Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – żoni ta’ parkeġġi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pjanijiet għal żoni ta' parkeġġi ġodda fil-Mellieħa li kienu ġew indikati u studjati bejn l-2010 u l-2013 għadhomx fil-pjanijiet tal-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara t-tnedija tal-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Trasport li ġiet ippublikata reċentament, il-Gvern se jkun qed jevalwa kwalunkwe pjan jew talba għal żoni ta’ parkeġġi b’mod ħolistiku u fl-isfond ta’ din l-istess Strateġija Nazzjonali.

Il-Mellieħa – żoni ta’ parkeġġi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pjanijiet għal żoni ta' parkeġġi ġodda fil-Mellieħa li kienu ġew indikati u studjati bejn l-2010 u l-2013 għadhomx fil-pjanijiet tal-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa qatt ma ħejja xi pjan dwar il-parkeġġ. Madankollu kien ħejja pjan għall-i¿vilupp sostenibbli, li kien iffinanzjat minn skema apposta tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, li fiha saret refernza ħafifa għall-parkeġġ. Għalhekk ikun aħjar li l-Onor. Interpellant jispeċifika aktar il-mistoqsija tiegħu.

Lokalitajiet – skemi tal-Urban Improvement Fund u Commuted Parking Payment Schemes

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-lokalitajiet (Kunsilli Lokali) u kemm kienu l-ammonti li gawdew minnhom l-istess lokalitajiet b'mod separat mill-iskemi tal-Urban Improvement Fund (UIF) u l-Commuted Parking Payment Scheme?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Lokalitajiet – skemi tal-Urban Improvement Fund u Commuted Parking Payment Schemes

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-lokalitajiet (Kunsilli Lokali) u kemm kienu l-ammonti li gawdew minnhom l-istess lokalitajiet b'mod separat mill-iskemi tal-Urban Improvement Fund (UIF) u l-Commuted Parking Payment Scheme?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali. Bosta Kunsilli ggwadanjaw mill-Urban Improvemnet Fund (UIF), filwaqt li l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun biss irċieva flus mill-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS).

Day Care Unit – Pakkettjar ta’ ikel

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, minħabba raġunijiet ta' iġjene, jara li l-ikel (sandwiches) li jingħata lill-pazjenti rikoverati fis-sala Day Care Unit jiġi ppreparat f'pakkeġġar apposta u mhux kif qed jingħata llum, billi sempliċiment jitpoġġa fi srievet tal-karti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-isptar Mater Dei jieħu ħsieb li pazjenti li jkunu fid-Day Care Unit jingħataw ikel fi stat ta' iġene tajjeb. Fil-fatt l-isptar għandu uffiċjal li jissorvelja l-kwalita’ ta' dan is-servizz.

Sptar Mater Dei – mediċini lill-pazjenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li tinbidel il-prassi/proċedura eżistenti sabiex il-mediċini li jingħataw b'xejn għal tlitt ijiem wara li l-pazjenti li jkun rikoverati fis-swali tal-Isptar Mater Dei u jiġu rilaxxati , dawn jingħataw mis-sala stess u mhux jintalbu jiġbru l-mediċini mill-ispiżerija tal-isptar u dan sabiex jiġu evitati skariġġi bla bżonn lill-istess pazjenti wara li jkunu ilhom jiem rikoverati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-liġi Maltija mediċini jew prodotti mediċinali jistgħu biss jiġu provduti minn spiżjar fi spiżerija liċenzjata. Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għal Artiklu 76 Kap.458 Att Dwar Il-Mediċini.
Leg 13 PQ #1692 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi li kellhom liċenzja/permessi fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) sena b'sena, lokalità b'lokalità bejn Jannar 2010 u Settembru 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li fil-perjodu bejn Jannar 2010 u Settembru 2017, in-numru ta’ lukandi liċenzjati fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar (inklużi Buġibba u Qawra) u l-Mellieħa kienu: Sena Buġibba Qawra San Pawl il-Baħar Xemxija Mellieħa 2010 10 22 2 2 11 2011 10 21 2 2 11 2012 8 21 2 2 11 2013 9 21 2 2 11 2014 9 21 2 2 11 2015 10 20 2 2 11 2016 10 20 2 2 11 2017 10 22 2 2 11
Leg 13 PQ #1693 Sitting 27 2017-10-16 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ lukandi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-applikazzjonijiet għall-bini ta' lukandi ġodda fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar u jindika liema huma u f’liema żoni saru l-istess applikazzjonijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li n-numru t’applikazzjonijiet għall-bini ta’ lukandi ġodda fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar għas-sena 2017 huma: · Lukanda ta’ 3 stilel fil-Mellieħa · Lukanda ta’ 3 stilel f’San Pawl il-Baħar · Estensjoni ta’ lukanda ta’ 3 stilel f’San Pawl il-Baħar

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ lukandi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-applikazzjonijiet għall-bini ta' lukandi ġodda fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar u jindika liema huma u f’liema żoni saru l-istess applikazzjonijiet?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1694, l-Awtorità tal-Ippjanar għandha quddiema għaxar applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati għall-bini ta’ lukandi ġodda fil-kunsilli lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar. Qed inpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bid-dettalji mitluba. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti li huma ivvalidati jew ġew ippubikati fejn il-kunsill lokali ndikat huwa jew il-Mellieħa jew San Pawl il-Baħar u li fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom għandhom xi waħda mill-kelmiet segwenti: · Lukanda/i · Hotel/s

