Legislature:
Category:
Reset
Active:

Vjolenza domestika — irrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ vjolenza domestika ġew irrapportati, sena b’sena bejn l-2008 u l-2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li fis-sistema kompjuterizzata komuni tal-Pulizija magħrufa bħala ‘National Police System’, fil-perjodu indikat mill-Onor. Interpellant, inġabru rapporti ta’ reati ta’ vjolenza domestika, fil-kategoriji kif indikat fil-lista t’hawn taħt. Vjolenza Domestika - Sub-class 1. Offiża gravi fuq il-persuna b’armi irregolari, 2. Offiża gravi fuq il-persuna b’armi regolari, 3. Offiża gravi fuq il-persuna b’sħħha fiżika, 4. Ħsara psikoloġika, 5. Offiża ħafifa fuq il-persuna b’armi irregolari, 6. Offiża ħafifa fuq il-persuna b’armi regolari, 7. Offiża ħafifa fuq il-persuna b’saħħa fiżika, 8. Segwiment ta’ persuna bil-moħbi.

Vjolenza domestika — rapporti li waslu għall-proċeduri kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn ir-rapporti ta’ vjolenza domestika waslu għal proċeduri kriminali, sena b’sena bejn l-2008 u l-2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fi tweġibiet simili, fil-każijiet fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati ma’ reati ta’ vjolenza domestika, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu l-Qorti.

Vjolenza domestika — Proċeduri kriminali

Question

Kemm minn dawn il-proċeduri kriminali ta’ vjolenza domestika ġew konklużi u x’kienu s-sentenzi li ngħataw, sena b’sena bejn l-2008 u l-2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistosija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Fixed Points — Pulizija meħuda minn għases

Question

Filwaqt li wieħed jifhem li fil-konfini tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar hemm numru ta’ fixed points li ġustament iridu jsiru mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, jista’ però l-Ministru jara li l-Pulizija li jittieħdu mill-għases tad-distrett inkwistjoni, jiġu sostitwiti b’pulizija oħra u mhux kif qed jiġri bħalissa li qed ikun hemm nuqqas ta’ pulizija b’detriment għall-komunitajiet tal-Mellieħa, Manikata, San Pawl il-Baħar, Qawra, Buġibba, Xemxija, Salina u Naxxar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li l-fixed points duties li qed isiru mill-membri tal-Korp tal-Pulizija, fil-konfini tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar, isiru jew permezz ta’ overtime minn uffiċjali tal-Pulizija u xi wħud minn uffiċjali oħra li mhumiex beat officers fl-ebda għassa mill-istess żona. Għaldaqstant mhuwiex il-każ li qed ikun hemm nuqqas ta’ pulizija fil-komunitajiet tal-Mellieħa, il-Manikata, San Pawl il-Baħar, il-Qawra, Buġibba, ix-Xemxija, is-Salina u n-Naxxar għax jittieħdu mill-għases tad-distrett inkwistjoni, kif indikat fil-mistoqsija.

Mellieħa, Qawra, San Pawl il-Baħar u Naxxar — rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu r-rapporti li saru, sena b’sena bejn l-2013 u l-2017, fl-għases tal-Mellieħa, Qawra, San Pawl il-Baħar u Naxxar li jirrigwardjaw: Storbju Ġlied Droga Vjolenza Domestika u Serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li r-rapporti li saru, sena b’sena bejn l-2013 u l-2017, fir-rigward tal-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar, li tinkludi l-area tal-Qawra dwar storbju, ġlied, droga, vjolenza domestika u serq, kien kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt. Ir-reati dwar storbju u dawk relatati ma’ ġlied huma maqsumin f’żewġ tabelli kif joħorġu mis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija. Serq Sena Mellieħa San Pawl il-Baħar (including Qawra) Naxxar 2013 209 465 169 2014 198 665 127 2015 151 681 115 2016 193 658 126 2017 189 582 120 Droga Sena Mellieħa San Pawl il-Baħar ( including Qawra) Naxxar 2013 4 10 4 2014 3 14 3 2015 3 5 0 2016 1 12 1 2017 5 20 0 Vjolenza Domestika Sena Mellieħa San Pawl il-Baħar (including Qawra) Naxxar 2013 30 98 16 2014 19 81 11 2015 31 109 15 2016 25 101 22 2017 22 100 30 Offiżi fuq il-persuna waqt ġlied u argument (Bodily Harm) Sena Mellieħa San Pawl il-Baħar ( including Qawra) Naxxar 2013 15 93 9 2014 14 113 9 2015 19 102 14 2016 11 91 17 2017 11 104 16 Kontravenzjonijiet dwar ksur tal-bon ordni jew il-kwiet tal-pubbliku b’argumenti Sena Mellieħa San Pawl il-Baħar (including Qawra) Naxxar 2013 5 8 3 2014 3 16 3 2015 2 6 5 2016 1 17 1 2017 1 10 2

