surge li ġrat fil-11 ta' Marzu, 2009 fi Triq Santa Margerita, Triq Pawlu V1, Triq il-Wied, Triq Dun Manwel Zammit u Triq Ramija fis-Siġġiewi, se jingħataw refund mill-Korporazzjoni Enemalta għall-ħsara li sofrew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta’ l-individwi konċernati.
Leg 11 PQ #9801 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni għall-pensjoni tal-invalidità

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9380 ninforma lill-Ministru li l-persuna konċernata ġiet infurmata mid-dipartiment li d-deċiżjoni tagħhom mhijiex appellabbli u għalhekk din il-persuna xtaqet tkun taf kif ittieħdet din id-deċiżjoni mingħajr ma ħadd bagħat għaliha jew invistaha biex jaraw il-kundizzjoni medika tagħha? Jista' l-Ministru jgħid kif il-Bord wasal għal din id-deċiżjoni meta l-pazjent ma kienx invistat minn psikjatra dwar il-kundizzjoni mentali tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

M'għandi xejn x'inżied mar-risposta oriġinali.
Leg 11 PQ #9802 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Każ ta' post

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8529, jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja r-raġunijiet imsemmija l-Awtorita' tad-Djar laqgħet l-appell ta' din il-familja fit-3 ta' Marzu, 2008? Jista' jgħid kif id-deċiżjoni daret min-naħa ta' l-Awtorità tad-Djar minkejja li kien hemm din l-aċċettazzjoni? Jista' jgħid jekk hemmx minuti tal-laqgha li fih kien deċiz dan il-każ mill-Bord ta' l-Awtorita' u jekk inhu possibli titressaq kopja tagħhom? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bord ta' l-Awtorita tad-Djar li kien involut fl-ewwel deċiżjoni inbidilx wara l-Elezzjoni Generali?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tinforma lill-Onor. Interpellant illi l-fatti u d-deċiżjonijiet huma kif spjegati fir-risposta li diġa ingħatat fil-PQ numru 8529.
Leg 11 PQ #9863 Sitting 133 2009-06-30 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Każ fuq skema Z

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni taħt skema Z li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament l-ammont dovut lil dawn l-applikanti ġie mnaqqas drastikament?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li L-Awtorita’ tad-Djar kienet diġa ħarġet Għotja sabiex tiġi rranġata l-gallerija ta’ dan il-post ikkonċernat taħt Skema preċedenti. Għalhekk, l-Għotja ġiet imnaqqsa għal €3,821.20 sabiex teskludi dak l-ammont li kieku kien ser jiġi allokat għall-gallerija.

Eżamijiet tal-Junior Lyceum — riżultati bl-sms

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex kien hemm ħafna studenti tal-Junior Lyceum li ma rċevewx ir-riżultat bl-sms bħal tfal oħra u ma kellhomx opportunità li jiċċekjaw ir-riżultat tagħhom xi mkien ieħor? Ma taħsibx li din il-proċedura ħolqot tensjoni bla bżonn fuq dawn it-tfal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-għan li r-riżultati jintbagħtu bl-SMS kien li t-tfal u l-ġenituri jirċievu r-riżultat tagħhom kmieni kemm jista’ jkun. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport għadda r-riżultati lis-server kmieni fit-22 ta’ Ġunju 2009. Sfortunatament, minħabba problema teknika, madwar 650 studenti mit-3196 li għamlu l-eżami ma rċevewx ir-riżultat sa l-għada filgħodu. L-unika alternattiva dejjem tibqa’ l-posta.

Ħal Qormi — Triq ix-Xitwa - bini ta' sub station

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-bini ta' sub station li kien imwiegħed mill-Korporazzjoni Enemalta fi Triq ix-Xitwa f'Ħal Qormi kienx tlesta u dan bediex jiffunzjona minħabba li l-problema ta' vultaġġ baxx fit-toroq ta' l-inħawi għadha għaddejja? Jista' l-Ministru jinvestiga kif din il-problema tista' tkun solvuta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Awtorità Dwar it-Trasport — Ħal Qormi - Triq il-Wied - bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol tal-bankina ġdida li nbdiet fi Triq il-Wied, Ħal Qormi mill-Awtorità dwar it-Trasport waqaf f'dawn l-aħħar ġranet u qed ikun hemm dewmien fix-xogħol? Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla u jitlesta dan ix-xogħol minħabba l-inkonvenjent li jista' jinħoloq waqt il-festa ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #7922 Sitting 129 2009-06-16 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sidien tal-caravans — Permess temporanju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jagħti permess temporanju lis-sidien tal-caravans biex is-sajf li ġejt jagħmlu użu mill-post ta' Baħar iċ-Ċagħaq, peress li l-postijiet identifikati mill-Gvern għadhom ma sarux?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8450.

