Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13317 u 12851 u jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, intbagħat lis-sid tal-post in kwestjoni li kien qaleb il-meters fuq l-inkwilini, meta f'dan il-perjodu l-kont ma kienx fuq ismu? Ma jidhirlux il-Ministru li s-sid tal-post ma kellu x'jaqsam xejn ma' dawn il-kontijiet u mhux dovut li jħallashom għax ma kellux x'jaqsam magħhom?
Jista' jgħid għaliex din il-persuna qed tkun imwissija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li se taqta' s-servizz f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma rċievet applikazzjoni għar-Registrazzjoni ta’ bidla tal-konsumatur biex il-kontijiet jinqalbu min fuq is-sid għal fuq l-inkwilin. Il-kont tal-post imsemmi ntbagħat lis-sid għar-raġuni li l-kont għadu jgħajjat lilu. Il-kontijiet pendenti li s-sid ircieva l-ittra tagħhom huma responsabbiltà tas-sid li huwa stess aċċetta billi ffirma l-istess formula. Bħala proċedura tal-korporazzjoni il-kont ma jistax jinqaleb min fuq is-sid għal fuq l-inkwilin qabel ma jitħallsu il-kontijiet pendenti dovuti mis-sid.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm persuni applikaw għall-ħatra fil-Bord tad-Development Control Commission? Jista' jgħid min huma l-persuni li applikaw u r-riżultati li ġabu waqt l-interviews? Jista' jgħid min huma l-persuni li ġew magħżula għat-tieni interview u kemm ġabu marki rispettivament? Jista' jgħid min kienu l-persuni fuq il-panel ta' l-interviews?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-dawl tal-landscaping f'Sit A tal-Housing Estate li hemm f'Pembroke qed ikun maqtugħ? Jista' jara li l-Awtorità tad-Djar tagħmel it-tiswijiet neċessarji fil-post?
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proprjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet derekwiżizzjonata fl-1990 u suppost li ingħatat lis-sidien fi żmien ġimgħa, baqgħet tkun okkupata illegalment mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u sarulha ħsarat strutturali? Jista' jara li d-Dipartiment jibgħat perit biex jikkonferma l-istat ta' din il-proprjetà illum? Jista' d-Dipartiment ta' l-Artijiet isewwi l-ħsarat li kkawża f'din il-proprjetà biex din tkun abitabbli mill-ġdid mis-sidien tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qatt ma kienet okkupata illegalment mid-Dipartiment ta’ l-Artijiet madanakollu il-proprjetà qiegħda f’idejn is-sidien. L-allegati ħsarat strutturali saru meta l-proprjetà kienet tiġi mikrija mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u għalhekk it-tiswijiet huma responsabbli għalihom l-Awtorità tad-Djar.
Dan kollu ġie mgħarraf lill-persuna kkonċernata kemm-il darba minn diversi uffiċjali tal-Government Property Division.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk intagħżlux il-membri tal-Bord tad-Development Control Commission il-ġodda?
Jista' jgħid x'
weightings
jew kif ingħataw il-marki waqt l-intervisti li saru fl-għażla ta' dawn l-uffiċjali pubbliċi?
MEPA — Transport Planning Unit u l-Minerals Planning Unit - trasferiment
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li t-Transport Planning Unit u l-Minerals Planning Unit fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se jkunu trasferiti ma' awtoritajiet oħra minkejja li fil-Konferenza Nazzjonali dwar ir-Riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien tħabbar li dawn se jibqgħu hemmhekk?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li d-dokument tar-riforma jispeċifika li ċertu funzjonijiet li m’humiex core functions għal dak tal-MEPA, jiġu integrati ma’ entitajiet/awtoritajiet oħra u ma jirriżultax li kien hemm diverġenza minn din il-pożizzjoni.
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-maġġor parti tal-familji li daħlu fl-iskema tal-bdil tal-gallariji ta' l-injam mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel l-elezzjoni ġenerali għadhom ma tħallsux minkejja li għaddew aktar minn sentejn? Jista' jgħid meta se jintbagħtu l-ħlasijiet?
Jista' l-Ministru jagħti data preċiża meta l-monument tas-Sette Giugno se jitpoġġa fi Pjazza Ħelsien? Jista' jgħid fejn se tibda ssir iċ-ċerimonja parlamentari tas-Sette Giugno minn issa 'l quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Dwar l-ewwel parti, nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 13337. Dwar it-tieni parti nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, għal akkomodazzjoni alternattiva ma' l-Awtorità tad-Djar peress li din it-talba ilha pendenti għal diversi snin?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-applikazzjoni tal-persuna in kwestjoni qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda l-proġett ta' Footbridge f'Imrieħel Bypass wara li issa nħarġu l-permessi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u dan ilu mwiegħed għal madwar erba' snin u suppost kellu jitlesta fl-2007?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' kontravenzjonijiet li ngħataw u l-income li daħħlu mill-ispeed camera li hemm fl-Imrieħel Bypass minn meta twaħħlet sal-lum? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ammonti marru biex jiffinanzjaw il-proġett ta' Footway Bridge li hemm propost fl-inħawi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi d-dħul mill-ispeed camera li hemm fl-Imrieħel Bypass minn meta twaħħlet sallum.