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk it-teħid ta’ parti mill-bypass tal-Mellieħa (Triq Lewis Wettinger) b’rabta mal-proġett ta’ bini ta’ appartamenti li għaddej bħalissa fl-istess triq imsemmija, hijiex xi ħaġa fuq bażi temporanja u sakemm jitlesta l-bini indikat inkella ser tkun qed tittieħed b’mod permanenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li permezz ta’ Applikazzjoni PC 46/13, kienet ġiet Approvata Service Road u saru modifikazzjonijiet li permezz tagħhom tneħħiet anomalija u periklu li preċedentement kien jinħoloq minħabba li f’dik il-parti msemmija minħabba sewqan eċċessiv it-triq kienet saret perikoluża.

Kunsill Lokali Mellieħa – minuti tal-laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, li saru bejn Ġunju 2013 u Frar 2018, fejn matulhom issemmew jew ġew diskussi: 1. il-proġett ta’ bini ta’ lukanda fil-pjazza tal-Mellieħa; 2. il-proġett ta’ bini ta’ appartamenti u lukanda fid-daħla tal-Mellieħa; 3. il-bini ta’ appartamenti fiż-żona ta’ Masrija, liema binja tagħti wkoll fuq il-bypass tal-Mellieħa; 4. is-sistema tat-traffiku fi Triq Ġorġ Borg Olivier; u 5. l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-minuti mitluba huma kollha fid-dominju pubbliku. L-Onor. Interpellant jista’ jikseb kopja mill-portal elettroniku tal-Gvern Lokali f’Malta. Jekk isib diffikultà nitolbu jkellimni u nghaddilu d-dokumenti mitluba personalment. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 1354 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar l-Erbgħa, 14 ta' Marzu 2018 f'Seduta 94.)

Kunsill Lokali Mellieħa – proġetti kapitali u infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti kapitali/infrastrutturali li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ser ikun qed iwettaq matul l-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-proġetti kapitali li l-Kunsill ser ikun impenjat fuqhom matul is-sena kurrenti huma dawn li ġejjin: · Dwal Ornamentali fi Triq Dun Manwel Grima fil-Manikata; · Skema ta’ dwal ġodda fil-parti ta’ fuq ta’ Triq Għajn Żejtuna; · Kisi bit-tarmak ta’ Triq l-Armier; · Restawr ta’ taraġ u passaġġ li jinsab bejn Triq Dun Franġisk Sciberras u Triq il-Marfa; · Kisi bit-tarmak ta’ parti mix-Xatt ta’ Santa Marija; · Bankini ġodda fi Triq Ġorġ Borg Olivier; · Tisbiħ tat-taraġ fi Triq il-Mitħna l-Qadima/Triq Sant’ Anna; · Pavimentar u dwal ġodda fi Triq l-Inkurunazzjoni; · Tisbiħ tat-taraġ fi Triq San Publiju (Parti t’isfel); · Titjib fil- Playing Fields ta’ Ġnien tas-Salib u Ġnien Dun Anton Debono.

Mellieħa — Għassa tal-Pulizija - karozza

Question

Jista’ l-Ministru jara li n-nuqqas kontinwu u ripetut ta’ karozza li suppost qegħda għad-dispożizzjoni tal-Għassa tal-Pulizija tal-Mellieħa tiġi riżolta darba għal dejjem wara li l-istess għassa għal darba oħra reġgħet tinsab bla karozza u ilha hekk għal kważi xahar sħiħ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi s-sezzjoni tal-garaxx tal-Pulizja diġa ħarġet vettura biex tista’ tintuża mill-Għassa tal-Mellieħa.

