Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #22316 Sitting 296 2011-01-10 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Environmental planning commission — membri ġodda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif sar il-proċess tal-għażla tal-membri l-ġodda tal-Environmental Planning Commissions? Jista' jgħid kemm huwa s-salarju u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-membri tal-Environmental Planning Commissions? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi membri li rriżenjaw u jekk inħatrux membri ġodda minflokhom? Kif saret l-għażla ta' dawn in-nies?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Membri tal- Environment Planing Commission huma: Chairpersons: Perit Sandra Magro Perit Franco Montesin Membri: Anna Maria Attard Montaldo Bjorn Bonello Claude Borg Saviuor Borg Elizabeth Ellul Anthony Ellul John Mangion Is-salarji u l-kundizzjonijiet ta’ Chairpersons huma: €38,184 f’ salarji annwali; (A) Petrol Allowance ta’ €1,980 fis-sena u karozza; (B) Mobile phone u kif wkoll linja tat-telefon fissa u broadband internet connection fir-residenza taċ- Chairperson; (C) Allowance ta’ €8.152 fis-sena li ma tiġix inkluża fil-pensjoni sakemm idum iseħħ dan il-kuntratt kif wkoll allowance oħra ta’ €5.727 li ma tkunx tgħodd għal finijiet tal-pensjoni; (D) Il-membru jkun kopert min assigurazzjoni għall-qadi ta’ dmirijietu kif wkoll skema ta’ Health Insurance likali għalih u l-membri tal-familja tiegħu. (E) Erba’ u għoxrin (24) jum leave fis-sena kif wkoll 30 jum sick leave li jkun imħallas full pay u 30 jum half pay. (F) Din il-ħatra hija għal erba’ snin bil-possibilta’ ta’ tiġdid għal erba’ snin oħra. Is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-Membri huma: (A) €32,456 f’ salarji annwali; (B) Petrol Allowance ta’ €1,980 fis-sena u karozza; (C) Mobile phone u kif wkoll linja tat-telefon fissa u broadband internet connection fir-residenza taċ- Chairperson; (D) Allowance ta’ €8.152 fis-sena li ma tiġix inkluża fil-pensjoni sakemm idum iseħħ dan il-kuntratt kif wkoll allowance oħra ta’ €4,868 li ma tkunx tgħodd għal finijiet tal-pensjoni; (E)Il-membru jkun kopert min assigurazzjoni għall-qadi ta’ dmirijietu kif wkoll skema ta’ Health Insurance likali għalih u l-membri tal-familja tiegħu. (F)Erba’ u għoxrin (24) jum leave fis-sena kif wkoll 30 jum sick leave li jkun imħallas full pay u 30 jum half pay. (G)Din il-ħatra hija għal erba’ snin bil-possibilta’ ta’ tiġdid għal erba’ snin oħra. Saret sejħa pubblika biex jintagħażlu ċ- Chairpersons u l-Membri. Dawk li applikaw għal din is-sejħa għaddew min proċess ta’ selezzjoni. Disa’ persuni għaddew dan il-proċess b’ sużess.Tnejn min dawk li ntagħażlu iżda m’ aċċettawx il-ħatra. It-tlett membri li kien jonqos intagħażlu wara eżerċizzju ta’ head hunting. Il-persuni li ntgħażlu għandhom il-kwalitajiet u rekwiżiti kif mitluba fil-proċess pubbliku ta’ għażla. Kien hemm persuna waħda li ntagħażlet mill-proċess ta’ head hunting li rrifjutat l-appointment. Ġie appuntat membru ieħor minflok din il-persuna.

Ħlas ta' €47 għal bdil tal-meter tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex familji li qed jinvestu fis-sistema ta' panelli fotovoltaici qed jintalbu jħallsu ħlas ta' €47 biex jinbidlilhom il-meter tad-dawl mill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tkun tista' titħaddem is-sistema? Ma jaħsibx il-Ministru li din it-tariffa hija spiża żejda fuq dawn il-familji li investew eluf ta' ewros sabiex jiġġeneraw enerġija nadifa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-installation charge ta’ €300 pagabli fuq installazzjoni ta’ meter tad-dawl hija eżenti fil-każ ta’ persuni li jinvestu fis-sistema ta’ panelli fotovoltajiċi, hekk kif tħabbret fil-parlament f’Novembru li għadda. L-ammont imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa miżata amministrattiva li tkopri l-ispejjeż amministrattivi għall-proċess ta’ dawn l-applikazzjonijiet.

Sussidju finanzjarju għal min installa sistema ta' panelli fotovoltaici

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma kemm huwa stmat li se jittieħed żmien biex familji jirċievu s-sussidju finanzjarju mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi minn meta jinstallaw is-sistema ta' panelli fotovoltaici u jissottomettu l-Part B tal-applikazzjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet wara li tkun istallata s-sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fih diversi stadji, dejjem jekk l-applikant ikun daħħal id-dokumenti kollha meħtieġa korretti.Jien infurmat li l-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-pagament, li jinkludi verifika tad-dokumenti u possibilment ukoll verifika fuq il-post, mistenni li jieħu madwar 3 xhur, dejjem jekk l-applikant ikun issottometta d-dokumentazzjoni meħtieġa kollha.

