Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #4331 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Inizjattiva EDEN – fondi li ntefqu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-fondi li ntefqu mill-Gvern fuq l-inizjattiva EDEN sena b’sena fis-snin bejn l-2014 u l-2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-snin imsemmija l-Gvern nefaq €32,273.02 (tnejn u tletin elf, mitejn, tlieta u sebgħin Ewro, u żewġ ċenteżmi) fuq l-inizjattiva EDEN.
Leg 13 PQ #4332 Sitting 86 2018-02-26 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Mellieħa u San Pawl il-Baħar – Ministeru għat-Turiżmu — proġetti mwettqa u nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-proġetti mwettqa u x’kienet in-nefqa tal-Ministeru tat-Turiżmu (li tinkludi wkoll l-Awtorita tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA)) fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar (Buġibba u Qawra nklużi) fis-snin bejn l-2013 u l-2017 (sena b’sena)?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu wetqet bosta proġetti u xogħlijiet fiż-żona tat-Tramuntana ta’ Malta, partikolarment fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar. 2013 Żvilupp fil-ponta tal-Qawra 2014 Tisbiħ u manutenzjoni fuq il-promenade tax-Xemxija 2015 Xogħol ta’ restawr fuq it-Torri Wignacourt u WWII Beachpost Assistenza finanzjarja lil Din l-Art Ħelwa għar-restawr tal-istatwa ta’ San Pawl fuq il-ġżejjer Uffiċju għall-Informazzjoni għat-Turisti ġewwa Buġibba Żdied ammont sostanzjali ta’ ramel li ġie mpurtat mill-Ġordan Ftuħ ta’ latrina pubblika ġdida bil-faċilitajiet kollha għall-għaddasa fiż-żona taċ-Ċirkewwa Xogħol ta’ tisbieħ u manutenzjoni fuq il-promenade kollu ta’ Buġibba u l-Qawra Xogħol ta’ tisbieħ u manutenzjoni fil-pjazza ta’ Buġibba Xogħol ta’ tisbieħ u manutenzjoni fiż-żona biswit it-Torri ta’ Wignacourt Manutenzjoni fuq il-pjattaforma tal-konkrit fil-ponta tal-Qawra Xogħol ta’ road marking u tabelli ġodda fiż-żona tal-Bajja ta’ Buġibba Manutenzjoni fuq il-bankijiet tal-Bajja tal-Għadira Manutenzjoni fuq id-dawl tal-Bajja ta’ Buġibba 2016 Installazzjoni ta’ festun kompletament ġdid tul il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar Installazzjoni ta’ festun ġdid tul il-promenade kollu tal-Għadira Xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq il-Pijunieri (bi sħab mad-Dip. tax-Xogħlijiet) Installati numru ta’ bins ġodda fil-Bajjiet tal-Għadira, Golden Sands u Għajn Tuffieħa Xogħol ta’ tisbiħ u titjib fiż-żona tal-Qawra Point Inbnew u ġew irranġati bankini u rampi fil-Bajja tal-Għadira Walkways ġodda fil-Bajja tal-Għadira Numru ta’ siġġijiet bir-roti ġodda fil-Bajja tal-Għadira u Golden Sands għall-użu minn persuni bi bżonnijiet speċjali Żewġ hoist chairs sabiex persuni bi bżonnijiet speċjali jkunu jistgħu jinżlu mill-art għall-baħar b’dan il-makkinarju Manutenzjoni u bdil fuq l-arbli li jeħel magħhom il-festun fil-Bajja tal-Għadira Manutenzjoi u tiswija fuq il-picnic tables