Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-budget proviżorju tal-Union for the Mediterranean addottat mill-uffiċċjali għolja f’29 ta’ April 2010 u l-budget finali kif ġie addottat f’Novembru ta’ 2010?
Response (BORG, TONIO)
Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-budget proviżorju tal-Union for the Mediterranean li ġie addottat nhar id-29 ta' April 2010, u immarkat DS 84/10 bi data 3 ta' Marzu 2010.
Qiegħed ukoll inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-budget finali immarkat DS 132/10 rev4 li ġie addottat waqt laqgħa li saret fit-12 ta' Novembru 2010 fi Burssell.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Sinvastatin 20 mg, Coversyl 4mg u Zocor 10mg qed ikunu ta' spiss out of stock saħansitra minn April 2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Dwar is-Simvastatin 20mg nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 27392.
Infurmat li l-mediċina Simvastatin 10mg ġiet imneħħija minn fuq il-Formularju f’April 2011 bi ftehim mal-esperti kliniċi, minħabba l-fatt li d-doża ta’ 20mg hija d-doża li fuqha jinbeda pazjent - id-doża tista’ tiżdied u mhux tonqos.
Dwar il-Perindopril (Coversyl) 4mg ninsab infurmat li kien hemm żieda sostanzjali fid-domanda għal din il-mediċina mill-bidu ta’ din is-sena. Filwaqt li matul l-2010 ħarġu 9,177,480 pillola mill-istores ċentrali tal-Gvern lill-spiżeriji tal-isptarijiet, ċentri tas-saħħa u spiżeriji li jipparteċipaw fl-iskema l-Ispizerija tal-Għażla Tiegħek, matul l-ewwel nofs ta’ din is-sena diġa’ ħarġu 8,229,450 pillola. Jekk din id-domanda tibqa’ tiżdied bl-istess ritmu, sal-aħħar tas-sena se jkun hemm żieda ta’ ‘l fuq minn 65% fuq il-ħruġ ta’ din il-mediċina fuq is-sena 2010. L-aktar żieda sostanzjali fid-domanda kienet għall-iskema tal-Ispiżjerija tal-Għażla Tiegħek. Kien hemm xi żmien meta din il-mediċina kienet out of stock, iżda bħalissa il-Gvern għandu stokk adegwat ta’ din il-mediċina.
Qormi — Triq l-Imdina - siġar żgħar fis-central strip
Question
Jista' l-Ministru jara li s-siġar żgħar li hemm fis-central strip ta' Triq l-Imdina (fejn il-Klabb tal-Boċċi San Bastjan) jinżabru minħabba l-problema ta' nies li jaqsmu fl-inħawi bil-periklu li minħabba fihom dawn ma jarawx it-traffiku li jkun għaddej fl-inħawi, peress li diġà seħħew numru ta' inċidenti f'din il-parti tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tagħmel il-ko-ordinament neċessarju biex dan ix-xogħol isir mill-aktar fis.
Ħal Qormi -Triq l-Imdina — traffic lights - ħsarat
Question
Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-ħsara fit-traffic lights li hemm fi Triq l-Imdina Ħal Qormi fl-inħawi ta' fejn hemm l-arblu tal-festa peress li f'dawn il-ġranet ma kenux qed jaħdmu sew għall-pedestrians?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-imsemmija traffic lights ġew imsewwija.
Jista' l-Ministru jgħid xi ħsieb hemm fil-proġett dwar il-problema tal-għargħar fil-parti ta' fejn il-bridge ta' Triq Correa, Ħal Qormi fejn seħħ l-imblokk tal-ilma fl-aħħar għargħar li kien hemm fl-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26800.
Pannelli fotovoltajiċi — residenti li bbenefikaw mill-iskema
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex residenti li bbenefikaw minn skema tal-pannelli fotovoltajiċi ma jistgħux iżidu aktar pannelli mas-sistema eżistenti biex jiġġeneraw aktar enerġija anke jew dawk iħallsu minn jeddhom għaliex qed jingħad lilhom mill-Awtorità ta' Malta għar-Riżorsi li ma jistgħux jagħmlu dan qabel ħames snin oħra inkella jkollhom jirrifondu l-flus li kienu ingħataw qabel, eżempju minn sistema ta' sitt pannelli jaqilbu għal tmienja?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25135.