Talba għal dħul fir-Residenza San Vinċenz de Paul

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li l-familjari tagħha talbu biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule minħabba l-kura kontinwa li għandha bżonn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-każ imsemmi tressaq quddiem il-Bord ta’ Ammissjoni għar-Residenza San Vinċenz de Paule fit-22 t’Awissu 2010 wara li saret l-applikazzjoni fit-25 ta’ Mejju 2010. Il-każ ġie approvat bħala high priority. Fit-28 t’Awwissu ġie sottomess ċertifikat mediku mingħand il-psikjatra tal-persuna msemmija. Il-Bord reġa’ ra l-każ fl-24 ta’ Novembru 2010 u kkonferma li hu high priority għad-dħul ġewwa r-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul. B’hekk il-każ imsemmi tqiegħed fil-lista ta’ stennija tal-high priority.

Applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li ilha fil-waiting list għal akkomodazzjoni alternattiva għal dawn l-aħħar sentejn u fil-preżent qed tgħix fid-dar tal-ġenituri tagħha b'nuqqas ta' spazju għall-familja kollha?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni toqgħod flimkien mal-ġenituri tagħha u applikat għall-akkomodazzjoni alternattiva f'Marzu, 2009. L-applikazzjoni tagħha qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 11 PQ #22053 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

immigranti irregolari fiċ-ċentri ta' detenzjoni u l-open centres

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' immigranti irregolari li qed jinżammu fiċ-ċentri ta' detenzjoni u l-open centres?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi sal-aħħar ta' Novembru ta' din is-sena, l-ammont ta' immigranti irregolari fiċ-ċentri magħluqa u miftuħa kien ta' 65 u 2235 rispettivament
Leg 11 PQ #22054 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet irtirati wara l-ħruġ tal-kont

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar mis-16 ta' Lulju 2010 u kemm minn dawn ma baqgħux ikunu proċessati jew ġew irtirati mill-applikanti wara li nħarġilhom il-kont?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li mis-16 ta' Lulju 2010 sat-30 ta' Novembru 2010 da]lu 1308 applikazzjonijiet g]al-permess ta' żvilupp għand l-Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. 140 applikazzjoni minn dawn għadhom qed jistennew li jit]allas il-kont, filwaqt li 6 applikazzjonijiet ġew irtiratti fuq talba tal-applikant jew il-perit tal-każ.
Leg 11 PQ #22055 Sitting 293 2010-12-06 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DCC u Bord tal-Appell — każi deċiżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi transizzjoni se jkun hemm mill-bordijiet tad-Development Control Commissions u l-Bordijiet tal-Appell meta jidħlu fis-seħħ l-Environmental and Planning Commissions u t-Tribunal tal-Appelli? Jista' jgħid liema huma l-każi li se jkunu deċiżi mill-bordijiet l-antiki u dawk ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Spinal rehabilitation Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-iSpinal Rehabilitation Unit li kien fl-Isptar Boffa u kellu jkun rilokat fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid jekk pazjenti li għandhom bżonn kura f'dan il-unit u ma tistax tingħatalhom humiex intitolati għall-kura barra mill-pajjiż?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-iSpinal Rehabilitation Unit li kien fl-Isptar Boffa ġie rilokat ġewwa Karen Grech. Jekk pazjenti ġewwa dan il-Unit jkollhom bżonn kura li mhijiex offruta lokalment pero’ tifforma parti mill-pakkett ta’ Kura ta’ Malta u jissodisfa l-kriterji u l-kundizzjonijiet fir-rigward ta’ kif pazjenti jiġu referuti għal kura fl-Ingilterra, dawn il-pazjenti huma ntitolati għal kura ġewwa ċentri speċjaliżżati ġewwa l-Ingilterra bħal kull pazjent ieħor. Il-Proċedura u l-kriterji ta’ kif pazjent jista’ jiġi referut għal kura barra min Malta tista’ tiġi aċċessata mis-sit elettroniku: https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/strategy_policy/national_referrals_programme/overview.aspx

Ħal Qormi — Ċentru tas-Saħħa - stairlift

Question

Jista' l-Ministru jara l-possibiltà li fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi fin-naħa ta' Triq il-Vitorja jitwaħħal stairlift minħabba l-problema ta' aċċess għall-anzjani peress li r-rampa li hemm fuq in-naħa ta' wara hija wieqfa ħafna u mhix addattata għall-wheelchair filwaqt li l-lift mhux aċċessibbli lanqas?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal-Qormi hu preżentament aċċessibli għal persuni b’diżabiità permezz ta’ lift mill-parkeġġ tal-karozzi fil-basement u li jiftaħ ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa. Beda proċess mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bil-għan li titjieb l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità li ma jistgħux jaċċessaw iċ-Ċentru tas-Saħħa min-naħa tal-parkeġġ.
Leg 11 PQ #21234 Sitting 284 2010-11-15 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Low cost airlines — sussidju finanzjarju u ħlasijiet oħra

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19651 u jgħid kemm kien l-ammont ta' sussidju finanzjarju u ħlasijiet oħra li ħallas il-Gvern Malti lill-low cost airlines, sena b'sena għal kull linja tal-ajru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nimru 8825.

