Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu numru ta’ Learning Support Educators (LSEs) li qed jaħdmu fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa? Jista’ jgħid ukoll kemm huma l-istudenti li qed jingħataw dan is-servizz fl-istess skola u jindika wkoll jekk hemmx studenti fl-istess skola li qed jistennew dan is-servizz?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija sal-ġurnata tal-lum hemm 32 LSE li qed jaħdmu f’din l-iskola, filwaqt li hemm 47 student li qed jingħataw servizz ta’ LSE.
Mellieħa — Ġonna u parks – Ċertifikazzjonijiet dwar saħħa u sigurtà
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17404, u peress li d-dokumenti relatati maċ-ċertifikazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-parks u l-ġonna fil-Mellieħa mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra kienu biss dawk sas-sena 2020, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti oħra dwar ċertifikazzjonijiet simili li suppost saru bejn l-2020 u Marzu 2024 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li minħabba li ma ġiex konkluż l-akkwist ta’ dawn is-servizzi kif pjanat mill-Kunsill Reġjonali ma kinux disponibbli r-rapporti għas-snin imsemmija. Għall-2024, il-Kunsill qed jaħdem biex tinħareġ sejħa għall-offerti separata.
Mellieħa — Ġonna u parks – Ċertifikazzjonijiet dwar saħħa u sigurtà
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17404, u peress li fid-dokumenti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra relatati maċ-ċertifikazzjonijiet dwar is-saħħa u s-sigurtà tal-parks u l-ġonna fil-Mellieħa deher ċar li kienu rrappurtati nuqqasijiet kbar u ta’ periklu f’numru ta’ ġonna/parks, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti li juru r-rimedji li ttieħdu mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa għan-nuqqasijiet u l-perikli li kienu rrappurtati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lookali tal-Mellieħa li l-manutenzjoni u tiswija ta’ parki u ġonna ssir kontinwament mill-ħaddiema assenjati mal-Kunsill, skond il-ħtieġa, kemm mill-osservazzjonijiet li jsiru minn naħa tal-Kunsill, kif ukoll mill-feedback li jkun hemm mill-pubbliku. Mill-2020 saret manutenzjoni fuq il-bankijiet kollha fil-Park tal-Familja u fi Ġnien iż-Żerniq fil-Manikata. Attwalment, permezz tal-istess ħaddiema qed jinbidel l-injam immermer fil-play equipment li jinsab fi Ġnien Ħidmet il-Volontarjat.
Fl-istess perjodu kien hemm il-ħtieġa ta’ interventi estensivi li jinvolvu l-ħruġ ta’ sejħiet għall-offerti sabiex jinbidel l-outdoor gym equipment fil-Park tal-Familja u l-bdil tad-dwal kollha fuq l-arbli fi Ġnien iż-Żerniq. Fl-istess perjodu nbidel ir-rubber flooring tal-Playing Field ta’ Triq l-Erwieħ, filwaqt li saret ordni għal bandla ġdida għall-persuni b’di¿abilità, minflok dik li kien hemm qabel.
Qed isiru tentattivi sabiex titwettaq manutenzjoni fuq il-multi-purpose court li jinsab fil-Park tal-Familja, i¿da minkejja li saru tliet sejħiet għall-offerti, ma setax jingħata kuntratt sabiex jitra¿¿an l-ilma tax-xita li jidħol fid-dressing rooms, li hemm taħt l-istess court. Aktar tard fl-2024, huwa ppjanat li ssir sejħa għall-offerti sabiex jinbidel il-rubber flooring fi Ġnien il-Kenn Soċjali, Ġnien Ħidmet il-Volontarjat, Ġnien iż-Żerniq, u Ġnien il-Qigħan.
Mellieħa u ta’ San Pawl il-Baħar – Ħlasijiet mill-Kunsilli Lokali marbuta ma’ tindif tat-toroq
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokumenti relatati ma’ ħlasijiet (f’ammonti) li saru mill-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u ta’ San Pawl il-Baħar bejn Jannar 2014 u Marzu 2024 (xahar b'xahar) fuq kuntratti/servizzi marbuta ma’ tindif tat-toroq li saru kemm mill-kuntratturi privati kif ukoll minn entitajiet governattivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li daħlet sad-deadline intern li ġie impost relattiv għat-tweġiba ta' din id-domanda.
Attachments:Copy of PQ 18239_Urban Street Cleaning_2014_2024.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sit li jinsab fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa (preċiżament bejn Triq is-Sagħtar u Triq il-Miġbħa) u li issa l-Gvern iddeċieda li jippermetti bini ta’ numru ta’ appartamenti, kienx is-sit identifikat li fuqu kienu ser isiru l-klassijiet temporanji f'containers sakemm tinbena/jew issir l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti kollha li suppost tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar bejn l-2014 u l-2024 u li kienu jirrigwardjaw l-estensjoni jew/u l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa (flimkien mal-parkeġġ)?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej proċess kontinwu mal-istakeholders konċernati sabiex l-istudenti ta’ din l-iskola jkollhom l-aħjar faċilitajiet possibli.
Mellieħa – Skola Primarja – Pjanijiet dwar il-bini u l-estensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar pjanijiet tal-Gvern dwar il-bini jew l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u l-parkeġġ mal-istess skola? Dan peress li fl-aħħar għaxar snin dawn il-pjanijiet inbiddlu tal-inqas tliet darbiet fejn anke saħansitra minn żmien għal żmien twaħħlu billboards b’verżjonijiet differenti quddiem l-istess skola?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mal-Kap u / jew mal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u li fihom ġie trattat il-proġett tal-bini / estensjoni tal-istess skola bejn Jannar 2014 u Marzu 2024? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Minuti ta’ dawn il-laqgħat fejn issemma biss dan il-proġett?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol (xahar u sena) fuq il-bini mill-ġdid jew l-estensjoni tal-iskola primarja tal-Mellieħa u jgħid ukoll kemm mistenni jdum dan ix-xogħol biex jitlesta?
