Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lezzjonijiet tal-PE fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi elenku ta’ kull skola f’Malta u Għawdex (Primarji, Medji u Sekondarji) u għal kull waħda jindika kemm isiru lezzjonijiet tal-PE (Physical Education) fil-ġimgħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilli Lokali – Fondi/programmi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ liema kienu dawk il-Kunsilli Lokali li bejn Jannar 2020 u Diċembru 2023 applikaw u bbenefikaw minn fondi/programmi Ewropej? Minn din l-iskeda li qed tintalab, jista’ l-Ministru jindika wkoll liema kienu dawn il-programmi u kemm kienu l-fondi allokati għal kull proġett/programm (kull Kunsill b’mod individwali)?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ghat-twegiba li nghatat ghall-mistoqsija parlamentari bin-numru 15463.

Kunsilli Lokali – Fondi/programmi Ewropej

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-konsumatur jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ liema kienu dawk il-Kunsilli Lokali li bejn Jannar 2020 u Diċembru 2023 applikaw u bbenefikaw minn fondi/programmi Ewropej? Minn din l-iskeda li qed tintalab, jista’ l-Ministru jindika wkoll liema kienu dawn il-programmi u kemm kienu l-fondi allokati għal kull proġett/programm (kull Kunsill b’mod individwali)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji dwar il-Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn fondi/programmi Ewropej fid-data mitluba minnu.

Lukanda ta’ Selmun, Forti Campbell u Palazz l-Aħmar fil-Marfa — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux pjanijiet u jekk iva x’inhuma dawn il-pjanijiet dwar x’ser isir: a. mill-Binja li qabel kienet lukanda f’Selmun; b. mill-Forti Campbell; u c. mill-Palazz l-Aħmar fil-Marfa (limiti tal-Mellieħa)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija u Naxxar – ċitazzjonijiet minn Uffiċjali tal-LESA

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ingħataw ċitazzjonijiet u f’liema toroq mill-Uffiċjali tal-LESA fil-lokalitajiet (b’mod separat) tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (Buġibba, Qawra u Xemxija) u n-Naxxar bejn l-1 ta’ Jannar 2022 u l-15 ta’ Jannar 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. infurmat li dawn jinkludu wkoll il-perjodu tal-Covid u inħarġu numru ta avviżi (“warnings”). Dawn tal-aħħar (l-avviżi) mhumiex qed jiġu inklużi peress li mhumiex kontravenzjonijiet.

