Jista' l-Ministru jikkonferma jekk sqaq li jinsab is-Siġġiewi, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu li nbena mijiet ta' snin b'diversi aċċessi residenzjali ġo fih huwiex pubbliku jew privat?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-informazzjoni miżmuma mid-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern, is-sqaq li d-dettalji dwaru ntbagħtu separatament, mhuwiex proprjetà tal-Gvern.
Dipartiment tal-Edukazzjoni — part time cleaners li applikaw għal grad ta' messenger
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid il-għalex part-time cleaners mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni ma tħallewx japplikaw għal grad ta' messenger skont l-avviż PAHRO no 208/2012 minħabba li ngħad lilhom li huma part-time? Tista' l-Public Service Commision tinvestiga dan il-każ?
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern se jibgħat għall-familji li ntagħżlu fix-xiri ta' proprjetà tal-Gvern l-aħħar skema biex jagħmel il-kuntratt tal-bejgħ magħhom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-preparamenti meħtieġa qabel jissejħu l-applikanti li ġew allokati post taħt l-Avvi¿ 76 – ‘Darek Faċli’, inklu¿ l-proċess ta’ verifika tal-assi tagħhom, huma fl-aħħar fa¿i u għalhekk huwa mistenni li jibdew jiġu msejħa jersqu għall-konvenji bejn ix-xahar ta’ Diċembru 2012 u Jannar 2013.
Ħal Qormi — Triq Wenzu Gafa - problema ta' vultaġġ baxx
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' vultaġġ baxx li qed ikun hemm fi Triq Wenzu Gafa f'Ħal Qormi partikolarment wara l-ħinijiet tas-sitta ta' filgħaxija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jiswew is-siġġijiet tal-ġilda li nxtraw għall-uffiċini l-ġodda tal-Ministri fil-bini tal-Parlament il-ġdid? Jista' jgħid kemm ġew jiswew il-waħda?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa issa għadhom ma nxtraw l-ebda siġġijiet għall-Parlament il-Ġdid.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' din il-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li qed jilmentaw dwar wires tad-dawl tal-Korporazzjoni Enemalta li qed jiġbdu l-knatan minn mal-faċċata tad-dar l-aktar fil-maltemp? Jista' jara li tissolva din il-problema u jitwaħħal arblu biex ma ssirx ħsara fil-proprjetà tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilmenti tar-residenti Luqin dwar stage li mhux qed jintuża fi Triq il-Ġdida kantuniera ma' Triq San Ġużepp u Triq Tarxien? Jista' l-Ministru jgħid għaliex r-rotta tal-linja 72 meta tiġi ddevjata waqt l-għeluq tal-ħinijiet tal-iskola mhux qed twaqqaf lin-nies fuq dan l-istage?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fi Triq il-Ġdida kantuniera ma' Triq San Ġużepp u Triq Tarxien hemm bus stop bl-isem ĠAKMU li huwa servut mir-Rotta 72 fi triqitha mill-Belt lejn il-Qrendi u r-Rotta 118 mill-isptar Mater Dei lejn iż-Żurrieq. Infurmat ukoll li dan il-bus stop xorta jibqa' servut anke fil-ħinijiet li tingħalaq Triq Sant' Andrija fil-ħinijiet tal-iskola. Madankollu jien irreferejt l-ilmenti tal-Onor. Interpellant lil Transport Malta sabiex din tassigura li dan is-servizz jingħata kif suppost.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment ta' dan il-bidwi, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li nagħlaqlu aċċess għall-ilma tax-xita mit-Triq il-Kunsil tal-Ewropa, Ħal Luqa fejn kien jimla l-ġiebja tiegħu biex isaqqi 16-il tomna raba u dan meta sar ix-xogħol fuq din it-triq u minkejja li kien ilmenta mal-kuntratturi? Jista' jara li Transport Malta issib soluzzjoni biex dan l-ilma tax-xita jerġa' jinġabar fil-ġibjun ta' dan il-bidwi milli jintrema' fl-ispactions li jagħtu għall-baħar?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bidwi in kwistjoni, għalkemm kien għamel ilmenti ta' natura oħra ma' Transport Malta, qatt ma ressaq xi ilment dwar il-ħażna tal-ilma. Transport Malta se tinvestiga s-sitwazzjoni u tara jekk issa li x-xogħol fuq it-triq huwa lest, jistax isir xi ħaġa jew le.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-lift li hemm fil-binja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ilu bil-ħsara għal dawn l-aħħar jien u jidher li dan ma jistax jintuża sew minn anzjani li għandhom neċessità kbira għalih? Jista' jgħid fiex tikkonsisti din il-ħsara u meta se tissewwa?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma tagħmilx tiswijiet ta’ lifts.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-ktieb tar-Reliġjon tal-year 6 inbidel meta kienet bdiet is-sena skolastika fejn ħafna tfal sal-lum għad m'għandhomx il-ktieb il-ġdid beix jistudjaw fuqu? Għaliex dan ma sarx waqt il-perjodu tas-sajf meta l-istudenti jkunu bdew jixtru l-kotba tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Is-sillabi u t-testi marbuta magħhom tar-reliġjon huma responsabbilta’ finali tas-Segretarjat tal-Katekeżi fi ħdan il-Knisja Kattolika. Sehem il-DQSE huwa biss li jikkontribwixxi għat-tiswir tagħhom permezz tal-uffiċjali tiegħu u jiffinanzja t-testi għall-iskejjel tal-istat. L-iskejjel kien ġew infurmati lejn l-aħħar tas-sena skolastika 2011-12 li kien se jinbidel is-sillabu tal-Year 6 u li għas-sena skolastika ta’ wara, tal-2012-13, kien se jkun hemm test ġdid. Ġara iżda li fil-bidu ta’ din is-sena skolastika d-DQSE gie informat minn dan is-Segretarjat li t-testi ta’ xi snin fosthom tal-Year 6 ma kinux se jkunu lesti fil-hin.
