Legislature:
Category:
Reset
Active:

Furjana — appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid min huma l-persuni li se jkunu fuq il-panel tal-allokazzjoni għall-appartamenti li se jitqassmu fil-Furjana?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha Bord ta’ l-Allokazzjonijiet. Il-membri preżenti huma :- Dott. Albert Buttigieg, Ms Lorna Pavia, Ms Audrey Cull u Ms .Michelle Mallia.

Tqassim ta' appartamenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-policy ta' prijorità fit-tqassim ta' appartamenti tal-kiri u kif din titħaddem?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-allokazzjonjiet ta’ postijiet bil-kera issiru skont il-mertu u skont l-esiġenza tal-każ però tingħata prijorità lill-applikanti fosthom li jinsabu homeless u f’istituzjonijiet, applikanti disabbli, applikanti li tilfu d-dar tagħhom minħabba diversi raġunijiet fosthom finanzjarji u applikanti li jinsabu jgħixu f’ overcrowding enviornment ma’ ħaddieħor.

Waiting list għall-akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tippreżenta lista ta' referenza tal-ewwel 100 applikant li għandhom l-ogħla punti fil-waiting list ġenerali tal-akkomodazzjoni alternattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Furjana — waiting list għall-akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tippreżenta lista tan-numru ta' referenza tal-ewwel 100 appliant mill-waiting list ġenerali tal-akkomodazzjoni alternattiva li tefgħu rikjesta għal-lokalità tal-Furjana?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #24202 Sitting 322 2011-03-07 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet parastatali — diretturi

Question

B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23957, jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid liema kienu d-diretturi ta' dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet parastatali jew awtoritajiet li ġew maħtura b'dan il-mod? Jista' l-Prim Ministru jispjega x'jifhem bit-terminu 'kariga ta' fiducja' u jekk dan ifissirx li l-pożizzjoni tiġi awtomatikament terminata meta jispicca l-Bord u c-Chairman ta' l-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #23910 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaġar Qim — ħsara fuq it-tinda

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hija stmata l-ħsara li saret fuq it-tinda ta' Ħaġar Qim waqt il-maltempata ricenti? Jista' jgħid jekk waqt l-istallazzjoni tagħha intalbitx xi assigurazzjoni minħabba l-kundizzjonijiet tal-maltemp li jistgħu jaffettwawha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Huwa kmieni wisq sabiex wieħed jistma l-ħsara li saret fit-tinda ta’ Ħaġar Qim. Ħsarat bħal dawn huma koperti mill-garanziji inklużi fil-kuntratt li ġie ffirmat qabel ma bdew ix-xogħolijiet.
Leg 11 PQ #23957 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Direttur tal-Ambjent - sejħa pubblika għall-pożizzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti raġuni għalfejn ma ħarġitx sejħa pubblika għall-pożizzjoni ta' Direttur tal-Ambjent fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kif ġara fil-passat f'kull pożizzjoni ta' Direttur fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? X'kienu l-kriterji tal-għażla u min kienu dawk il-persuni nkarigati mill-għażla?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li il-pożizzjoni ta' Direttur fi ħdan il-MEPA hija kariga ta' fiduċja u għalhekk ic-Chairman flimkien mal-Bord jista' jiddeċiedi li jimpjega Direttur kemm b'avviż pubbliku kif ukoll billi jara jsibx persuna li hija ta' fiduċja u li għandha l-kapaċitajiet li twettaq dawk id-dmirijiet li fl-opinjoni tal-Bord jwasslu lid-Direttorat biex jissodisfa l-għanijiet u r-riżultati meħtieġa. Fil-każ tad-Direttur għall-Protezzjoni tal-Ambjent, minħabba l-bżonn li din il-kariga kellha timtela mingħajr dewmien u wara li nstabet il-persuna li fl-opinjoni ta' -Chairman u kif ikkonfermata mill-bord tal-awtorità, li għandha l-kwalifiċi neċessarji, l-esperjenza u l-Bord huwa konvint li hija l-għażla tajba, ġiet approvata Dr. Petra Bianchi bħala Direttur għall-protezzjoni tal-Ambjent.
Leg 11 PQ #23958 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA -Direttur tal-Ambjent