fil-Bajja tal-Għadira Railings ġodda fuq il-promenade tal-Bajja tal-Għadira Manutenzjoni u tisbiħ fil-latrini tal-Bajja tal-Għadira u Golden Bay Numru ta’ bankijiet ġodda tul il-promenade ta’ San Pawl u Buġibba Road marking u tabelli ġodda li jindikaw diversi parking bays li jistgħu jagħmlu użu minnhom persuni bil-blue badge Xogħol ta’ road marking u tabelli ġodda fil-Ponta tal-Qawra Tranġar tal-clinic eżistenti li jużaw il-life guards matul ix-xhur tas-sajf Tneħħija ta’ ammont sostanzjali ta’ ħadid perikoluż minn qiegħ il-baħar fil-Ponta tal-Qawra Xogħol fuq railings u arbli dekorattivi fil-promenade tal-Qawra Introduzzjoni ta’ servizz ta’ free Wi-fi fil-Bajjiet ta’ Golden Bay u Qawra Point Bdil tat-tabelli kollha tat-traffiku tul il-promenade ta’ ħdejn it-Torri ta’ Wignacourt Servizz t’ambulanza għal żmien il-Milied fiż-żona ta’ Buġibba Panella solari fil-Bajja tal-Qawra biex tipprovdi elettriku fil- lifeguard tower 2017 Toroq ta’ madwar il-Kosta ta’ Buġibba u l-Qawra (proġett sar minn TM b’fondi mill-MOT mill-fondi tal-Eko-Kontribuzzjoni) Proġett ta’ tisbiħ u titjib fiż-żona għall-għaddasa fiż-żona taċ-Ċirkewwa Xogħol ta’ tisbiħ u manutenzjoni fil-promenade kollu tal-Għadira Manutenzjoni estensiva fuq numru ta’ winċijiet tal-opri tal-baħar fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar Xogħol fuq ir-railings tal-promenade ta’ ħdejn it-Torri ta’ Wignacourt Xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bankijiet kollha fil-Pjazza ta’ Buġibba Manutenzjoni u tisbiħ tal-latrini fil-viċinanzi tal-Bajja tal-Qawra Xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq il-Pijunieri (bi sħab mad-Dip tax-Xogħlijiet) Numru ta’ CCTV cameras fil-Bajjiet ta’ Buġibba Perched Beach, Golden Bay u l-Għadira Manutenzjoni fuq il-pjattaforma tal-konkrit fil-Bajjar tal-Armier Tabelli ġodda u road markings fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar Arbli ġodda fil-Bajja tal-Għadira (bi sħab mad-Dip tax-Xogħlijiet) Walkways ġodda tal-injam u oħrajn ta’ materjal sintetiku bil-bajjiet tal-Armier, Little Armier, Golden Bay, Għadira u Ġnejna Installazzjoni ta’ bollards ġodda fl-Għadira Finanzjament ta’ parti mill-proġett li sar mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fi Triq San Pubbliju Xogħol ta’ tisbiħ fiż-żona tat-Tunnara fil-Bajja tal-Għadira (bi sħab mad-Dip tax-Xogħlijiet) Skedat numru ta’ ħasil tal-promenade fl-akwata tat-Torri ta’ Wignacourt Xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bankijiet tul il-promenade tax-Xemxija Xogħol ta’ żebgħa fuq it-traffic lights, traffic barriers eċċ tul il-promenade tal-Għadira u Ċirkewwa Armar mill-ġdid tal-festuni tal-Bajja tal-Għadira u tul il-kosta ta’ San Pawl il-Baħar Għajnuna lill-Kunsilli Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa biex jintrama dawl dekorattiv fiż-żmien il-Milied Servizz t’ambulanza għal żmien il-Milied fiż-żona ta’ Buġibba L-Ammont totali ta’ dan l-invesitment jammonta għall-€12,196,900.

