Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #12887 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — selection panel

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tas-selection panel fl-Awtorità tad-Djar li jirregolaw l-għoti tad-djar u appartamenti tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Bord Panel huwa iffurmat minn tliet membri li tnejn jirrapreżentaw l-Awtorità tad-Djar u persuna oħra li tirrapreżenta lill-Ministeru tiegħi.
Leg 11 PQ #12906 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — sistema tal-punti

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta l-kopja l-antika tas-sistema tal-punti li kienet tuża l-Awtorità tad-Djar qabel ma din ġiet riveduta? Jista' jippreżenta wkoll il-verżjoni kompleta tas-sistema tal-punti eżistenti għax jidhirli li dik li ġiet ippreżentata riċentement kienet is-sommarju? Jista' jgħid meta kienet mibdula l-aħħar is-sistema tal-punti, min kien irrakkmanda dan it-tibdil u min għamilhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12907 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — bdil fis-sistema tal-punti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kien qed ipoġġi fuq il-panel tas-selezzjoni ta' l-Awtorità tad-Djar meta nbidlet is-sitema tal-punti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12908 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — kopja tal-punti tal-allokazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-punti ta' l-allokazzjonijiet li saru mill-Awtorità tad-Djar mill-1 ta' Diċembru 2007 sat-8 ta' Marzu 2008? Jista' jikkonferma jekk l-allokazzjonijiet li saru f'dan iż-żmien humiex kollha bl-ogħla punti?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12909 Sitting 170 2009-11-24 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — units lesti għall-allokazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm units lesti għall-allokazzjoni mill-Awtorità tad-Djar fil-preżent?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-preżent l-Awtorità tad-Djar għandha għaxra ċwievet ta' postijiet li jistgħu jiġu allokati.

Kwestjoni dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, intbagħat lis-sid tal-post in kwestjoni li kien qaleb il-meters fuq l-inkwilini, meta f'dan il-perjodu l-kont ma kienx fuq ismu? Ma jidhirlux il-Ministru li s-sid tal-post ma kellu x'jaqsam xejn ma' dawn il-kontijiet u mhux dovut li jħallashom għax ma kellux x'jaqsam magħhom? Jista' jgħid għaliex din il-persuna qed tkun imwissija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li se taqta' s-servizz f'dan il-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #12842 Sitting 167 2009-11-23 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Applikazzjoni pendenti ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar minnha l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separamtament, li saret diversi snin ilu u sal-lum għadha ma semgħet xejn?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #12363 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

sistema tal-punti fl-allokazzjoni għad-djar lill-familji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif titħaddem is-sistema tal-punti fl-allokazzjoni għad-djar lill-familji li jkunu applikaw għall-akkomodazzjoni alternattiva? Jista' jgħid x'inhuma l-policies li jirregolaw din is-sistema?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Qormi — Triq Valletta - żbroff ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex qed ikun hemm ta' sikwit żbroff tad-drenaġġ fi triq Valletta, Qormi li qed jispiċċa fid-djar tan-nies, fosthom fid-djar ta' l-anzjani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-iżbroff tad-drenaġġ fi Triq Valletta huwa riżultat ta’ żieda fil-volum fis-sistema tad-drenaġġ kull meta tagħmel ix-xita fosthom b'riżultat ta’ tbattil illegali ta’ ilma tax-xita minn bjut u btieħi. Il-Korporazzjoni għamlet studju fuq is-sistema u għandha pjan biex tirrimedja għal din il-problema.
Leg 11 PQ #12471 Sitting 159 2009-11-16 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva aktar minn 20 sena ilu, sal-lum għadha ma ngħatatx widen mill-Awtorita' tad-Djar b'konsegwenza li familja ta' erba' persuni qed jgħixu f'kamra tas-sodda waħda?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Triq ta' l-Għadira — rapporti u studji tekniċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq ir-rapporti, l-istudji tekniċi li saru dwar it-triq ta' l-Għadira? Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti ta' dawn ir-rapporti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Skart li għadu jintrema l-Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma x'tip ta' skart għadu qed jintrema fil-Magħtab? Jista' jgħid għaliex diversi trakkijiet mgħobbija bl-iskart għadhom qed jarmu skart f'din il-miżbla? Jista' jgħid kemm kien l-ammont ta' skart li ntefa' s'issa matul din l-aħħar sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li mhux qed jintrema’ skart fil-miżbla tal-Magħtab.
Leg 11 PQ #12195 Sitting 156 2009-11-09 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — Salarji taċ-chairman, chief executive officer u segretarji tagħhom