Jien infurmat illi tlett snin ilu, l-Awtorità dwar it-Trasport għamlet applikazzjoni mal-MEPA biex jinbena
footway bridge
fl-inħawi. Ma jidhirx li qatt ġie diskuss mill-Kunsill kkonċernat (Ħal Qormi) li parti mid-dħul mill-i
speed camera
tal-Imrieħel Bypass jintuża għal dan l-iskop.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet l-organizzazzjoni taċ-ċerimonja tal-ftuħ ta' Pjazza San Ġorġ u l-materjal pubbliċitarju konness magħha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li kif ġa ntqal pubblikament l-ispiża għall-organizzazzjoni taċ-ċerimonja tal-ftuħ ta' Pjazza San Ġorġ ġiet tiswa madwar €85,000 li jinkludu fost affarijiet oħra, ħlas tal-produzzjoni u trasmissjoni fuq it-televiżjoni nazzjonali, ħlas lill-artisti u armar.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ittra datata fis-17 ta' Lulju lill-Awtorità tad-Djar li kienet ippreżentata fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili dwar referenza 215/07 sal-lum għadha ma ġietx imwieġba mill-Awtorità tad-Djar?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħti iktar dettalji biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-proprjetà, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li kienet derekwiżizzjonata fl-1990 u suppost li ingħatat lis-sidien fi żmien ġimgħa, baqgħet tkun okkupata illegalment mid-Dipartiment ta' l-Artijiet u sarulha ħsarat strutturali? Jista' jara li d-Dipartiment jibgħat perit biex jikkonferma l-istat ta' din il-proprjetà illum? Jista' d-Dipartiment ta' l-Artijiet isewwi l-ħsarat li kkawża f'din il-proprjetà biex din tkun abitabbli mill-ġdid mis-sidien tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12842 u jgħid x'sar minnha l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separamtament, li saret diversi snin ilu u sal-lum għadha ma semgħet xejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni m'għandiex applikazzjoni pendenti għall-Akkomodazzjoni Alternattiva.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12851 u jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, intbagħat lis-sid tal-post in kwestjoni li kien qaleb il-meters fuq l-inkwilini, meta f'dan il-perjodu l-kont ma kienx fuq ismu? Ma jidhirlux il-Ministru li s-sid tal-post ma kellu x'jaqsam xejn ma' dawn il-kontijiet u mhux dovut li jħallashom għax ma kellux x'jaqsam magħhom?
Jista' jgħid għaliex din il-persuna qed tkun imwissija mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li se taqta' s-servizz f'dan il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
MEPA — Transport Planning Unit u l-Minerals Planning Unit - trasferiment
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux minnu li t-Transport Planning Unit u l-Minerals Planning Unit fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar se jkunu trasferiti ma' awtoritajiet oħra minkejja li fil-Konferenza Nazzjonali dwar ir-Riforma tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kien tħabbar li dawn se jibqgħu hemmhekk?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentaru 12471 u jgħid għaliex il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva aktar minn 20 sena ilu, sal-lum għadha ma ngħatatx widen mill-Awtorita' tad-Djar b'konsegwenza li familja ta' erba' persuni qed jgħixu f'kamra tas-sodda waħda?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanti applikaw fit-12 ta' Ġunju, 1997, li l-applikazzjoni tagħhom qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Cleaners għall-iskejjel ta' San Bastjan u San Ġorġ Ħal Qormi
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-iskejjel ta' San Bastjan u ta' San Ġorġ mhumiex qed jingħataw cleaners biżżejjed minkejja li l-amministrazzjoni ta' dawn l-iskejjel talbu għal aktar minn darba biex id-Dipartiment jallokalhom aktar ħaddiema bil-konsegwenza li l-impjegati eżistenti mhux qed ilaħħqu max-xogħol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskola Primarja San Ġorġ f’Ħal Qormi hemm erba’ full-time cleaners u part-time cleaner, filwaqt li fl-iskola Primarja ta’ San Bastjan hemm ħames full-time cleaners.
Skont kriterji stabbiliti, dan l-
istaff
huwa kkunsidrat bħala wieħed adekwat sabiex ilaħħaq mat-tindif neċessarju f’dawn iż-żewġ skejjel.
Awtorità tad-Djar — ittra mingħajr acknowledgement
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ittra li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, datata 23 ta' April u r-reminder tagħha fis-17 ta' Lulju, qatt ma kienet acknowledged u lanqas imwieġba mill-Awtorità tad-Djar minkejja diversi reminders?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob L-Onor. Interpellant biex jipprovdi iktar informazzjoni biex tkun tista tingħata l-informazzjoni mitluba.