Mellieħa – Skola Primarja – Allokazzjoni tal-istudenti
Question
Ġaladarba jibda x-xogħol fuq l-estensjoni jew bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid fejn ser ikunu qed jiġu allokati l-istudenti li llum qed jattendu l-istess skola? Jekk l-istudenti ser jinżammu fl-istess lokalità, jista’ jgħid ukoll f’liema żona tal-Mellieħa se ssir din l-allokazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17362 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali u jgħid xi studji saru fl-aħħar għaxar snin fuq il-prevalenza ta’ xogħol mhux dikjarat b’mod ġenerali, kif ukoll f’xogħol domestiku mhux dikjarat b’mod partikolari? Jekk saru studji f’dan is-sens, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li Jobsplus m’ għamlitx studji fuq dak imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17363 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali u jgħid x’miżuri ħa jew qed jieħu l-Gvern biex jonqos ix-xogħol mhux dikjarat b’mod ġenerali, kif ukoll f’xogħol domestiku mhux dikjarat b’mod partikolari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-Taqsima tal-Law Compliance fi ħdan Jobsplus torganiżża diversi spezzjonijiet fuq il-lant tax-xogħol biex tiżgura li x-xogħol ikun dikjarat. Barra minn hekk Jobsplus tirċievi informazzjoni mill-Inspections Coordination Office fi’ ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ta’ nies li jkunu ġew intervistati jew impjegati f’ ażjendi u positijiet tax-xogħol li jkunu ġew spezzjonati minn diversi entitajiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnha l-qanpiena li għal mijiet ta’ snin kienet dejjem fuq il-kampnar li hemm fuq il-Palazz ta’ Selmun u li fil-ġurnata li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari tidher li m’għadhiex f’postha?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-qanpiena tinstab għand Heritage Malta sabiex tiġi restawrata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa u jagħti l-informazzjoni b’mod separat għall-ħaddiema kemm tal-Gvern, kif ukoll dawk tal-kuntrattur u jinkludi wkoll il-grad tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu fir-Residenza Dar il-Madonna tal-Mellieħa huma kif ġej:
Grad
Ħaddiema tal-Gvern
Ħaddiema tal-kuntrattur
Care Worker
0
70
Charge Nurse
7
0
Enrolled Nurse
1
0
Staff nurse
0
12
Health Carer II
1
0
Nursing Aide
1
0
Officer in Grade 11
1
0
Officer in Grade 8
1
0
Senior Health Carer
6
0
Senior Nursing Manager
1
0
Senior Staff Nurse
7
0
Staff Nurse
13
16
Receptionist
0
4
Security
0
8
Housekeeping
0
1
Laundry assistant
0
2
Domestics
0
10
Chef
0
1
Commis Chef
0
2
Kitchen Assistant
0
8
Technician
0
1
Handyman
0
2
Gardeners
0
2
Driver
0
2
Mellieħa — Ġonna u parks - Ċertifikazzjonijiet/rapporti dwar saħħa u sigurtà
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjonijiet/rapporti dwar saħħa u sigurtà li suppost saru bejn Jannar 2005 u Frar 2024 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa/awtoritajiet oħra fuq il-ġonna u l-parks fil-konfini tal-Mellieħa li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess Kunsill Lokali, li jinkludu fost l-oħrajn, Ġnien il-Volontarjat, il-Park tal-Familja fid-daħla ta’ Selmun, Ġnien Dun Anton, il-Bandli ta’ wara l-Knisja, Ġnien il-Qigħan, Ġnien fi Pjazza Thomas Spratt u Ġnien iż-Żernieq fil-Manikata?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti dwar is-Saħħa u s-Sigurtà kif provduti mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha li saru bi preparazzjoni għar-ratifika tal-Konvenzjoni Numru 189 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) li titratta l-protezzjoni ta' ħaddiema domestiċi (C189 – Domestic Workers Convention, 2011), u li Malta rratifikat fl-14 ta’ Mejju 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bi preparazzjoni għar-ratifika tal-Konvenzjoni Numru 189 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol li titratta l-protezzjoni ta’ ħaddiema domestiċi, saru konsultazzjonijiet interni biex jiġi żgurat li l-provedimenti kollha li titlob din il-Konvenzjoni huma koperti fil-liġijiet Maltin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel rapport li għamlet Malta lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) wara r-ratifika tal-Konvenzjoni Numru 189 li titratta l-protezzjoni tal-ħaddiema domestiċi (C189 – Domestic Workers Convention, 2011), u li Malta rratifikat fl-14 ta’ Mejju 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ewwel rapport li għamlet Malta lill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol li titratta l-protezzjoni ta’ ħaddiema domestiċi, flimkien mall-gwida prattika għat-tfassil ta’dan ir-rapport.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid xi studji saru fl-aħħar għaxar snin fuq il-prevalenza ta’ xogħol mhux dikjarat b’mod ġenerali, kif ukoll f’xogħol domestiku mhux dikjarat b’mod partikolari? Jekk saru studji f’dan is-sens, jista’ jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali jgħid x’miżuri ħa jew qed jieħu l-Gvern biex jonqos ix-xogħol mhux dikjarat b’mod ġenerali, kif ukoll f’xogħol domestiku mhux dikjarat b’mod partikolari?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.