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11592 u jgħid kemm huwa s-salarju taċ-Chairman, taċ-Chief Executive Officer u tas-segretarji tagħhom, tal-Awtorità tad-Djar?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-salarju tac-Chief Executive Officer huwa ta’ €32,000, dak taċ-Chairman ta’ €15,000, tas-segretarja taċ-Chairman €13,000 u dik tac-Ceo hi ta' €18,000.
Leg 11 PQ #11529 Sitting 152 2009-10-28 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rwejjaħ qrib Hexagon House

Question

Jista' l-Prim Ministru jispjega għalfejn il-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġewwa Hexagon House għadhom qed ikunu suġġetti għall-irwejjaħ kontinwament? X'tip ta' moniteraġġ qegħda tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-madwar u ġewwa Hexagon House? X'kienu r-riżultati uffiċjali li nġabru s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lil Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 11799.
Leg 11 PQ #11798 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għal Għawdex

Marsalforn — culverts estiżi fi Triq Barda

Question

Tista' l-Ministru tara li jiġu estiżi l-culverts eżistenti fil-parti t'isfel ta' Triq Ta' Barda, Marsalforn minħabba li ngħata t-tarmac u l-ammont ta' run off water żdied sostanzjalment bil-konsegwenza li dan l-ilma tax-xita se jispiċċa fil-basements tal-proprjetà tar-residenti?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li x-xogħol ta' asfaltar f'din it-triq qiegħed isir mill-Kunsill Lokali u għaldaqstant nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #11799 Sitting 151 2009-10-27 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rwejjaħ qrib Hexagon House

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 11529 u jispjega għalfejn il-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ġewwa Hexagon House għadhom qed ikunu suġġetti għall-irwejjaħ kontinwament? X'tip ta' moniteraġġ qegħda tagħmel l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-madwar u ġewwa Hexagon House? X'kienu r-riżultati uffiċjali li nġabru s'issa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-inħawi ta' Hexagon House (Spencer Hill) qed jkun taħt moniteraġġ kontinwu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, kif isir f'numru ta' lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Ir-riżultati li qed jiġu ppreżentati juru ċar u konsistentament li l-livelli ta' tniġġiż huma sew taħt il-limiti preskritti mill-liġi għal komposti tossiċi, sew ġewwa u anki barra l-bini ta' Hexagon House. Il-każijiet li ġew msemmija kienu sporadiċi u x'aktarx assoċjati ma' ħatt ta' fuel fil-Menqa. Is-sitwazzjoni ser tinżamm taħt monitoraġġ regolari mill-MEPA.

Ħal Qormi — Triq Nikol Baldacchino - qtugħ ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fi Triq Nikol Baldacchino f'Ħal Qormi kien hemm qtugħ tad-dawl tat-triq u r-residenti ilhom iktar minn ġimgħa jirrapportaw din il-ħsara?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li l-ħsara li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant fil-fatt kienet irraportata lill-Enemalta fit-28 ta' Settembru u l-ħsara ssewwiet jumejn wara.

Familji mis-Siġġiewi — kumpens finanzjarju minħabba power surge

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 9800, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Korporazzjoni Enemalta sal-lum għadha ma tatx il-kumpens finanzjarju lill-familji fis-Siġġiewi li sofrew ħsarat fl-apparat domestiku tagħhom minħabba power surge li seħħ fl-inħawi? Jista' jgħid meta dawn il-ħlasijiet se jingħataw?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 9800.
Leg 11 PQ #11591 Sitting 150 2009-10-26 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Awtorità tad-Djar — xiri ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il unit ta' djar beħsiebha tixtri l-Awtorità tad-Djar? F'liema lokalitajiet u minn liema fondi?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru l-aħħar studji fuq dan il-proġett. Kif il-proġett ikun iffinalizzat, l-Awtorità Tad-Djar toħroġ id-dettalji kollha.