Legislature:
Category:
Reset
Active:

Individwu - Rikonoxximent ta’ ċens

Question

Jista’ l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni għar-rikonoxximent taċ-ċens li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, wara li l-applikant issottometta d-dokumenti kollha meħtieġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni qed tiġi vvetjata u l-applikant jiġi mgħarraf mill-Awtorità tal-Artijiet bl-iżviluppi meta jsir il-proċess meħtieġ.

Ħal Qormi – Triq George Mifsud Chircop - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq George Mifsud Chircop, Ħal Qormi, hux se tiġi rranġata peress li tinsab fi stat ħażin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għaddejja b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.

Għajnuna għall-apparat tal-isleep apnea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jiġi kkunsidrat li meta persuni li jgħixu bil-benefiċċji soċjali u jkollhom bżonn apparat tal-isleep apnea li jinkera mid-Dipartiment tas-Saħħa, jingħataw l-għajnuna biex id-depożitu jkun aktar affordabbli jew jitħallas bin-nifs?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-PQ 26428.

Skema għall-Ewwel Xerrej

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm żgħażagħ li xtraw l-ewwel proprjetà tagħhom u bbenefikaw mill-Iskema għall-Ewwel Xerrej fis-sena 2025 u kemm kienet in-nefqa totali li jinkludu s-snin preċedenti?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema ta’ Equity Sharing – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni daħlet għall-Iskema ta’ Equity Sharing fis-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm żgħażagħ fuq it-30 sena li bbenefikaw minn din l-iskema u kemm kienet in-nefqa totali għas-sena 2025?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema ta’ Depożitu ta’ 10% - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm daħlu applikazzjonijiet ġodda bl-Iskema ta’ Depożitu ta’ 10% u kemm ibbenefikaw żgħażagħ biex ikunu jistgħu jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema HBS – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet ġodda li daħlu taħt l-iskema tal-Benefiċċju tal-Kera f'Residenzi Privati (HBS) matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont investit?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema SSP - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet taħt l-iskema SSP u kemm ibbenefikaw familji minn din l-iskema? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont ta’ flus investit fl-2025?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Skema DIS - Djar privati - Stairlifts

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ applikazzjonijiet li daħlu għal stairlifts fi djar privati taħt l-iskema DIS matul l-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm kien l-ammont investit?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ċimiterju tal-Addolorata - Kuntratt għal xiri ta’ qabar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-anzjani li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li snin ilu ħallsu depożitu għax-xiri ta’ qabar fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, sal-lum għadhom ma bagħtux għalihom biex jagħmlu l-kuntratt fil-parti l-ġdida ta’ dan iċ-Ċimiterju?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-applikanti li isimhom jidher separatament sejrin jingħataw l-opportunità li jiġu kkummissjonati qabar fil-ħin opportune, dejjem skond l-ordni rispettiva tal-applikazzjonijiet.

Ħal Qormi – Rapport lill-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tar-rapport li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, imressaq  mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ukoll, u uliedu, quddiem l-għassa tal-pulizija ta’ Ħal Qormi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-investigazzjonijiet tal-pulizija huma għal kollox indipendenti mill-politiku, minkejja dan infakkar ukoll li ftit tas-snin ilu waqqafna Victim Support Agency li tiffaċilità u tgħin biex persuni li jkunu għamlu rapport jew sofrew xi reat isegwu l-każ u jirċievu l-informazzjoni. Il-vittmi jistgħu jitolbu informazzjoni u assistenza. Se nkun qed nara li jsir kuntatt ukoll.

Ħal Qormi – Triq De La Cruz – Ħsarat ikkawżati minn siġra li waqgħet

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward ħsarat fi proprjetà ta’ terzi fit-13 ta’ Frar 2026 ikkawżata minn siġra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Vetturi elettriċi liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew introdotti vetturi li jaħdmu bl-elettriku fl-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-persentaġġ ta’ ammont ta’ vetturi liċenzjati fit-triq?

Response (BONETT, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 898, 895, 25659, 29844, ninfurmah li l-informazzjoni l-oħra qed tinġabar.

Bord tal-kera – Kawżi fuq kirjiet antiki

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kawżi deċiżi mill-bord tal-kera fuq kirjiet antiki fuq il-liġi tal-pre 1995, minn meta daħlet ir-riforma sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm għad fadal kawżi pendenti għal reviżjoni tal-kera?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Taxxa fuq il-kera – Dħul tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern mit-taxxa fuq il-kera minn meta ġiet introdotta l-liġi tal-kera u l-obbligu ta’ reġistrazzjoni, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa ta’ 15% mħallsa fuq kirjiet permezz tal-formola TA24 hija kif tidher fit-tabella hawn taħt: Sena ta’ Stima Ammont Imħallas 2019 €50,515,420 2020 €59,101,285 2021 €63,121,469 2022 €74,143,943 2023 €93,313,627 2024 €110,980,763 2025 €123,242,432

L-Imsida – Triq Clarence – Parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara li n-numru ta’ vetturi mingħajr liċenzja u mingħajr number plates ipparkjati minn panel beaters eċċ., fil-parkeġġ temporanju li sar fi Triq Clarence, l-Imsida,  ma jibqgħux jokkupaw spazji ta’ parkeġġ illegalment peress li qed itellfu lir-residenti tal-madwar milli jużaw dan l-ispazju?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Tlabt li jkun hemm osservazzjoni tal-post indikat.

MEPA — policy tal-flexible approach

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm files fil-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jinsabu pendenti jew sospiżi biex jistenna l-eżitu tal-policy tal-flexible approach li tinsab għall-konsultazzjoni pubblika?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura eżistenti, li tapplika għall-applikazzjonijiet li daħlu wara l-2010, ma tippermettix li jitwaqqaf il-proċess tal- applikazzjonijiet sabiex tistenna t-tnehid tal-policy.