Jista’ l-Ministru jara li l-kanal li hemm fiż-żona tas-Salini li jaqa’ taħt il-Valley Management jiġi mnaddaf mill-alka u materjal ieħor peress li dan qed joħloq inkonvenjent lir-residenti li jgħixu fl-akkwati kif ukoll lil nies oħra li jgħaddu mill-istess żona?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif tal-kanal tas-Salini jaqa’ taħt ir- responsabbiltà tal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, għaldaqstant l-Onor. Interpellant għandu jirefferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl – periklu minn sit ta’ kostruzzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-periklu li hemm kawżat minn sit ta’ kostruzzjoni li jinsab bejn l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali u l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fi Triq San Pawl f’San Pawl il-Baħar, jiġi rimedjat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-iżviluppatur laħaq ftehim mal-Kunsill Lokali msemmi sabiex jinħoloq culvert li permezz tiegħu ilma li jkun qed joqgħod fit-triq jaqleb lejn il-baħar u għaldaqstant l-imsemmi ħajt mhux possibbli li jitneħħa qabel isiru x-xogħlijiet imsemmija peress li l-interventi li ser isiru jafu jkunu kaġun ta’ xi nċident.
Il-Mellieħa – Ta’ Masrija – applikazzjonijiet approvati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien/jew hemm PC applications fuq is-sit magħruf bħala Ta’ Masrija fil-Mellieħa li ġew approvati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu approvati? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument relatat ma’ dawn l-applikazzjonijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumnti mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn huma l-Planning Control Applications li ġew approvati fuq is-sit magħruf bħala Ta’ Masrija fil-Mellieħa. M’hemm l-ebda applikazzjoni valida li għadha qed tiġi pproċessata f’dan il-mument, li tirrigwarda dan is-sit.
PC46/13: “Partial Review of the Ta' Masrija Planning Policy (2006).” – Applikazzjoni mil-MEPA, li ġiet approvata fit-13/08/2015
PC42/15: “Partial change to PC46/13, to include shifting of private open space to create a better design and layout” – Applikazzjoni ġiet approvata fl-04/03/2016
PC21/17: “Partial change to PC 46/13, to include shifting of private open space to create a better design and layout.” - Applikazzjoni ġiet approvata fit-28/08/2017
PC25/17: “Change in alignment in approved PC 46/13 on site in question.” Applikazzjoni ġiet irrifjutata mill-Awtorita’ ta’ L-Ippjanar fl-14/09/2017, iżda approvata mill-Bord ta’ l-Appell fl-01/03/2018
Il-Mellieħa – Ta’ Masrija – applikazzjonijiet rifjutati/spiċċaw quddiem appell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien/jew hemm PC applications fuq is-sit magħruf bħala Ta’ Masrija fil-Mellieħa li ġew rifjutati u li spiċċaw quddiem appell? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull dokument relatat ma’ dawn l-applikazzjonijiet li ġew rifjutati u jekk/jew sussegwentement dawn l-istess applikazzjonijiet kellhomx id-deċiżjoni tar-rifjut mibdula favorevolment fl-appell?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma l-Planning Control Applications li ġew irrifjutati fuq is-sit magħruf bħala Ta’ Masrija fil-Mellieħa. M’hemm l-ebda applikazzjoni valida li għadha qed tiġi pprocessata f’dan il-mument, li tirrigwarda dan is-sit.
PC62/16: “Partial change to PC 46/13 to exclude a small part of the private open space due to aesthetical reasons.” – Applikazzjoni ġiet irrifjutata fil-11/01/2018
PC25/17: “Change in alignment in approved PC 46/13 on site in question.” Applikazzjoni ġiet irrifjutata mill-Awtorita’ ta’ L-Ippjanar fl-14/09/2017, iżda approvata mil-Bord ta’ l-Appell fl-01/03/2018
Jista’ l-Ministru jara li l-islipways li jinsabu fil-konfini tal-Mellieħa li fost l-oħrajn jinkludu dawk tal-Għadira, iż-żona tat-Tunnara, Triq it-Trill, ix-Xatt ta’ Santa Maria, il-Mistra, l-Aħrax, l-Armier, it-Torri l-Abjad, iż-Żona Ramla ta’ Kejli, il-Marfa u ċ-Ċirkewwa jsirilhom il-manutenzjoni meħtieġa qabel ix-xhur tas-sajf?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta fasslet pjan ta’ xogħlijiet għall-manutenzjoni ta’ numru ta’ slipways f’lokalitajiet diversi.