Uffiċjali tal-LESA — ċitazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Uffiċjali tal-LESA fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex (b’mod separat) bejn l-1 ta’ Jannar 2022 u l-15 ta’ Jannar 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi fil-perjodu ċitat nħarġu l-kontravvenzjonijiet taħt riferuti. Ta' min isemmi li f'parti mill-perjodu msemmi kien hemm ukoll kontravvenzjonijiet marbuta mal-COVID. Inħarġu numru ta avviżi (warnings) li mhumiex inklużi hekk kif dawn mhumiex kontravenzjonijiet. Offence Locality 2022 2023 ATTARD 14,086 12,136 BALZAN 1,639 1,901 BIRGU 2,636 3,244 BIRKIRKARA 15,433 12,991 BIRŻEBBUĠA 2,974 2,102 BORMLA 321 756 DINGLI 283 375 FGURA 570 1,506 FLORIANA 6,684 5,547 FONTANA-Gozo 121 223 GĦAJNSIELEM-Gozo 697 540 GĦARB-Gozo 212 256 GĦARGĦUR 1,931 1,515 GĦASRI-Gozo 51 39 GĦAXAQ 3,834 3,385 GUDJA 6,014 6,551 GŻIRA 8,230 7,107 ĦAMRUN 9,408 6,985 IKLIN 2,271 3,001 ISLA 125 59 KALKARA 387 255 KERĊEM-Gozo 93 86 KIRKOP 1,292 638 LIJA 536 501 LUQA 3,920 3,081 MARSA 1,045 1,212 MARSASKALA 5,426 7,189 MARSAXLOKK 431 673 MDINA 1,621 1,941 MELLIEĦA 8,930 7,543 MĠARR 2,645 2,801 MOSTA 12,042 10,507 MQABBA 509 565 MSIDA 6,307 5,441 MTARFA 241 112 MUNXAR-Gozo 406 354 NADUR-Gozo 346 196 NAXXAR 23,995 23,657 PAOLA 6,496 6,250 PEMBROKE 1,707 1,494 PIETÀ 3,158 2,149 QALA-Gozo 255 263 QORMI 10,622 9,703 QRENDI 438 330 RABAT 2,258 2,660 RABAT-Gozo 5,399 4,730 SAFI 490 265 SAN ĠILJAN 25,529 21,722 SAN ĠWANN 6,668 5,215 SAN LAWRENZ-Gozo 47 27 SAN PAWL IL-BAĦAR 19,986 18,914 SANNAT-Gozo 93 85 SANTA LUĊIJA 176 102 SANTA VENERA 4,806 3,963 SIĠĠIEWI 3,250 1,970 SLIEMA 17,439 11,811 SWIEQI 7,945 5,854 TA` XBIEX 3,929 3,140 TARXIEN 1,876 2,111 VALLETTA 9,933 4,929 XAGĦRA-Gozo 363 445 XEWKIJA-Gozo 715 398 XGĦAJRA 393 672 ŻABBAR 2,103 3,926 ŻEBBUĠ 4,083 4,073 ŻEBBUĠ-Gozo 923 907 ŻEJTUN 5,677 5,597 ŻURRIEQ 2,823 2,061

MIA – Automated Border Control Gates

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-apparat (Automated Border Control Gates) fis-sala tal-wasliet fl-Ajruport Internazzjoni ta’ Malta, li ilu għal aktar minn sena installat u mixgħul, iżda qatt ma ntuża, jibda jitħaddem?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Automated Border Control (ABC) Gates li hemm kemm fis-swali tal-wasla u swali ta’ partenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, huma stallati u s’issa qed jiġu mixgħula b’mod każwali f’perjodi magħżula, minħabba li għadhom qed isiru testijiet tekniċi, sabiex tiġi assigurata l-konformità tal-apparat mas-sistema nazzjonali tal-kontroll fil-fruntieri, li wkoll qed tiġi aġġornata kontinwament, fost interventi tekniċi oħra.

Lukanda ta’ Selmun, Forti Campbell u Palazz l-Aħmar fil-Marfa — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Gvern għandux pjanijiet u jekk iva, x’inhuma dawn il-pjanijiet dwar x’ser isir: a. mill-Binja li qabel kienet lukanda f’Selmun; b. mill-Forti Campbell; u c. mill-Palazz l-Aħmar fil-Marfa (limiti tal-Mellieħa)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Rigward il-lukanda f’Selmun, ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra. Rigward il-Forti Campbell u l-Palazz l-Aħmar fil-Marfa, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa — Skola Primarja - estensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3795 u jgħid meta ser jibda u jintemm ix-xogħol fuq l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet neċessarji mall-istakeholders konċernati.

Il-Mellieħa – Isem ta’ Triq

Question

Jista’ l-Prim Ministru jara li tiġi kkunsidrata t-talba li fil-Mellieħa tissemma triq għall-mibki s-Sur Joseph Borg, li 30 sena ilu kien l-ewwel Sindku tal-Mellieħa u pijunier fil-ħidma għat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll l-ewwel Sindku f’Malta li ffirma l-ewwel ġemellaġġ bejn lokalità Maltija (Mellieħa) u oħra barranija (Adenau - Ġermanja)?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21707 tal-Leġislatura numru 13.

