Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tenders Committee — tenders pendenti li għadhom iridu jiġu ppublikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tenders pendenti li għadhom iridu jiġu ppublikati u li jinsabu quddiem it-Tenders Committee fi ħdan il-Lands Department?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-Tenders Committee għandu quddiemu103 talbiet pendenti li qegħdin jiġu proċessati sabiex jinħarġu għat-tenders. 4 minn dawn it-talbiet huma lesti sabiex jiġu ppublikati filwaqt li l-kumplament qegħdin fi stadju ta’ rakommandazzjoni biex jinħarġu l-offerti jew qed jistennew li tinġabar l-informazzjoni mitluba mill-istess Kumitat qabel ma tittieħed deċiżjoni għall-ħruġ tal-offerti.

Awtorità tad-Djar — Appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il appartament ingħataw mill-Awtorità tad-Djar matul din l-aħħar sena lill-applikanti għall-akkomodazzjoni alternattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-lum l-Awtorità tad-Djar allokat 143 post.

Awtorità tad-Djar — appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il appartament għandha f'idejha l-Awtorità tad-Djar li jinsabu disponibbli għall-familji li hemm fil-lista ta' l-akkomodazzjoni alternattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ appartamenti li jkollha f’idejha l-Awtorità tad-Djar jinbiddlu minn jum għall-ieħor.
Leg 11 PQ #13680 Sitting 265 2010-10-20 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — skema tal-bdil tal-gallariji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-maġġor parti tal-familji li daħlu fl-iskema tal-bdil tal-gallariji ta' l-injam mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel l-elezzjoni ġenerali għadhom ma tħallsux minkejja li għaddew aktar minn sentejn? Jista' jgħid meta se jintbagħtu l-ħlasijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt fil-Mistoqsijiet Parlamentari numri 14272 u 13974.
Leg 11 PQ #6859 Sitting 260 2010-10-11 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — annual report

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex sal-lum għadu ma tressaqx l-annual report tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-Parlament minkejja li għadda ż-żmien stipulat mil-liġi li dan isir sa sitt ġimgħat mis-sena finanzjarja?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill- Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall- mistoqsija Parlamentari Numru 7486.

Ħlas eċċessiv għall-użu tal-Park Nazzjonali

Question

B'referenza għall-avviż legali numru 85/2010, jista' l-Ministru jgħid għaliex għaqdiet volontarji non-profit bħall-Iscouts qed jintalbu jħallsu €500 kull ġurnata għall-użu tal-Park Nazzjonali f'Ta' Qali? Ma jaħsibx li din it-tariffa hija ftit eċċessiva għal organizzazzjonijiet simili?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ir-rata applikabbli tvarja skond iż-żona fil-Park Nazzjonali u dawn skond l-iskeda li tidher fl-Avviż Legali. F’numru ta żoni l-ħlas sħiħ hu ta’ anqas minn €160. Madankollu klawsola numru 5 (2) tal-Avviż Legali li qiegħed jagħmel riferenza għalih l-Onor. Interpellant tistipula li dawk l-NGOs li huma reġistrati taħt l-Att dwar Organiżżazzjonijiet Volontarji, jiġu eżentati milli jħallsu ħamsin fil-mija tar-rati. L-Avviż Legali jagħti wkoll poteri lill-Ministru li jeżenta minn kull ħlas lill-entitajiet tal-karita.
Leg 11 PQ #19651 Sitting 257 2010-10-04 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Low cost airlines — sussidju finanzjarju u ħlasijiet oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju finanzjarju u ħlasijiet oħra li ħallas il-Gvern Malti lill-low cost airlines, sena b'sena għal kull linja tal-ajru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 17472.

Imrieħel Bypass — Footbridge

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda l-proġett ta' Footbridge f'Imrieħel Bypass wara li issa nħarġu l-permessi mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u dan ilu mwiegħed għal madwar erba' snin u suppost kellu jitlesta fl-2007?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta bħalissa qegħda fil-proċess li tevalwa l-għażla li jinbena pedestrian bridge skont il-permessi maħruġa mill-MEPA ftit tax-xhur ilu fuq applikazzjoni tal-istess Awtorità vis-a-vis soluzzjonijiet oħra li qed jiġu kkunsidrati għal dan is-sit (underpass, pedestrian crossing). Dan qed isir fl-isfond tar-riżultati li ħarġu mill-istudju tal-pedestrian flow li sar f’dan is-sit fil-ġimgħat li għaddew u li minnu rriżulta li f’perjodu ta’ ġimgħa sħiħa 42 persuna qasmu l-imsemmija triq f’dan il-post. Deċiżjoni finali tittieħed hekk kif l-awtorità ikollha d-dettalji relevanti ta’ kull waħda mill-għażliet imsemmija iktar qabel.