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job description tad-Direttur tal-Ambjent bħalissa responsabbli fi ħdan l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm tibdil fil-job description tad-Direttur l-ġdid tal-Ambjent?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-job description tad-Direttur tal-Ambjent attwali fi ħdan il-MEPA. Dan il-job description mhux mistenni li jinbidel. Ta' min isemmi li barra mid-deliverables mistennija mil-job description, id-Direttur jinagħta miri u oġġettivi li bihom id-Direttur stess irid/trid isawwar business plan għal ħidma tad-Direttorat ikkonċernat. Dawn il-miri/oġġettivi jistgħu jinbidlu skond iċ-ċirkustanzi tal-mument.
Leg 11 PQ #24051 Sitting 319 2011-02-28 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Mapping Unit

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jaħdmu fil-Mapping Unit se jkunu trasferiti mal-Malta Information Technology Authority (MITA) bix-xogħol tagħhom ukoll? Jista' jgħid min ħa din id-deċiżjoni u jekk hux konxju tal-fatt li l-Liġi tal-Ippjanar tirrikonoxxi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħala l-Mapping Agency tal-pajjiż?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-funzjoni tal-Large Scale Topographic Mapping Unit se tiġi trasferita għall-MITA wara deċiżjoni tal-Kabinett. L-għan prinċipali hu li din il-funzjoni li trid taqdi lill-Ministeri kollha bis-servizz tal-base map tista’ tiġi kkordinata aħjar taħt ir-responsabbiltà tal-Malta Information Technology Authority (MITA). Għal dan l-iskop numru speċifiku ta' ħaddiema li jaħdmu mal-Large Scale Topographic Mapping Unit se jkunu trasferiti wara taħditiet mal-unions konċernati. Għalkemm il-liġi tal-Ippjanar tirrikonoxxi lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bħala l-Mapping Agency tal-pajjiż, hemm il-ħsieb li tiġi emendata l-liġi.
Leg 11 PQ #23706 Sitting 316 2011-02-21 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

proċess tax-xiri ta' Hexagon House

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kif sar il-proċess tax-xiri ta' Hexagon House fil-Marsa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika, x'offerti intefgħu u min għamel l-għażla tal-post?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

persentaġġ tal-pensjoni mitluba lir-Residenza f'San Vinċenz de Paule

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hu l-persentaġġ tal-ammont finanzjarju meħud lill-koppja anzjana mill-pensjoni tagħhom meta wieħed minnhom jispiċċa rikoverat fir-Residenza San Vinċenz De Paule b'mod permanenti? Tista' tgħid għaliex qed jittieħed ukoll parti mill-imgħaxijiet ta' flus li jista' jkollhom il-bank?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi persuni li kull resident ta’ servizz residenzjali finanzjat mill-Istat għall-kura u l-benesseri ta’ l-anzjani għandu jikkontribwixxi lill-Gvern talli jżommu u jmantnih. Il-kontribuzzjoni ta’ resident ikun jiddependi mill-livell ta’ trattament. Hemm żewġ livelli ta’ trattament. Waħda fejn jiġi provdut servizz residenzjali bi trattament biss bażiku u minimu u ieħor fejn is-servizz residenzjali provdut ikun jinkludi dak il-livell ta’ trattament li jkun jmur lil hinn minn trattament bażiku u minimu. Għalhekk kull resident li jipperċepixxi pensjoni mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali rikoverati fir-Residenza San Vinċenz De Paule jikkontribwixxu 60% mill-pensjoni u mill-bonusijiet li jirċievu mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nett mit-taxxa fuq l- income u 60% minn kull qliegħ ieħor fejn qed jingħataw trattament tal-ewwel livell. Kull resident li qed jirċevi trattament tat-tieni livell jikkontribwixxi 80% minn kull pensjoni u bonus li jirċevi mid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali nett mit-taxxa fuq l- income u 60% minn kull qliegħ ieħor li jkun irċeva matul is-sena kalendarja minnufih qabel is-sena li fiha ssir l-istima ta' qliegħ ieħor nett mit-taxxa fuq l- income . Inżid li f’każ fejn hemm konjuġi li għadha/għadu jirresjedi fid-dar tagħha/tiegħu u li ma jipperċepixxix pensjoni seperatament għaliha/għalih, il-pensjoni tal-pensjonant rikoverat tinqasam billi tingħata 40% lill-pensjonant rikoverat u 60% lil konjuġi li tibqa/jibqa jgħix fid-dar residenzjali tagħha/tiegħu. Għaldaqstant f’dawn il-każijiet it-tnaqqis ta’ 80% jew 60% imsemmi aktar ‘l fuq jitnaqqas mill-40% pensjoni u minn xi income ieħor li jista’ jkun qiegħed jirċievi il-pensjonant rikoverat. Tajjeb inżid ukoll li fl-ebda każ imsemmi hawn fuq m’għandiex tkun waħda tali li tħalli lir-resident b’inqas minn €1398 (Lm600) fis-sena għad-disposizzjoni tiegħu. Il-kunċett li jittieħdu ukoll parti mill-imgħaxijiet ta’ flus li jista’ jkollhom il-bank ġie fis-seħħ sabiex kulħadd jikkontribwixxi għaż-żamma tiegħu skont l- income totali tiegħu.
Leg 11 PQ #23531 Sitting 313 2011-02-14 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ingaġġ tal-ħaddiema klerikali fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid meta se jsir l-ingaġġ tal-ħaddiema klerikali li għaddew mill-eżamijiet tas-servizz pubbliku li kienu saru matul is-sena li għaddiet u wara li tħabbru r-riżultati baqgħu ma rċevew xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari diġa’ ngħatat permezz tat-tweġibiet għall-Mistoqsija Parlamentari numri 19111, 19351, 21311, W184, 23037 u 23049.