Siġġiewi — ħsara fl-apparat domestiku minħabba power surge

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-familji li sofrew ħsara fl-apparat domestiku tagħhom minħabba power surge li ġrat fil-11 ta' Marzu, 2009 fi Triq Santa Margerita, Triq Pawlu V1, Triq il-Wied, Triq Dun Manwel Zammit u Triq Ramija fis-Siġġiewi, se jingħataw refund mill-Korporazzjoni Enemalta għall-ħsara li sofrew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #9503 Sitting 127 2009-06-15 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Skema ta' care and repair

Question

B'referenza għar-risposta mogħtija f'mistoqsija parlamentari 9095, jista' l-Ministru jgħid għal liema skema qed jirreferi li tapplika għal dan il-każ u jekk din hijiex miftuħa jew le fil-preżent?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, minħabba li fil-każ imsemmi diġa kien sar means testing tal-applikanta u ġie kkonfirmat li din tikkwalifika, l-Awtorita’ tista’ toffri għajnuna finanzjarja għax-xogħlijiet kif approvati mill-Perit tal-Awtorita’, waqt li l-applikanta stess, bl-għajnuna tal-familjari tagħha, tieħu ħsieb tqabbad kuntrattur jagħmel l-istess xogħlijiet approvati. Uffiċjali tal-Awtorita’ser jikkomunikaw mal-applikanta biex jispjegawlha x’għandha tagħmel.
Leg 11 PQ #9283 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Strategic Environment Assessment Audit Team

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min huwa kompost l-iStrategic Environment Assessment Audit Team li kien twaqqaf bħala parti mit-transpożizzjoni tad-direttiva tal-iStrategic Evironment Assessment? Jista' jgħid liema deċiżjonijiet għadhom pendenti taħt dan l-Audit Team?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-iStrategic Environmental Audit Team huwa kompost mis-Sur Kevin Gatt, is-Sur Jacques Sciberras u Dr Joe Borg Bartolo u ġie appuntat fit-22 ta' Settembru 2008 kif ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern tas-26 ta' Settembru 2008. L- SEA Audit Team irċieva erba’ talbiet għall-deċiżjonijiet minn meta ġie appuntat u ddeċieda hekk: A Solid Waste Management Strategy for the Maltese Islands - First update - Consultation Document - Għandu jsir SEA - Gazzetta tal-Gvern 23 ta' Jannar 2009. Grand Harbour Vision - Ma hemmx bżonn ta' SEA - Gazzetta tal-Gvern 23 ta' Jannar 2009. Hal-Far Industrial Estate - Land Use Management Plan - Għandu jsir SEA - Gazzetta tal-Gvern 21 ta' April 2009. A Proposal for an Energy Proposal for Malta - Għandu jsir SEA - Gazzetta tal-Gvern 15 ta' Mejju 2009. Dawn l-erba’ SEAs jinstabu fi stadji varji tal-proċess tagħhom.
Leg 11 PQ #9377 Sitting 126 2009-06-12 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Imġarr — binjiet tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-Awtorità tad-Djar milli tippreżenta ċ-ċertifikazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità u l-Protezzjoni Ċivili lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar skond kundizzjonijiet maħruġa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fuq binjiet tal-Gvern fl-Imgarr, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, bil-konsegwenza li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ma tridx toħroġ compliance certificates lill-familji li sejrin jgħixu f'dawn id-djar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ qed tagħmel konsultazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilita’ u mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili biex jintlaħaq ftehim ta’ kif wieħed għandu jimxi sabiex iċ-ċertifikazzjoni meħtieġ minn dawn l-entitajiet jibda jinħareg aktar malajr.

Talba għal sussidju fuq solar water heater

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjoni għas-sussidju fuq ix-xiri ta' solar water heater tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament ma ġietx aċċettata meta dan inkluda kopja tal-kont tad-dawl u l-ilma kif rikjest fl-ittra li ntbagħtet lilu? Jista' jgħid x'rimedju hemm għal din il-familja?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-applikazzjoni għas-sussidju fuq ix-xiri ta' solar water heater tal-individwu imsemmi ma ġietx aċċettata mill-ewwel minħabba li fuq il-kopja tal-kont tad-dawl u l-ilma mibgħuta ma kienx jidher l-isem fuq min joħroġ il-kont. Infurmat li kif appena din il-problema ġiet irranġata l-applikazzjoni intlaqgħet u qed tiġi pproċessata.