Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #25029 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Hexagon House — nefqa fuq l-immodernizzar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar s'issa minn meta xtrat Hexagon House biex għamlet immodernizzar u xogħlijiet oħra relatati mal-problema ta' ventilazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’ xi seduta oħra.

każ dwar benefiċċju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24316, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal dan il-każ minħabba li l-familja sal-lum għadha ma ġietx ikkuntattjata?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Call Centre ta’ l-ARMS prova kemm il-darba jagħmel kuntatt mal-konsumatriċi fuq il-linja fissa, li d-dettalji tagħha ġew ipprovduti lilna, iżda mingħajr ebda suċċess. Ġie mgħoti ukoll lilna, n-numru ċellulari tagħha u kemm il-darba ppruvajna ngħamlu kuntatt fuq dak in-numru, pero jew ma kienx hemm risposta jew inkella l-mowbajl kien mitfi. Madanakollu, wara numru ta’ tentattivi, sar kuntatt. Jirriżulta li l-klijenta ma kellha l-ebda problema jew kwistjoni ma l-ARMS, iżda riedet informazzjoni rigward iċ-ċekk ta’ l-enerġija li għada ma rċevietx. Saret verifikazzjonijiet dak il-ħin stess u jirriżulta li ċ-ċekk inħareġ iżda l-klijenta irrispondiet li ma irċevitux. Wara li saret verifikazzjoni mad-Dipartiment tat-Teżor, irriżulta li dan iċ-ċekk issarraf.
Leg 11 PQ #25033 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet parastatali — diretturi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24202 u ċioe: b'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 23957, jista' l-Prim Ministru ġentilment jgħid liema kienu d-diretturi ta' dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet parastatali jew awtoritajiet li ġew maħtura b'dan il-mod? Jista' l-Prim Ministru jispjega x'jifhem bit-terminu 'kariga ta' fiducja' u jekk dan ifissirx li l-pożizzjoni tiġi awtomatikament terminata meta jispicca l-Bord u c-Chairman ta' l-Awtorità?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’ xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #25113 Sitting 337 2011-04-11 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet li ġew validati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet ġew validati s'issa fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bejn 1 ta' Jannar 2011 u l-31 ta' Marzu 2011? X'kien it-total tal-kontribuzzjoni (planning fees u environmental fees) fuq dawn l-applikazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba ser tinghata f’ xi seduta oħra.

Enemalta — applikazzjonijiet għal meters tas-solar panels

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti fil-Korporazzjoni Enemalta għat-twaħħil tal-meters tas-solar panels? Jista' jgħid meta dawn se jitwaħħlu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi hemm 479 applikazzjoni mhux proċessati. Hemm ukoll 166 applikazzjoni proċessati fis-SAP u mhux maħduma. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi peress li l-Gvern, l-Enemalta u l-Gerenal Workers Union qablu li jinħatar medjatur biex jipprova jgħin sabiex tissolva l-kwistjoni li teżisti bejn il-Korporazzjoni u l-GWU, konsegenza ta’ dan il-qbil, azzjonijiet miż-żewġ naħat tneħħew u b’hekk applikazzjonijiet pendenti jistgħu jibdew jiġu proċessati, inklużi dawk riferuti mill-Onor. Interpellant.

twaħħil ta' solar panel meters — ħlas ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma x'se jiġri mill-ħlas ta' €46 li qed jintalbu l-applikanti għat-twaħħil ta' solar panel meters peress li fil-Parlament waqt mistoqsija supplementari l-Ministru indika li dan il-ħlas ma kellux jittieħed lill-konsumaturi peress li dawn il-meters kienu se jinbidlu xorta bil-proċess tal-ismart meters?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskors tiegħi fis-seduta Parlamentari tat- 8 ta’Novembru 2010 waqt id-dibattitu dwar il-Private Members Motion 172. Meta tkellimt dwar it-tneħħija taċ-charges relatati mat-twaħħil tal-feed-in-tariff meters, kont qed nirreferi għall-installation fee ta’ €300 għal single phase meter u €900 għal 3-phase meter. Il-€46.59 charge riferuta mill-Onor. Interpellant hija Administration Fee li tkopri x-xogħol involut fl-ipproċessar tal-applikazzjoni.