Għat-testi tal-Year 6 ingħatat garanzija li t-test ikun lest fl-ewwel Term ta’ din is-sena skolastika. Għalhekk, anke għaliex l-għalliema kienu ilhom sajf jippreparaw għas-sillabu l-ġdid tal-Year 6, ittieħdet id-deċiżjoni li jinżamm dan is-sillabu l-ġdid u li jittieħdu dawn il-miżuri ta’ appoġġ lill-iskejjel:
Þ Il-materjal kollu meħtieġ għat-tagħlim ikun ipprovdut elettronikament u jkun jista’ jintuża fil-klassijiet permezz tal-interactive whiteboards
Þ L-Uffiċjali Edukattivi tar-reliġjon jippreparaw karta mudell tal-eżami ta’ nofs is-sena biex jaġevolaw lill-għalliema
Þ Dawn l-Uffiċjali jduru kull skola biex jassiguraw irwieħom li l-għalliema għandhom l-appoġġ kollu meħtieġ
Þ Kull klassi ngħatat 25 Ewro mill-fondi ċentrali biex tkopri l-fotokopji żejda tal-worksheets sakemm jiġu t-testi, u
Þ Ġie ppreparat sillabu tal-eżami tal-Year 6 ad hoc għas-Sena skostika 2012-13 biss (ara c-cirkulari annessa) biex jittaffa l-inkonvenjent għall-istudenti u l-għalliema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm files fil-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jinsabu pendenti jew sospiżi biex jistenna l-eżitu tal-policy tal-flexible approach li tinsab għall-konsultazzjoni pubblika?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Prim Ministru jgħid sakemm se jmorru lura l-arretrati dovuti skont il-collective agreement il-ġdid għas-suldati tal-Forzi Armati ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar reviżjoni tas-salarji tas-suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.
Dak inhar, bl-eċċezzjoni tal-Commander u d-Deputy Commander, kull membru fil-Forza ibbenifika minn din ir-reviżjoni billi ttela fuq skala jew tnejn għola tas-salarju skont il-grad li kellu.
Bis-saħħa tal-ftehim kollettiv għall-ħaddiema fis-servizz pubbliku li ġie ffirmat fil-15 t’Ottubru 2012 il-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta ser jibbenefikaw minn reviżjoni fis-salarji applikabbli tagħhom skont l-iskala li jinsabu fiha.
L-arretrati dovuti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2012 sa, u inkluż, is-6 t’Ottubru 2012 ser jitħallsu fit-12–il pagament fl-1ta’ Diċembru 2012.
Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi — meeting mal-operatur tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ilu jistenna aktar minn tliet xhur għall-meeting mal-operatur tat-trasport pubbliku dwar issues ġenerali fil-lokalità u ta' kull darba qed ikun pospost? Ma jaħsibx li dan huwa dewmien esaġerat ma' rappreżentanti tal-gvern lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Naqbel ma' l-Onor. Interpellant li l-operatur tat-trasport pubbliku għandu jsib żmien biex jiltaqa' mal-Kunsill Lokali ta' Ħal-Qormi. Ser nitlob lill-Transport Malta tikkomunika lill-operatur l-osservazzjonijiet ta' l-Onor. Interpellant.
Siġġiewi — Fawwara - trinka għal high tension cable
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol li sar fuq it-trinka għal high tension cable fil-Fawwara s-Siġġiewi, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u sal-lum ghadu ma ngħatax it-tarmak?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tinġħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid il-għaliex lampa ġdida li twaħħlet fi Triq Dun Ġorġ Fenech kantuniera ma' Triq Marcel Attard Vagnolo Ħal Qormi bin-numru S134 sal-lum għadha ma nxtelgħitx minkejja li għaddew diversi xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-lampa imsemmija ġiet imqabbda mas-sistema tal-elettriku fid-29 ta’ Frar 2012. Sadanittant żviluppat ħsara fiha li qatt ma ġiet irrapurtata lill-Korporazzjoni Enemalta. Sussegwentament il-ħsara ġiet imsewwija fil-11 ta’ Ottubru 2012.
Siġġiewi — xogħol ta' embellishment f'Tal-Providenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36395 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex ix-xogħol ta' embellishment li qed isir f'Tal-Providenza s-Siġġiewi (u li r-ritratti dwar dan qed jingħataw separatament), il-livell tal-art se tiġi mgħollija fil-livell taz-zuntier tal-kappella bil-konsegwenza li l-ilma tax-xita se jispiċċa jxaqleb fuq iz-zuntier tal-kappella?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ix-xogħol fuq il-pavimentar qiegħed isir bħala parti mill-proġett MaltaGoesRural u li hu ko-finanzjat mill-unjoni Ewropeja taħt il-fond EAFRD.
L-għan ta’ dan il-proġett hu jinħolqu numru ta’mixjiet f’żoni rurali filwaqt li qed isir xi tisbiħ ta’ postijiet ta’ interess rurali. Fil-Providenza ser issir it-triq ta’ quddiem il-knisja li kienet bl-asfalt u minflok ser issir parti bil-qawwi
(hardstone)
fil-parti ta’ quddiem il-kappella u bil-
grass blocks
fi triq li twassal sa’ din il-pjazzetta. Inbidlu wkoll xi ħitan tas-sejjieħ u ser titwaħħal għamara ta’ barra ġdida.
Ninsab infurmat illi għalkemm il-livell tal-madum (qawwi) se jgħolli xi ftit il-livell tal-art, ix-xogħolijiet ser ikunu maħduma sabiex jaraw li ilma tax-xita ma jxaqlibx fuq iz-zuntier.