Aġenzija Appoġġ – każijiet ġodda ta’ vjolenza domestika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ġodda ta’ vjolenza domestika rrapportati lill-Aġenzija Appoġġ, sena b’sena bejn l-2008 u l-2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm dawn il-każijiet ġodda; 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 Total 278 265 295 236 300 243 276 293 348 (Każijiet Ġodda ta’ Vjolenza Domestika rraportati lill-Aġenzija Appogg bejn l-2008 u l-2017) Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, l-istatistika tal-2017 qiegħda tiġi kkumpilata u tiġi ppublikata aktar tard din is-sena.
Leg 13 PQ #4333 Sitting 87 2018-02-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Mellieħa u San Pawl il-Baħar – proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’ser ikunu l-proġetti li ser isiru taħt ir-responsabilità tiegħu fil-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar matul din is-sena u s-sena 2019?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Fondazzjoni tal-Iżvilupp taż–Żoni Turistiċi kontinwament għaddejjin bi proġetti infrastrutturali biex isebbħu l-promenades u l-bajjiet Maltin u Għawdxin.

Bord ta’ Governanza tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bord ta' Governanza tal-Kunsilli Lokali mhux kostitwit?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Bord ta' Governanza tal-Kunsilli Lokali huwa kostitwit permezz ta' Ittra ta' Hatra datata t-8 ta' Frar, 2018 fejn, bis-sahha tal-imsemmija ittra, s-segwenti persuni nhatru fuq il-Bord: Chairperson: Dr Amanda Grech Membri: Dr Nadette Spiteri, Dr Ivan Sammut Sostitut: Ms Theresa Caruana, Sur Mario Caruana Segretarju: Sur Jonathan Mizzi Naturalment, f’konformita man-norma u l-użanza, l-ismijiet tal-membri mahtura issa jigu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.

Bord ta’ Governanza tal-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet pendenti quddiem il-Bord ta’ Governanza tal-Kunsilli Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li quddiem il-Bord ta’ Governanza Lokali hemm każ wieħed pendenti u każ ieħor fejn il-Kunsill Lokali hu mistenni jagħti xi kjarifiċi.

Triq li mix-Xemxija sat-telgħa ta’ Selmun – xogħol

Question

Peress li t-triq prinċipali li tagħti mix-Xemxija sat-telgħa ta’ Selmun (inkluż il-pont tal-Mistra) kompliet tiddeterjora, jista’ l-Ministru jawtorizza biex b’mod immedjat jinbeda x-xogħol tat-tiswijiet/bini mill-ġdid ta’ din it-triq li l-istat diżastruż li tinsab fiha qed jikkawża inkonvenjent kbir mhux biss lir-residenti li joqogħdu fiż-żona, iżda wkoll lill-eluf ta’ sewwieqa li jgħaddu minn din it-triq kuljum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jsiru interventi biex jitneħħew perikli fi triq imsemmija u d-direttorat tat-toroq qed jaħdem fuq pjanti biex din it triq tinbena mill-ġdid. Bħal issa għaddejjin b’taħdidiet ħalli naraw kif ser naħdmu mingħajr ma jintmissu s-siġar li hemm f’din it-triq.

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar – toroq li ser ikunu qed isiru mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma t-toroq li ser ikunu qed isiru mill-ġdid fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar matul is-snin 2018 u l-2019?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet regolari f’toroq arterjali u distributorji u fil-ġimghat li ġejjin se jkunu qed isiru aktar interventi skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Mellieħa – tisbiħ tul il-promenade tal-Għadira

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fir-rigward ta’ tisbiħ tul il-promenade tal-Għadira fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet regolari f’toroq arterjali u distributorji u fil-ġimghat li ġejjin se jkunu qed isiru aktar interventi skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Skema – “Tħaddir fil-Komunitajiet” – kriterji

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji li ntużaw fl-iskema pożittiva “Tħaddir fil-Komunitajiet” u li tagħha tħabbru r-riżultati fl-aħħar jiem?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji li jintużaw għal din l-iskema huma il-“Guidelines on Trees, Shrubs and Plants for Planting and Landscaping in the Maltese Islands” ippublikati mill-MEPA fl-2002 li jagħtu tagħrif dwar is-siġar, arbuxelli u ħxejjex li huma awtorizzati u addattati għat-taħwil fiż-żoni urbani ta’ Malta. Minn dawn il-pjanti mbagħad jintgħażlu dawk li huma aktar addattati għal ambjent partikolari tal-post fejn ser jitħawlu sabiex inkunu ċerti li dawn jikbru b’saħħithom. Din is-sena ser jitħawlu diversi speċi ta’ siġar u arbuxelli bħal siġar ta’ Guda, deru, arbutus, rihan, ġenista, gummar, siġar tal-virgi u ħafna oħrajn.