MRA — skema ta' panelli fotovoltaiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi hux beħsieba terġa' toħroġ l-iskema tal-panelli fotovoltaiċi matul din is-sena? Jekk iva, jista' jgħid f'liema żmien se toħroġ din l-iskema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi mistennija toħroġ skema ġdida li tagħti għajnuna għal xiri ta’ pannelli fotovoltajċi għal użu domestiku. Din l-iskema ħa tkun iffinanzjata minn fondi tal-ERDF. Hu ppjanat li l-iskema toħroġ għal nofs din is-sena.

Home Ownership Schemes

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għad fadal djar tal-gvern li kienu nxtraw bħala parti mill-Home Ownership Schemes li għadhom fi stadju ta' konvenju? Tista' tagħti n-numru ta' dawn id-djar skont il-lokalitajiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Dipartiment tal-Artijiet — Home Ownership Schemes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' kumpens li għad fadal x'jitħallas mid-Dipartiment tal-Artijiet fuq artijiet li fihom inbnew id-djar ta' Home Ownership Schemes? Jista' jagħti l-ammonti ta' kumpens skont il-lokalità?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Artijiet mhux f’pożizzjoni li jgħid kemm huwa l-kumpens dovut fuq artijiet li ġew akkwistati mill-Gvern u li fihom inbnew djar tal-Home Ownership Scheme. Dan peress li qegħdin jiġu ppreparati stimi riveduti ta’ dawn l-artijiet skont il-provediment tal-Ordinanza dwar l-Akkwist ta’ Artijiet (Kap 88). Barra minn hekk, mall-kumpens tal-valur tal-art li jrid jitħallas lis-sidien oriġinali, jridu jiżdiedu wkoll l-interessi li jkunu jridu jiġu kkalkulati sad-data tat-trasferiment tal-art lill-gvern. Intant il-lokalitajiet li fihom għad fadal kumpens x’jitħallas fuq artijiet li fuqhom nbnew djar tal-Home Ownership Scheme huma dawn: Attard, B’kara, Kirkop, Gudja, Luqa, Marsascala, Mġarr, Mosta, Mqabba, Msida, Nadur, Naxxar, Paola, Qormi, Qrendi, Rabat, Rabat (Għawdex), San Ġwann, Siġġiewi, Swieqi, Xagħra(Għawdex), Żebbuġ u Żurrieq.
Leg 11 PQ #24929 Sitting 334 2011-04-04 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — vetting u screening ta' applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' applikazzjonijiet pendenti fi stadju ta' vetting u screening fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar taħt is-sistema l-ġdida?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #24930 Sitting 334 2011-04-04 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet validati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' applikazzjonijiet li ġew validati s'issa minn mindu bdiet is-sistema l-ġdida ta' applikazzjonijiet fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.
Leg 11 PQ #24931 Sitting 334 2011-04-04 Oral · Interim From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — applikazzjonijiet deċiżi mill-EPC

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet ġew deċiżi mill-EPC's taħt is-sistema l-ġdida tal-applikazzjonijiet fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-entita’ kkonċernata qed tiġbor l-informazzjoni mitluba mill-Onor.Interpellant u hekk kif dak l-eżerċizzju jkun finalizzat, l-informazzjoni tiġi ppreżentata.

Meter għas-solar panels

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex familji li nvestew eluf ta' liri u waħħlu solar panels biex jiġġeneraw l-elettriku mhux qed jiġi kkalkulat l-energija li qed jitfgħu fil-grid minħabba li għadu ma twaħħalhomx il-meter apposta mill-Korporazzjoni Enemata? Hemm familji li ilhom jistennew xhur sħaħ biex jitwaħħal dan il-meter? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu l-Gvern jagħti refund dovut tal-elettriku li huma qed jagħtu lill-Enemalta b'xejn f'dan il-perjodu u mhix qed tkun ikkalkolata skont it-tariffa applikabbli minħabba li għadu ma twaħħalx il-meter? Ma jaħsibx il-Ministru li dawn il-familji qed jitilfu flus għalxejn? Ma jaħsibx ukoll il-Ministru li huwa nġust li dawn il-familji qed jintalbu jħallsu €46 biex japplikaw għal bdil tal-meter meta xorta waħda dan l-apparat se jinbidel bil-process tal-ismart meters? Ma jaħsibx il-Ministru li minħabba dan ir-red tape u l-problemi tal-Enemalta qed jintilef l-iskop kollu ta' din l-iskema għal dawn il-familji?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex għall-ewwel parti tad-domanda jirreferi għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 24489. Peress li d-dewmien li jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet ġie kkawżat minħabba azzjoni industrijali, li m’hijiex taħt il-kontroll tal-Enemalta, il-possibbiltà li jingħataw refunds mhux qed jiġi kkunsidrat. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-miżata ta’ €46 hija miżata amministrattiva. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħlas ta’ €300 u €900 għall-installazzjoni ta’ 1 Phase u 3 Phase meter rispettivament huma eżentati.