Fil-preżent għaddejjin xogħlijiet fuq slipways f’ Baħar iċ-Ċagħaq kif ukoll fil-Ġnejna. Ix-xogħol fuq slipway tal- Exiles ġewwa tas-Sliema mistenni li jinbeda fil-futur qarib, wara li għadu kemm ġie ffinalizzat il-proċess ta’ evalwazzjoni tat-tender għal dawn l-istess xogħlijiet. Bħalissa għaddej ukoll il-proċess ta’ evalwazzjoni ta’ sejħa għall-offerti li ġiet ippubblikata għal xogħlijiet ta’ restawr fuq 10 slipways ġewwa l-lokalita’ ta’ M’Xlokk. Dan filwaqt li diġà ġew sottomessi applikazzjonijiet mal-PA u mal-ERA għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq slipways oħrajn fostom ġewwa l-Marfa, B’Buġia u l-Qawra.
Transport Malta hija kommessa sabiex tkompli għaddejja b’din il-ħidma ta’ manutenzjoni fuq siti oħrajn li jinħtiegu dan it-tip ta’ xogħlijiet.
Slipways fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Salini — manutenzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-islipways li jinsabu fil-konfini ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra u s-Salini jsirilhom il-manutenzjoni meħtieġa qabel ix-xhur tas-sajf?
In-Naxxar – Vjal il-Labour Junction ma’ Triq Franġisku Pisani – xogħol fuq bini ta’ roundabout
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq bini ta’ roundabout fit-tarf ta’ Vjal il-Labour junction ma’ Triq Franġisku Pisani fin-Naxxar, liema roundabout ilha tintalab għal dawn l-aħħar sentejn?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett infrastrutturali biex tinbena r-roundabout imsemmija huwa ppjanat li jibda jitwettaq fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-deċiżjoni tal-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex biex parti minn Triq il-Knisja fl-istess lokal issir one way ma ġietx attwata minn Transport Malta u dan minkejja li din id-deċiżjoni ilha li ttieħdet? X’inhi l-pożizzjoni ta' Transport Malta fuq din id-deċiżjoni tal-Kunsill? Fiex wasal il-proċess biex parti minn din it-Triq il-Knisja ssir one way?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba mil-Kunsill Lokali tax-Xagħra sabiex parti min Triq il-Knisja ssir one way għadha ma ġietx approvata minn Transport Malta. Din it-talba għadha qed tiġi kkunsidrata in vista li għadhom għaddejjjin taħditiet bejn l-entitajiet konċernati biex inkunu ċerti li l-effett tagħha jkun milqugħ b’mod pożittiv minn kulħadd.
Peress li kemm l-Għassa tal-Mellieħa kif ukoll l-Għassa tal-Qawra\Buġibba qed ikunu spiss bla karozza tal-pulizija minħabba ħsarat ripetuti fil-vetturi, jista' l-Ministru jara li dawn l-istess għases ikunu fornuti b'karozzi ġodda? Dan anke għall-fatt li l-karozzi eżistenti huma antiki u mhux qed jilħqu għall-bżonnijiet tal-komunitajiet rispettivi.