Wieħed irid jinnota li kull min ibbenefika mill-iskema, kien obbligat li jinstalla invertor adattat għan-numru ta’ panelli nstallati. Għaldaqstant mhux possibbli li jitwaħħlu panelli Addizzjonali mal-istess inverter
Mandankollu, m’hemm xejn xi jżomm persuna milli twaħħal panelli addizzjonali ma’ inverter ieħor.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kif sar il-proċess tax-xiri ta' Hexagon House fil-Marsa mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jista' jgħid jekk kienx hemm sejħa pubblika, x'offerti ntefgħu u min għamel l-għażla tal-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Hexagon House inxtrat b'Direct Order bl-awtorizzazjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Jien infurmat li l-management ta' dak iż-żmien kien żar binjiet oħra li ma kienux bogħod minn l-uffiċji prinċipali tal-MEPA fil-Furjana, imma l-għażla finalment waqgħet fuq Hexagon House.
MEPA — vetting u screening ta' applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' applikazzjonijiet pendenti fi stadju ta' vetting u screening fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar taħt is-sistema l-ġdida?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorita' sat-tielet ġimgħa ta’ Mejju kellha quddiemha mitejn u għaxar applikazzjoni (210) għal Vetting u mija u ħames applikazzjoni (105) għal Screening.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' applikazzjonijiet li ġew validati s'issa minn mindu bdiet is-sistema l-ġdida ta' applikazzjonijiet fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, l-istess Awtorita' ivvalidat erbgħa mija u erbgħa applikazzjonijiet minn mindu bdiet is-sistema l-ġdida ta' applikazzjonijiet sal-aħħar ta’ Mejju 2011. (Applikazzjonijiet tas-sena elfejn u ħdax (2011).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet ġew validati s'issa fl-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar bejn 1 ta' Jannar 2011 u l-31 ta' Marzu 2011? X'kien it-total tal-kontribuzzjoni (planning fees u environmental fees) fuq dawn l-applikazzjonijiet?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, mill-ewwel ta' Jannar 2011 sal-wiehed u tletin ta' Marzu 2011, l-istess Awtorita' ivvalidat hames mija u tlieta u tmenin (583) applikazzjoni. It-total tal-kontribuzzjoni fuq dawn l-applikazzjonijiet kien:
• Development Permit Fee €1,227,636
• Environment Fee €81,712
• Street contributions €307,558
• Sewer contributions €586,941
Marsa park & ride — prekawzjonijiet għall-ilma tax-xita
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi prekawzjonijiet ittieħdu fin-naħat tal-park & ride li qed issir fil-Marsa minħabba li din iż-żona kienet tilqa' l-ilma tax-xita li jiżbroffa mill-widien li hemm fl-inħawi, biex l-ilma tax-xita qawwija ma jikkawżax ħsarat fl-akkwati, speċjalment lir-residenti li jgħixu fil-viċin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-ilma li kien jgħaddi miż-żona meta jfuru l-widien li hemm fl-inħawi, ser ikun jista’ jibqa’ jgħaddi mit-toroq ta’ madwar il-Park and Ride. Barra minn hekk hemm proġetti oħra għaddejjin minn dipartimenti oħra biex iwessgħu l-wied u jnaqqsu l-possibiltà li l-wied ifur.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir pedestrian crossing fi Triq San Tumas f'Ħal Luqa filwaqt li jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta x-xogħol fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm pjan sabiex isir pedestrian crossing fi Triq San Tumas, f'Ħal Luqa. Dan qed jiġi analizzat u hekk kif jiġu konklużi l-pjanti, jinbeda l-proċess għall-implimentazzjoni.