In-Naxxar – proġett fil-kumpless tal-Fieri fin-Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti jew dokumenti pubbliċi oħra relatati dwar proġett li hemm il-ħsieb li jinbena fiż-żona (sit) ta' fejn hemm il-kumpless tal-Fieri fin-Naxxar? Fuq l-istess proġett, jista' l-Ministru jindika f’liema stadju waslet l-applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet konċernati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – pjanijiet għall-problema tal-konġestjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandhom il-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar il-problema tal-konġestjoni kontinwa tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borg Olivier?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – pjanijiet għall-problema tal-konġestjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandhom il-Gvern u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar il-problema tal-konġestjoni kontinwa tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borg Olivier?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li qed jipproponi l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ one-way li talterna d-direzzjoni permezz ta’traffic lights, fil-parti bejn Triq il-Qalb Imqaddsa u Triq it-Tonn, waqt li Transport Malta qed tistenna l-eżitù ta’ simulazzjoni diġitali qabel tittieħed deċiżjoni finali min-naħa tagħha.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz ta’ Handyman

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tal-Handyman fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’ m’għandux informazzjoni kif mitlub, mqassma skont l-lokalitajiet sas-sena 2014. L-informazzjoni mitluba minnu mis-sena 2015 sas-sena 2017 hija kif ġej: NAXXAR SAN PAWL IL-BAĦAR MELLIEĦA 2015 6 43 7 2016 16 74 4 2017 19 66 3

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz ta’ Home Help

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tal-Home Help fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, n-numru ta’ persuni (households) li kienu qed jirċievu s-servizz ta’ Għajnuna fid-Dar (Home Help Service), fil-lokalitajiet u fis-snin indikati huwa kif ġej: Naxxar San Pawl il-Baħar Mellieħa 2011 44 22 22 2012 48 25 28 2013 50 33 36 2014 56 35 44 2015 62 39 50 2016 64 39 50 2017 (sa Settembru) 68 38 51

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz ta’ Telecare

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecarefil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, n-numru ta’ persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tat-Telecare fil-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b’sena u lokalita’ b’lokalita’ minn Jannar 2011 sa Settembru 2017 huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Lokalita 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 Mellieħa 121 126 122 122 136 138 136 Naxxar 140 147 139 138 135 133 133 San Pawl il-Baħar 252 259 240 244 249 251 242

Il-Mellieħa – Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi – applikazzjoni għal lukanda ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fid-daħla tal-Mellieħa (Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi) hemmx applikazzjoni sabiex tinbena lukanda ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti sottomessi lill-awtoritajiet konċernati dwar il-bini ta’ din il-lukanda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni PA5909/17 ġiet sottomessa bi proposta ta’ bini ġdid għal lukanda, ħwienet kummerċjali u apartamenti fuq livelli ta’ parkeġġ taħt l-art. Wara proċess ta’ konsultazzjoni preliminari, l-Awtorità tal Ippjanar ħarġet screening letter fit- tmintax ta’ Settembru 2017 u qegħda tistenna aktar informazzjoni u studji biex ikompli il-proċess ghall-validazzjoni tal-applikazzjoni. Id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #1690 Sitting 26 2017-10-11 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Mellieħa – Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi) – applikazzjoni għal lukanda ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fid-daħla tal-Mellieħa (Triq in-Nases/Triq il-Fortizza, Triq il-Kbira u Triq l-Iżbark tal-Franċiżi) hemmx applikazzjoni sabiex tinbena lukanda ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti sottomessi lill-awtoritajiet konċernati dwar il-bini ta’ din il-lukanda?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li ġiet irreġistrata applikazzjoni sabiex tinbena lukanda ġdida ta’ tlett stilel fid-daħla tal-Mellieħa. Rigward il-pjanti sottomessi nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel it-talba tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa — lukandi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lukandi li kellhom liċenzja/permessi fil-konfini tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra) sena b'sena, lokalità b'lokalità bejn Jannar 2010 u Settembru 2017?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella tat-total ta’ dawn l-applikazzjonijiet maqsumin skont il-kunsill u s-sena tad-deċiżjoni.

Ħsarat fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa – għajnuna lill-ħwienet

Question

Kawża tal-maltemp li seħħ fl-aħħar jiem u l-ħsarat ikkawżati fi Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid jekk is-sidien tal-ħwienet fit-triq imsemmija li sofrew danni mhux żgħar mill-maltemp, hux se jiġu megħjuna mill-Gvern għall-ħsarat ikkawżati mill-maltemp?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed twettaq xogħlijiet f'din it-triq iżda m’hijiex l-entita Governattiva li għandha tkun imfittxija għal kwalunkwè pretensjoni ta’ danni fir-rigward. Għalhekk din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Bini ta’ grawnd tal-futbol fin-Naxxar — proċess

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess sabiex tibda tinbena faċilità sportiva (grawnd tal-futbol) fin-Naxxar fil-limiti ta' bejn in-Naxxar u San Ġwann?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.