Ħal Qormi — Triq Valletta - loading/unloading bay

Question

Jista' l-Ministru jiċċekja jistax issir loading/unloading bay fi Triq Valletta Ħal Qormi (fejn Triq il-Bajjada) speċjalment quddiem l-istabbiliment tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament, u wkoll minħabba stabbilimenti oħra ta' ħatt u tgħabbija li hemm f'din il-parti tat-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li talbiet bħal dawn għandhom isiru lill-kunsill lokali rispettiv li mbagħad ikun jista' jikkunsidra jagħmilx talba lil Transport Malta.

Awtorità tad-Djar — proġett tal-bini tal-appartamenti ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm l-Awtorità tad-Djar għandha proġetti ta' bini ta' appartamenti ġodda li jinsabu għaddejjin bħalissa jew qegħdin fil-pjanijiet tagħha u f'liema lokalitajiet dawn jinsabu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bħala bini ta’ blokki ġodda li jinsabu fil-fażi ta’ kostruzzjoni jew finishing kif ukoll dawk li huma fil-pjanijiet biex jinbdew fil-futur qrib, huwa kif ġej: Proġetti ta’ Kostruzzjoni Proġetti ta’ Finishing Paola 9 Valletta 8 Żurrieq 2 Furjana 37 Qrendi 2 Mellieħa 9 San Gwann 5 Mġarr 24 Marsascala 26 Żejtun 3 Attard 6 Żebbuġ 3

Dħul mill-iskemi tal-amnestija tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul stmat mill-gvern mill-iskemi ta' amnestija tat-taxxa li kienu maħruġa mid-Dipartiment tat-Taxxi matul is-sena li għaddiet u kemm kien l-ammont li rnexxilu jiġbor id-Dipartiment minn dawn l-iskemi?

Response (FENECH, TONIO)

Nippreċiża għal darba oħra li l-Iskema ta’ Tnaqqis fil-Multi u l-Interessi ma kinitx amnestija, minħabba l-fatt li mhux qed tinħafer l-ebda taxxa imma qed ikun hemm biss tnaqqis fil-penali għal min iħallas it-taxxa kollha. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa impossibbli li wieħed jagħmel stima ta’ kemm jista’ jdaħħal minn skema simili minħabba li r-riżultat tagħha jiddependi primarjament mid-deċiżjoni tal-individwi u l-kumpaniji interessati. Id-dħul permezz tal-ewwel fażi tal-iskema kien €42,771,853. It-tieni fażi tal-Iskema tagħlaq fit-30 ta’ Novembru li ġej.

Awtorità tad-Djar — akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar għall-akkomodazzjoni alternattiva? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ilhom aktar minn ħames snin jistennew?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sa’ l-aħħar ta’ Settembru, 2010, l-Awtorità tad-Djar għandha 2, 223 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva, li minnhom 719 ilhom aktar minn ħames snin.
Leg 11 PQ #20413 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — impjegati ġodda fid-direttorat/Units

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu nies mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Marzu tal-2008? Jista' jagħti dettalji ta' kemm nies daħlu f'kull direttorat/Unit eżempju: 1) Direttorat tal-Corporate Services: a) Human Resources, b) Support Services, ċ) Accounts Section, d) ICT, e) Mapping, f) Mail Room, g) Front Desk, h) eċċ.? 2) Direttorat tal-Protezzjoni tal-Ambjent: a) Unit A, b) Unit B, ċ) Unit C, d) Unit D, e) Unit E, f) EUMA, g) eċċ.? 3) Direttorat tal-Ippjanar: a) Development Services, b) Enforcement Unit, ċ) Forward Planning Division, d) eċċ.? 4) Chairman Block: a) DCC Secretariat, b) Chairman's Office, ċ) eċċ. Kif ukoll, id-data li ġie impjegati fiha kull impjegat, f'liema grad daħal/daħlet jaħdem/taħdem u jekk daħlux b'xi skema offruta mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #20426 Sitting 267 2010-10-26 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bordijiet tad-DCC u tal-MEPA — salarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li ntgħażlu biex iservu fuq il-Bordijiet tad-DCC u l-Bord tal-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar hekk kif imħabbar fir-riforma? Jista' jgħid x'salarju dawn se jkollhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-ħatriet għadhom fil-proċess li jiġu konklużi.
Leg 11 PQ #20354 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

kawżi ta' separazzjoni taż-żwieġ pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi ta' separazzjoni taż-żwieġ pendenti fil-Qorti? Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn ilhom aktar minn tliet snin biex jinqatgħu?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 20271. Ninsab infurmat illi hemm 297 kawżi ta' separazzjoni taż-żwieġ li ilhom pendenti għal aktar minn 3 snin.
Leg 11 PQ #20355 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Bord ta' l-Appell tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-Bord ta’ l-Appell għandu pendenti quddiemu 1462 appell pendenti.
Leg 11 PQ #20356 Sitting 266 2010-10-25 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ammont pendenti ta' applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont pendenti ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.