akkomodazzjoni alternativa

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni tal-mara, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatment, u li qed tfittex akkomodazzjoni alternattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni, li fil-preżent għad m’għandiex applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva, ġiet mitluba, b’ittra datata 9 ta’ Frar, 2011, biex tirrikorri fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar sabiex il-każ tagħha jiġi diskuss. Sa llum il-persuna naqset milli tagħmel dan.

kontijiet tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-kont tad-dawl u ilma tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li tgħix waħidha u bil-pensjoni tal-invalidità ta' €400 fix-xahar? Din ingħatat skont ta' €500 fuq kont eċċessiv ta' €1313 li kien intbagħtilha minkejja li ma nstabx is-sors tal-problema ta' kont qawwi? Għaldaqstant minħabba dan il-każ, jista' jara li din il-mara tingħata nifs fil-ħlasijiet ta' dan il-kont peress li hija diġà qed tħallas il-kontijiet ta' wara b'mod regolari?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

każ dwar benefiċċju fuq il-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbaghatu separatament, qatt ma rċeviet il-benefiċċju tal-energija fuq il-kont tad-dawl u l-ilma tad-dar tagħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ingħatat lil-Arms Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Leg 11 PQ #24322 Sitting 327 2011-03-15 Oral · Final From: RODERICK GALDES To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA — Sick Building Syndrome fil-Hexagon House

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fil-każ ta' Hexagon House hux qiegħda tiġi investigata l-possibilità li l-ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed ibatu mis-Sick Building Syndrome li hija kundizzjoni marbuta ma' bini li għandu nuqqas ta' ventilazzjoni u espost għal diversi pollutants hekk kif deskritt mill-WHO fl-1984? Jekk din il-problema qed tiġi kkunsidrata, x'miżuri se jittieħdu biex tiġi rranġata s-sitwazzjoni f'dan il-bini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li l-MEPA qegħda preżentament tiċċekkja s-sistema tal-ventilazzjoni għall-funzjonalita' korretta permezz ta' inġiniera kompetenti f'dan il-qasam. Qed isir ukoll moniteraġġ u testijiet tal-arja minn espert kimiku biex jistabilixxi jekk hemmx xi danni għas-saħħa tal-ħaddiem. Ittieħdet ukoll deċiżjoni li s-sistema ta' ventilazzjoni tinqaleb minn waħda ta' tip 'negative displacement' għal waħda ta' 'positive displacement'.

Wires ta' dawl

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' wires tad-dawl baxx li hemm fi drive in imwaħħal ma' ċinta ta' proprjetà tan-nies fejn dawn il-wires jistgħu jkunu ta' periklu għat-tfal tagħhom minħabba li faċilment jistgħu jintlaħqu u filwaqt li l-informazzjoni u r-ritratti dwar il-post qed jintbagħtu separatament, jista' jara li dawn il-wires ikunu alterati biex jiġi evitat il-periklu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi minn investigazzjoni li saret jirriżulta li kien hemm kambjament fil-bini u l-wires imsemmija għandhom jitneħħew fi żmien qasir.

Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Tista' l-Ministru tiċċekja fiex wasal il-każ ta' familja, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li għandhom 5 t'itfal u qed jgħixu f'żewġt ikmamar? Minħabba li dan il-każ suppost li huwa ta' prijorità, tista' tgħid jekk din il-familja hix se tingħata akkomodazzjoni alternattiva fil-blokk ta' Balzunetta li se jitqassmu dalwaqt peress li din il-familja hija minn dan il-lokal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar qed tagħti l-attenzjoni meħtieġa lil dan il-każ. L-allokazzjonijiet tal-blokk ta’ Balzunetta jiġu kkunsidrati meta dan il-blokk jiġi lest minn kollox.

Furjana — appartamenti għall-kiri

Question

Tista' l-Ministru tgħid kif se jsir it-tqassim tal-34 appartament li se jingħataw għall-kiri fil-Furjana? Tista' tgħid jekk il-familja fil-Furjana li għandhom l-ogħla punti humiex se jingħataw preċedenza fit-tqassim ta' dawn l-appartamenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità tad-Djar se tqassam dawn l-appartamenti fuq bażi ta’ bżonn tal-applikanti u mhux fuq bażi ta’ fejn joqgħodu.