Tista' l-Ministru tgħid fiex waslet it-talba tal-Iscouts ta' San Gwann dwar premises li huma jixtiequ li jkollhom f'din il-lokalità fuq proprjetà tal-gvern u li qiegħda fil-proċess tal-Kunsill Malti għall-Isports?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kunsill Malti għall-iSport għamel talba f’isem l-iscouts ta’ San Ġwann biex proprjetà f’San Ġwann fi Triq il-Ġibjun tgħaddi f’idejhom. Din it-talba ma kenitx milqugħa minħabba li l-proprjetà qed tintuża mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Riċentament l-istess
scouts
identifikaw sit ieħor u l-KMS beda l-proċess amministrattiv mad-Dipartiment tal-Artijiet biex jekk hu possibbli din il-propjeta’ tintuża minn dan il-grupp. Sa issa għad m’hemmx tweġiba minn dan id-Dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir pedestrian crossing fi Triq Ħal Luqa f'Ħal Qormi biswit it-triq li tinfed għal ġo Wied il-Kbir f'Ħal Qormi? Jista' l-Minsitru jgħid meta se titlesta din il-pedestrian crossing?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hemm ippjanat li ssir pedestrian crossing fit-triq imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir pedestrian crossing fi Triq San Tumas f'Ħal Luqa filwaqt li jgħid meta hemm il-ħsieb li jitlesta x-xogħol fuqha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jara li jinżebgħu s-sinjali tat-traffiku u l-parkeġġ mill-ġdid, quddiem ħanut fi Triq is-Sebħ Ħal Qormi, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-parti li tagħti għall-bridge ta' Triq il-Mitħna?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li se ssir spezzjoni fuq il-post biex jiġi vverifikat jekk hemmx il-ħtieġa li l-linji tat-triq jerġgħu jinżebgħu.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu impjegati klerikali mill-waiting list ta' dawk il-persuni li għamlu l-eżami matul is-sena li għaddiet? Kemm kien l-ammont ta' impjegati li daħlu u kemm huwa l-ammont ta' impjiegi li l-gvern beħsiebu joffri aktar minn din il-lista?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li mill-waiting list ta’ dawk li għaddew mill-eżami tal-clerks s'issa daħlu 35.
L-ingaġġ isir skont il-ħtiġijiet tas-Servizz Publiku u l-prioritajiet tal-amministrazzjoni minn żmien għal żmien.
Ta' Farzina Housing Estate — iffirmar tal-kuntratti
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess tal-iffirmar tal-kuntratti fuq plots tal-gvern li jinsabu f'Ta' Farzina Housing Estate u li sal-lum is-sidien li ħadu dawn il-plots bħala parti mill-iskema HOS għadhom fi stadju ta' konvenju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar diġa infurmat ir-residenti tal-plots 7 – 11 & 22 – 24 fil-Housing Estate Ta’ Farzina, Ħal Qormi sabiex jagħmlu l-preparamenti neċessarji u jersqu għall-kuntratt.
Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni tal-individwu b'diżabilità, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li qed jistenna għal dan l-apparat mediku minħabba d-diżabilità tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant qegħda tistenna caliper, par żarbun kif ikoll appuntament mal-orthotist biex jingħata corset.
Dan il-klijent għadda l-
calipers
lid-Dipartiment tal-
Orthotics
u
Prosthesis
fit-12 ta’ Frar 2011 biex issirilhom il-manutenzjoni meħtieġa. Bħalissa dan il-klijent qiegħed juza
calipers
oħra. Dawn il-
calipers
intbagħtu l-Ingilterra fit-22 ta’ Frar 2011 u waslu lura għand id-Dipartiment nhar it-Tnejn 13 ta’ Ġunju 2011. Il-klijent ġie ikkunttatjat biex jiġbor dawn il-
calipers
.
Iż-żarbun wasal għand id-Dipartiment fis-16 ta’ Mejju 2011 biex isirlu
refurbishment
. Dan intbagħat l-Ingilterra l-għada 17 ta’ Mejju 2011. Malli jiġi lura l-klijent jiġi kuntattjat biex ikun jista’ jiġborhom.
Ir-riferta ta-tabib għal
corset
waslet fid-dipartiment fl-10 ta’ Mejju 2011 u l-appuntament biex jaraħ l-
Orhotist
hu ippjanat għat-tieni ġimgħa ta’ Lulju meta l-
Orthotist
jiġi Malta.