Il-Mellieħa – sejba ta’ fdalijiet umani

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar is-sejba ta’ allegat fdalijiet umani misjuba f’żona limiti tal-Mellieħa, liema sejba kienet ukoll irrapportatha fil-mezzi tax-xandir lokali (https://www.timesofmalta.com/mobile/articles/view/20180211/local/very-old-human-remains-found-in-mellieha.670314) il-Ħadd 11 ta’ Frar 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-fdalijiet umani li nstabu fl-inħawi tal-Mellieħa Bay Hotel qed ikunu sorveljati sakemm is-Sovrintendenza tkun tista’ tagħmel skavi xjentifiċi tas-sit u tkun tista’ tinforma aħjar.

Il-Mellieħa – protezzjoni ta’ żona

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mill-awtoritajiet konċernati fuq is-sejba tal-allegat fdalijiet umani fiż-żona limiti tal-Mellieħa anke fid-dawl sabiex tiġi protetta din iż-żona partikolari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qed tissorvelja is-sit u ż-żona fejn instabet is-sejba, liema żona m’hijiex soġġetta għal żvilupp.

Advisory Board tal-Fostering

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3696 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Wara li l-Ministru għall-Ġustizzja kien stqarr li l-inkjesta li kienet sar referenza għaliha fil-mistoqsijiet parlamentari 2279 u 1674 dwar l-Advisory Board tal-Fostering fil-fatt kienet tlestiet u li qiegħda fi stadju li jiġi kkompilat ir-rapport tal-istess inkjesta, jista’ l-Ministru jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, hija l-intenzjoni tal-Gvern illi jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra fil-futur viċin.

Gwardjani Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3420 u jgħid x’inhi r-reazzjoni tal-Gvern u x'azzjoni se jkun qed jieħu l-istess Gvern wara li fi stqarrija li ħarġet il-UĦM Voice of The Workers nhar it-12 ta' Jannar 2018 saret referenza għall-inġustizzja li saret jew qed issir fil-konfront tal-gwardjani lokali fejn dawn il-ħaddiema qed jintalbu japplikaw biex jerġgħu jiġu mpjegati fl-istess pożizzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li f’dan ir-rigward inħarġet stqarrija mill-LESA li ntbagħtet lill-istampa kollha nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar 2018.

Gwardjani lokali reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3421 u jgħid kemm huma l-ħaddiema li preżentament huma reġistrati bħala gwardjani lokali f'pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

LESA – ħaddiema reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3422 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm hu n-numru ta' ħaddiema li kienu jew huma reġistrati mal-Local Enforcement System Agency (LESA), sena b'sena minn kemm ilha li twaqqfet l-istess LESA sal-2018? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa fuq pagi tal-ħaddiema kif ukoll l-ispiża fuq l-operat, għall-istess perjodu maqsuma sena b'sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mil-ewwel t’Ottubru 2015 sal-31 ta’ Dicembru 2016 kien hemm 3 ħaddiema, bejn l-1 ta’ Jannar u 31 ta’ Diċembru kien hemm 9 ħaddiema filwaqt li bejn l-1 ta’Jannar u l-15 ta’ Jannar tas-sena korrenti kien hemm 9 ħaddiema li kienu reġistrati mal-LESA liema salarji jammontaw għal €156,277, €313,101 u €12,042 rispetivament. Rigward spejjeż oħra li ntefqu fuq l-operat dawn kienu jammontaw ghal €9,115,453, €7,331,903 u €305,496, fejn fost oħrajn nsibu l-ispejjeż tas-servizzi tal-Gwardjani lokali, is-sistema tal-ispeed cameras, is-sistema tas-servizz online u spejjeż oħra.

Kunsilli Lokali — fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 429 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali, fis-snin 2015, 2016, 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kunsilli Lokali — fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 430 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali fis-snin 2015, 2016 u 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul is-snin 2015, 2016 u 2017, kull Kunsill b’mod individwali ħa l-ammonti hawn taħt indikati: Isem tar-rahal Ammont Isem tar-rahal Ammont Isem tar-rahal Ammont Birgu: €62,840.56 Naxxar: €220,172.88 Reġjun Għawdex: €398,788.00 Floriana: €51,078.81 Paola: €334,631.33 Ghajnsielem: €85,589.55 Gharghur: €87,693.60 Pieta: €5,000.00 Gharb: €391,942.00 Isla: €103,423.00 Qormi: €307,730.70 Kercem: €605,606.41 Luqa: €14,934.90 Qrendi: €101,969.49 Munxar: €227,903.29 Marsascala: €63,673.12 Rabat (M): €474,764.99 Nadur: €208,728.66 Marsaxlokk: €98,750.00 Siggiewi: €149,998.41 Rabat (G): €1,707,149.64 Mdina: €29,093.59 Sliema: €22,686.75 Sannat: €195363.26 Mellieħa: €251,929.00 Ta’ Xbiex: €7,500.00 Xaghra : €83,823.20 Mgarr: €7,500.00 Xgħajra: €12,000.00 Xewkija: €5,000.00 Mtarfa: €249,001.99 Zabbar: €22,222.40 ¯ebbuġ(G): €210,907.00 Zurrieq: €25,176.20 Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll, tabella li fiha l-Onorevoli Interpellant jista jsib informazzjoni addizzjonali dwar kull proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja li bbenefikaw minnhom il-Kunsilli Lokali fis-snin imsemmija.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals-on-Wheels