Bejgħ ta' appartamenti għall-single parents u familji li mhumiex koppji

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li joħorġu appartamenti għall-bejgħ taħt l-iskema shared ownership intiżi għal single parents u familji li mhumiex koppji mill-Awtorità tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għadejja bil-konvenji u kuntratti tal-postijiet taħt ħarġa 75. Għalissa m’hemmx data fissa ta’ meta l-Awtorità tad-Djar ser tagħmel il-ħarġa għall-bejgħ ta’ postijiet oħra mibnija mill-awtorità. Dawn l-applikazzjonijiet joħorġu għall-klassifikazzjonijiet diversi ta’ klijenti.
Leg 11 PQ #20356 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — ammont pendenti ta' applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont pendenti ta' applikazzjonijiet li hemm quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont is-sistema ta’ l-informatika tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-Awtorità għandha quddiema erbat elef ħames mija u disgħa u tmenin (4589) applikazzjoni għall-ewwel deċiżjoni u tmin mija u tnejn u sittin (862) applikazzjoni għal “reconsideration”.
Leg 11 PQ #20413 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — impjegati ġodda fid-direttorat/Units

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu nies mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn Marzu tal-2008? Jista' jagħti dettalji ta' kemm nies daħlu f'kull Direttorat/Unit eżempju: 1) Direttorat tal-Corporate Services: a) Human Resources, b) Support Services, ċ) Accounts Section, d) ICT, e) Mapping, f) Mail Room, g) Front Desk, h) eċċ.? 2) Direttorat tal-Protezzjoni tal-Ambjent: a) Unit A, b) Unit B, ċ) Unit C, d) Unit D, e) Unit E, f) EUMA, g) eċċ.? 3) Direttorat tal-Ippjanar: a) Development Services, b) Enforcement Unit, ċ) Forward Planning Division, d) eċċ.? 4) Chairman Block: a) DCC Secretariat, b) Chairman's Office, ċ) eċċ. Kif ukoll, id-data li ġie impjegati fiha kull impjegat, f'liema grad daħal/daħlet jaħdem/taħdem u jekk daħlux b'xi skema offruta mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabelli bid-dettalji mitluba. Nixtieq ukoll ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 15 il- Secretarial Assistants li kienu bis- service agreement u li mlew il-postijiet vakanti meta spiċċaw. Tajjeb ngħid ukoll li fl-istess perjodu spiċċaw minn mal-MEPA 49 ħaddiem.
Leg 11 PQ #22055 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DCC u Bord tal-Appell — każi deċiżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid xi transizzjoni se jkun hemm mill-bordijiet tad-Development Control Commissions u l-Bordijiet tal-Appell meta jidħlu fis-seħħ l-Environmental and Planning Commissions u t-Tribunal tal-Appelli? Jista' jgħid liema huma l-każi li se jkunu deċiżi mill-bordijiet l-antiki u dawk ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjonijet għall-kontroll ta' l-iżvilupp, id-DCCs, temmew l-ħatra tagħhom nhar il-Ħamis 9 ta' Diċembru 2010. Il-Kummissjonijiet għall-Ambjent u l-Ippjanar, l-EPCs, bdew s-seduti nhar it-Tlieta 14 ta' Diċembru 2010. Sa l-aħħar ta' Diċembru, l-EPCs segwew l-prassi tas-seduti tad-DCCs bid-differenza li kienu marbuta li jikkonċedu mhux aktar minn differiment wieħed. Mill-ewwel ta' Jannar 2011, se tidħol fis-seħħ il-liġi l-ġdida u l-applikazzjonijijet li jidhru quddiem l-EPCs se jaqgħu taħt ir-reġiment il-ġdid. Applikazzjonijiet ta' qabel l-2011 li jaslu għal deċiżjoni, se jitmexxew ukoll fuq it-timeframes tal-liġi l-ġdida minn meta jintbagħat id-DPAR sad-deċiżjoni. Rigward it-tribunal ta' l-appelli dwar ippjanar u ambjent, dan se jibda jisma każi li jidħlu wara l-ewwel ta' Jannar 2011. Il-każi l-oħra jibqgħu jinstemgħu quddiem it-tribunali kif preżentement appuntati. L-intenzjoni hija illi l-appelli kollha li preżentement huma diferiti għal deċiżjoni ser jingħataw sa l-aħħar ta' Ġunju 2011. (dan sakemm il-Bordijiet ikunu legalment komposti).
Leg 11 PQ #22968 Sitting 305 2011-01-25 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