Applikazzjonijiet għal fidi ta' ċens

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 15094, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din l-applikazzjoni minħabba li d-Dipartiment tal-Joint Office mhux qed iwieġeb għall-informazzjoni meħtieġa lill-applikant in kwistjoni?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minħabba li l-Uffiċċju Konġunt kien qed jirreloka l-uffiċini tiegħu f’post ieħor, kien hemm xi korrispondenza li waqgħet lura u li issa qed tiġi mwieġba. Dwar il-każ tal-applikant in kwistjoni, huwa kien ġie nfurmat li kienet se toħroġ sejħa għall-offerti, li fil-fatt ħarġet fl-4 ta’ Ġunju 2010, l-applikant tefa’ l-offerta tiegħu u bħalissa l-każ qiegħed fil-proċess tal-aġġudikazzjoni ta’ din l-offerta.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - tiswija ta' bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rrangata l-bankina fi Triq l-Imdina mal-ħajt tal-Klabb tal-Boċċi San Bastjan, Ħal Qormi minħabba li saret perikoluża ħafna biex timxi fuqha filwaqt li din it-triq hija kkunsidrata bħala arterial road?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta lestiet l-istimi tax-xogħlijiet neċessarji u bdiet il-proċedura biex tinħareġ sejħa għall-offerti għal dawn ix-xogħlijiet.

Għajnuna Soċjali għall-appartament

Question

Tista' l-Ministru tinvestiga l-problema ta' din is-single mother li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li tgħix f'appartament tal-Gvern u applikat taħt skema I? Peress li din il-persuna ingħatat ammont baxx ta' sussidju għall-irranġar ta' dan l-appartament li jinsab fi stat diżastruż fejn minkejja li bagħtet stimi tal-kuntrattur privat jidher ċar li l-ammont li ngħata mill-Awtorità huwa baxx ħafna u peress li din il-persuna m'għandix il-mezzi finanzjarji biex tagħmel dan ix-xogħol hi minħabba li tgħix fuq l-għajnuna soċjali u għandha tifla taħt il-kura, tista' l-Ministru tikkunsidra mill-ġdid dan il-każ soċjali minħabba li jidher ċar li din il-familja għandha bżonn din l-għajnuna?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-applikazzjoni tal-applikanta msemmija tikkwalifika għall-massimu tal-għotja taħt l-iskema ‘I’ li hija, dik ta’ €4000.

mediċina Zocor out of stock

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-mediċina Zocor (tal-Cholesterol) tinsab out of stock miċ-Ċentru tas-Saħħa f'Ħal Qormi? Jista' jgħid meta se terga' tibda tingħata lill-pazjenti?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-pilloli Zocor (Simvastatin) huma Out of Stock mill-ispiżeriji kollha taċ-Ċentri tas-Saħħa. Il-mediċina Simvastatin 20mgs waqgħet out of stock bħala riżultat ta’ appell li ilu pendenti quddiem il-PCAB [Public Contracts Appeals Board] mit-12 ta’ Frar 2010. Sadanittant id-Dipartiment tal-Procurement (Taqsima tas-Saħħa) setgħa biss jixtri kwantitajiet żgħar permezz ta’ tenders / quotations dipartimentali kif jippermettu ir-Regolamenti Finanzjarji. Kunsenja oħra mistennija tasal Malta mill-Ingilterra sa tmiem din il-ġimgħa, filwaqt li ordni oħra qegħda tiġi proċessata.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina - tiswija ta' bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi rrangata l-bankina fi Triq l-Imdina mal-ħajt tal-Klabb tal-Boċċi San Bastjan, Ħal Qormi minħabba li saret perikoluża ħafna biex timxi fuqha filwaqt li din it-triq hija kkunsidrata bħala arterial road?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Individwu li jgħix bil-pensjoni tal-invalidità u qed jinqata' mill-pensjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jgħix bil-pensjoni tal-invalidita` qed ikollu jgħaddi mill-inkonvenjent qawwi li ta' kull darba jinqata' mill-pensjoni tal-invalidità u kull darba qed jintbagħat jirreġistra għax-xogħol meta dan huwa marid? Tista' l-Ministru tinvestiga għaliex għat-tieni darba f'anqas minn sena dan l-individwu kien notifikat li se jintbagħat għar-reġistrar mingħajr l-ebda raguni valida mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali wara li dan kien ikkonfermat mill-ġdid mill-Bord tal-Invalidita li mhux tajjeb għax-xogħol? Tista' l-Ministru tinvestiga t-tbatija li għaddejja minnu l-familja ta' dan l-individwu, tant li minħabba li qed tinqatagħlu l-għajnuna soċjali spiċċaw biex qatgħulu wkoll id-dawl u l-ilma fid-dar u din il-familja issa qed ikun kostretta tgħix f'sitwazzjoni ta' povertà assoluta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna indikata minnu biex tavviċina l-uffiċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.