Il-Mellieħa – Isem ta’ Triq

Question

Jista’ l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jara li tiġi kkunsidrata t-talba li fil-Mellieħa tissemma triq għall-mibki s-Sur Joseph Borg, li 30 sena ilu kien l-ewwel Sindku tal-Mellieħa u pijunier fil-ħidma għat-twaqqif tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll l-ewwel Sindku f’Malta li ffirma l-ewwel ġemellaġġ bejn lokalità Maltija (Mellieħa) u oħra barranija (Adenau - Ġermanja)?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 14079.

Persuni li applikaw għall-ażil

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta bħalissa li applikaw għall-ażil u li m’għandhomx dokumentazzjoni (undocumented asylum seekers)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li persuni li bħalissa qed ifittxu ażil mhux dokumentati huwa ta’ 546 applikant għall-ewwel darba u 95 applikant ripetut.

Persuni li kellhom l-applikazzjoni għall-ażil miċħuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta li kellhom l-applikazzjoni għall-ażil miċħuda u li għadhom jgħixu f’Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2023 u t-28 ta' Settembru 2023 l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali (IPA) ċaħdet madwar 541 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. F'dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-istess applikant seta' applika u ġie miċħud aktar minn darba. Matul l-istess perjodu, permezz tax-xogħol kontinwu mill-Awtoritajiet konċernati ġew ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom 408 persuna li kienu waslu Malta b’mod irregolari. Ta’ min isemmi li permezz tas-sistema tax-Schengen huwa diffiċli li tinżamm statistika ta’ immigranti li kellhom l-applikazzjoni għal-protezzjoni internazzjonali miċħuda u li għadhom Malta b’mod effettiv.

Persuni li kellhom l-applikazzjoni għall-ażil miċħuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta li kellhom l-applikazzjoni għall-ażil miċħuda u ilhom f’Malta aktar minn ħames snin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar 2019 u t-28 ta' Settembru 2023 l-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali (IPA) ċaħdet madwar 2650 applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. F'dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-istess applikant seta' applika u ġie miċħud aktar minn darba. Matul l-istess perjodu, permezz tax-xogħol kontinwu mill-Awtoritajiet konċernati ġew ritornati lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom 1,549 persuna li kienu waslu Malta b’mod irregolari. Ta’ min isemmi li permezz tas-sistema tax-Schengen huwa diffiċli li tinżamm statistika ta’ immigranti li kellhom l-applikazzjoni għal-protezzjoni internazzjonali miċħuda u li għadhom Malta b’mod effettiv.

Persuni bi status ta’ refuġjat jew ta’ protezzjoni li qed jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta bi status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni u li qed jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera li toffri l-Awtorità tad-Djar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Persuni bi status ta’ refuġjat jew ta’ protezzjoni li qed jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta bi status ta’ refuġjat jew status ta’ protezzjoni u li qed jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera li toffri l-Awtorità tad-Djar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 82 refuġjat u 230 persuna li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja u li qed jibbenefikaw mis-sussidju tal-kera.

Mellieħa – żona magħrufa bħala l-Aħrax tal-Madonna – applikazzjoni (PA6403/21)

Question

B’referenza għall-applikazzjoni (PA6403/21) approvata b’mod anomalu ħafna mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq sit ta’ Natura 2000 fiż-żona magħrufa bħala l-Aħrax tal-Madonna limiti tal-Mellieħa, minkejja rakkomandazzjonijiet għal rifjut minn numru ta’ entitajiet fosthom l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jiġi kkonsidrat li dan il-permess jiġi revokat?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tal-Ippjanar ma għandha l-ebda talba quddiema biex tirrevoka l-permess PA 6403/21.

MTA — ħruġ ta' permess għal lukanda fil-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) tatx permess (PA5909/17) biex topera lukanda fid-daħla tal-Mellieħa (biswit il-Welbees Supermarket), liema lukanda fl-aħħar jiem kien hemm deċiżjoni tal-Qorti li din l-istess lukanda qatt ma kellu jinħareġ il-permess għaliha mill-Awtorita tal-Ippjanar u li l-istess permess irid jiġi revokat? Jekk ingħata l-permess mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-permess ġiex revokat?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9141.