DCC u Bord tal-Appell — każi deċiżi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22055 u jgħid xi transizzjoni se jkun hemm mill-bordijiet tad-Development Control Commissions u l-Bordijiet tal-Appell meta jidħlu fis-seħħ l-Environmental and Planning Commissions u t-Tribunal tal-Appelli? Jista' jgħid liema huma l-każi li se jkunu deċiżi mill-bordijiet l-antiki u dawk ġodda?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nireferi lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 22055.

emendi fil-pjanti tal-proġett tal-bini tal-Parlament

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ġew emendati l-pjanti tal-proġett tal-bini tal-Parlament fid-disinn tal-faċċata u fir-riorganizzazzjoni tal-arkivji u l-impjant fil-livell 2 tal-bini tal-Parlament kif propost? Kemm huwa stmat li jiswa x-xogħol ta' kostruzzjoni marbut ma' dawn l-emendi fid-disinn tal-faċċata tal-Parlament u l-alterazzjonijiet li saru minn kif kien stmat qabel skont il-pjanti oriġinali? Jista' jgħid kemm ġew jiswew id-disinji u l-ispejjeż professjonali marbuta ma' dawn l-emendi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-tibdil fid-disinn tal-bini tal-Parlament, li jinkludi l-faċċata, l-arkivji, l-impjanti fit-tieni livell eċċ. kollu jagħmel parti mill-proċess ta’ l-iżvilupp tad-disinn. L-emendi jinkludu wkoll titjib strutturali minħabba l-karatteristiċi sesmiċi ta’ Malta, kif ukoll sabiex tkun ippreservata aħjar l-istruttura tal-mina eżistenti. It-tibdil li sar fid-disinn ma ħoloqx żieda fil- budget globali li kien allokat għal bini tal-Parlament. Fl-aħħarnett ma kienx hemm talba għal iktar spejjeż professjonali mingħand l-konsulenti. It-tibdil li sar huwa kollu inkluz fil-proċess ta' żvilupp tad-disinn tal-proġett.
Leg 11 PQ #22615 Sitting 301 2011-01-17 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar — spejjeż ta' scanning u printing ta' pjanti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar s'issa sena b'sena marbuta ma' scanning tal-pjanti u mal-printing tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bid-dettalji mitluba.

Awtorità tad-Djar — units għall-bejgħ

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess tal-avviż li nħareġ mill-Awtorità tad-Djar dwar units għall-bejgħ matul is-sena li għaddiet? Kemm applikanti tefgħu l-applikazzjoni tagħhom? Kemm minn dawn irrifjutaw l-allokazzjoni u kemm għad fadal applikazzjonijiet pendenti ta' dawk li għadhom interessati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellantl l-Avviż 75 li nħareġ mill-Awtorità tad-Djar wasal fil-proċess finali, tant li s-sittin applikant li aċċettaw il-post allokat lilhom ġew riferuti sabiex jiffirmaw il-konvenju, kif ukoll beda l-ipproċessar tar-Riċerki fuqhom. Għad baqa 15-il applikanti li jridu jikkonfermaw jekk humiex interessati fil-post allokat lilhom. Taħt dan l-avviż ġew sottomessi 283 applikazzjoni. 96 applikant irrifjutaw l-allokazzjoni mogħtija lilhom. Preżentament fadal 61 applikazzjoni pendenti ta’ applikanti li għadhom nteressati li jieħdu post imma dawn ma ġewx allokati post għalissa peress li l-unika l-għażla tagħhom ġiet meħuda minn applikanti oħra li kellhom aktar punti minnhom.