Skema ta' refund tal-VAT fuq xiri ta' roti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskema ta' refund tal-VAT fuq xiri ta' roti mnedija fil-budget tas-sena li għaddiet ma ġietx estiża għal din is-sena? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskema terġa' tkun introdotta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema ta’ għotja ta’ grant għal xiri ta’ roti kienet skema li kienet mħabbra fid-diskors tal-Budget 2009. Skemi bħal dawn ikunu għal perjodu definit, li jista’ jiġi mġedded jew le. Din l-iskema ta’darba kienet intiża sabiex tinċentiva x-xiri ta’ roti u b’hekk jiżdied l-eżerċizzju fiżiku. Ir-rispons mill-pubbliku għal din l-iskema kien sodisfaċenti. Għalhekk, ta’ min insemmi li f’kuntest iżjed wiesa fejn il-gvern hu kommess biex jikkombatti l-obesità qed titfassal strategija, taħt il-Ministeru tas-Saħħa, tal-Anzjani u Kura fil-Komunità. Din l-istrateġija se tibda tħares ukoll lejn dawk l-istrumenti li huma effettivi sabiex tiġi kombattuta b’mod iżjed effettiv din il-kundizzjoni. Ma hemmx soluzzjonijiet faċli, u se jkun hemm bżonn perjodu ta’ azzjonijiet sabiex tassew nibdew naraw riżultati f’dan il-qasam. Jinħass il-bżonn li issa l-Gvern jeżerċita dik il-politika, ibbażata fuq evidenza, li tkun iżjed effettiva u tolqot numru akbar ta’ nies. Il-Gvern hu lest li jħares lejn dawk l-istrumenti kollha, inkluż għotjiet ta’ grants eċċ., li jkunu effettivi sabiex tiġi mrażżna r-rata ta’ obesità.

Skema ta' refund tal-VAT fuq xiri ta' roti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-iskema ta' refund tal-VAT fuq xiri ta' roti mnedija fil-Budget tas-sena li għaddiet ma ġietx estiża għal din is-sena? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din l-iskema terġa' tkun introdotta?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Refund fuq kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li dawk il-familji li jgħixu fi djar imsejjħa Casa Bottega u li għandhom il-membri tal-familja imniżżlin ma' dan l-arloġġ tad-dawl mhux se jingħataw ir-refund imħabbar fuq iż-żidiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi dawk il-familji li jgħixu fi djar imsejjħa Casa Bottega u li għandhom il-membri tal-familja imniżżlin ma' dan l-arloġġ tad-dawl, se jingħataw energy allowance skont l-iskema mħabbra fil-budget.

Refund fuq kontijiet tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li dawk il-familji li jgħixu fi djar imsejjħa Casa Bottega u li għandhom il-membri tal-familja imniżżlin ma' dan l-arloġġ tad-dawl mhux se jingħataw ir-refund imħabbar fuq iż-żidiet tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

Applikazzjoni għal dħul Residenza San Vincenz De Paule

Question

Jista' l-Ministru jghid fiex waslet l-applikazzjoni tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat biex tidħol fir-Residenza San Vincenz De Paule minħabba li qed tkun diffiċli ħafna għall-familjari tagħha li jlaħħqu mal-bżonnijiet tagħha minħabba l-istat ta' saħħitha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant applikat biex tidħol fir-Residenza San Vincenz de Paule fit-22 ta’ Frar 2010. L-applikazzjoni waslet fid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Kommunità fit-2 ta’ Marzu 2010. Fil-25 ta’ Marzu 2010, il-każ ġie diskuss mill-Bord ta’ Ammissjonijiet u ġie deċiż li din il-persuna tiġi approvata għad-dħul ġewwa r-Residenza San Vincenz de Paule u tqegħdet fuq il-lista ta’ ammissjonijiet bħala każ ta’ prijorità għolja.

Sliema — Triq Depiro - leakage ta' ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga leakage ta' ilma taħt it-triq fi Triq Depiro kantuniera ma' Trejqet San Injazju, Sliema li qed jispiċċa jiskula minn ġol-blat għall-basement garages li nbnew tal-kumpless Belmonte Heights? Jistgħu jsiru t-testijiet meħtieġa biex jiġi stabbilit minn fejn ġej dan l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mir-records li għandha l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma, jidher li dan l-ilment qatt ma ġie mgħoddi lilha. Fil-fatt malli waslet din il-mistoqsija parlamentari, mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet biex jiġi stabbilit minn fejn ġej dan l-ilma. Sar eżerċizzju ta’ leak detection u nstabet ħsara fuq is-servizz tal-ilma tax-xorb tal-bini msemmi, liema ħsara ġiet irranġata mill-ewwel u l-ilma li kien ħiereġ jidher li waqaf għal kollox.