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1685 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals-on-Wheels fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għall-perjodu minn Jannar 2011 sa Settembru 2016 ma kinitx tinżamm mill-Maltese Cross Corps. L-informazzjoni mitluba lokalita, b’lokalita` minn Ottubru 2016 sa Settembru 2017 inkluż ukoll l-2018 sal-ġurnata li fiha qed inwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, hija kif ġej : Sena Mellieħa Naxxar San Pawl il-Baħar 2016 \ 2 1 2017 3 10 7 2018 3 10 18

Skemi mill-Gvern li mistennija joħorġu għall-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2489 u jindika kemm u liema skemi mill-Gvern mistennija joħorġu għall-Kunsilli Lokali matul l-2018 u jekk hux ser ikunu kollha eleġibbli għall-Kunsilli kemm dawk f'Malta kif ukoll dawk f'Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li filwaqt li mhux ser ikun hemm tnaqqis ta' xi skema magħrufa fis-sena 2017, ta' min isemmi li diversi skemi li ġew aġġudikati fis-sena 2017 huma fuq medda ta' tlett snin. Dawn jinkludi l-Community Innovation Fund u l-Culture Fund li ġħadu qed jiġi aġġudikat.

Skemi li nħarġu mill-Gvern Ċentrali għall-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2490 u jgħid kemm kienu jammontaw fi flus l-iskemi li nħarġu mill-Gvern Ċentrali għall-Kunsilli Lokali, sena b'sena, bejn l-2011 u l-2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Korrispondenza bejn il-LESA u ħaddiema reġistrati mal-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3419 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza li għaddiet bejn il-Local Enforcement System Agency (LESA) u l-ħaddiema reġistrati mal-kumpanija li preżentament hija responsabbli mill-gwardjani lokali f'pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma ngħaddiet l-ebda korrispondenza bejn l-Aġenzija LESA u l-ħaddiema reġistrati mall-kumpanija li preżentament tħaddem il-Gwardjani Lokali f’pajjiżna.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xogħol li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras hux qed isir skont il-permessi approvati mill-awtoritajiet konċernati kollha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li x-xogħlijiet qed isiru skont il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar PA 02572/15.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras – permessi approvati

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-awtoritajiet konċernati tal-proġett li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras – ħajt mwaqqa’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq proġett tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li għaddej bħalissa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras hux miexi kif ippjanat u x’ kien il-kaġun li parti mill-ħajt tal-istess proġett deher ‘imwaqqa’’ kmieni filgħodu tal-Erbgħa 24 ta’ Jannar 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa illi wara li saret evalwazzjoni teknika waqt li kienu għaddejin ix-xogħlijiet, inħass li l-ħajt kellu jinħatt biex jerġa’ jinbena, minħabba li ma kienx strutturalment stabbli. Il-ġebel oriġinali ġie konservat fuq il-post u ser jerġa’ jiġi wżat fil-bini tal-istess ħajt, liema xogħol inbeda minnufiħ.

Advisory Board tal-Fostering

Question

Wara li l-Ministru kien stqarr li l-inkjesta li kienet sar referenza għaliha fil-mistoqsijiet parlamentari 2279 u 1674 dwar l-Advisory Board tal-Fostering fil-fatt kienet tlestiet u li qiegħda fi stadju li jiġi kkompilat ir-rapport tal-istess inkjesta, jista’ l-Ministru jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.

Aġenzija Appoġġ – każ tat-tifla Niġerjana

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le, jekk l-Aġenzija Appoġġ kenitx infurmata minn jiem/ġimgħat qabel li t-tifla Niġerjana li mietet fl-aħħar jiem, ma kenitx qed tattendi l-iskola?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li billi, kif jaf hu, din il-materja hija suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali mhux prudenti li f’dan l-istadju tinghata informazzjoni li ghad trid tigi evalwata fl-istess Inkjesta Magisterjali.

Aġenzija Appoġġ – każ tat-tifla Niġerjana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-aħħar ġimgħat/xhur mill-Aġenzija Appoġġ mal-familja tat-tifla Niġerjana inkwistjoni u x’tip ta’ pjan kien tħejja fl-interess tal-ulied ta’ din il-familja mill-istess Aġenzija Appoġġ?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li billi, kif jaf hu, din il-materja hija suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali mhux prudenti li f’dan l-istadju tinghata informazzjoni li ghad trid tigi evalwata fl-istess Inkjesta Magisterjali.