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi kif ingħad f’okkażjonijiet oħra, fil-garaxx tal-Pulizija fejn isiru t-tiswijiet tal-karozzi tal-Korp isir minn kollox biex ħsarat ta’ vetturi jissewwew fl-iqsar ħin possibbli. Dan barra mill-fatt li xi vetturi jissewwew ukoll għand l-aġenti tad-ditta tal-karozzi rispettivi. Kemm jista’ jkun, sakemm isiru t-tiswijiet neċessarji jingħataw vetturi alternattivi lid-Distretti u/jew sezzjonijiet rispettivi. Dwar vetturi ġodda, ninsab infurmat li l-korp diġà għaddej bi pjan ta’ xiri ta’ vetturi ġodda u diġà nxtraw xi wħud li ser jitqassmu fil-futur qrib. Dwar it-tqassim tagħhom, dan dejjem isir skont l-esiġenzi li jkun hemm fil-Korp.
Kunsill Lokali Naxxar – proġett tal-inċineratur fiż-Żona tal-Magħtab
Question
Wara li tħabbar li l-proġett tal-inċineratur se jsir fiż-Żona tal-Magħtab, jista’ l-Ministru jara li l-awtoritajiet isejħu laqgħa ta’ informazzjoni u konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali Naxxar kif ukoll tissejjaħ laqgħa pubblika għar-residenti tan-Naxxar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi dejjem kellu fil-ħsieb li fil-mument opportun jagħmel laqgha ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali rispettiv u kwalunkwe laqgħa oħra li jkun hemm bżonn skont iċ-ċirkostanzi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati ma’ studju li sar b’rabta mal-proposta tal-inċineratur li mistenni jinbena fiż-Żona tal-Magħtab?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra numru ta’ rapporti fuq il-materja. Hemm rapport ieħor magħmul mill-Jaspers li jagħmel konklużjonijiet ġeneralment simili iżda rapporti minn din l-entità m’humiex għall-pubblikazzjoni.
Attachments:08c_techreportwaste.pdfTechnical Report by the Ministerial Technical Committee-28.02.2018.pdfTask_1_Report_FINAL_v2_signed_ISSUED.PDFTask_2_Report_Final_signed_ISSUED.pdfTask_3_Report_1_ISSUED_FINAL_SIGNED.pdfTask_3_Report_2_CBA Report.pdfTask_4_Report_FINAL_ISSUED_SIGNED.pdfTask_5_PDS_Report_FINAL_SIGNED_ISSUED.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid meta mistenni jinbeda x-xogħol fuq l-inċineratur propost li jsir fiż-Żona tal-Magħtab?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Kif l-Onor. Interpellant jista’ jifhem, proġett bħal dan jirrikjedi ħafna xogħol metikoluż u li jrid isir bir-reqqa kollha inkluż dak preparatorju u ta permessi. Dan ix-xogħol diġà beda. Min-naħa l-oħra x-xogħol fiżiku fuq is-sit mhux mistenni jinbeda qabel tlett snin oħra jew ftit iktar.
Jista’ l-Ministru jara li l-periklu li qed jinħoloq minħabba siti ta’ kostruzzjoni faċċata tal-Knisja tax-Xemxija jiġi rimedjat mill-aktar fis u qabel iseħħu inċidenti u dan peress li l-parti tat-triq indikata spiċċat bla bankina, kif ukoll it-traffic lights biswit spiċċaw ġew mgħottija mill-ħajt li ttella’ fuq is-sit inkwistjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rappreżentanti ta’ Transport Malta u tal-Uffiċċju għar-Regolament tal-Bini qegħdin f’kuntatt dwar is-suġġeriment imsemmi fir-rigward ta’ ħolqien ta’ bankina, in vista tal-fatt li l-ewwel jeħtieġ li jkun assigurat li jkun hemm spazju bizzejjed biex jgħaddu nġenji ta’ ċertu kobor. Sadanittant, il-materja dwar it-traffic lights qed tiġi indirizzata wkoll.
Jista’ l-Ministru jara li l-ħofor li hemm tul it-triq u l-bankina mal-promenade tal-Għadira fil-Mellieħa jsirilhom il-manutenzjoni meħtieġa jew addirittura tingħata wiċċ ġdid tul l-istess triq u possibbilment isiru bankini ġodda?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirrżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid liema toroq ser ikunu qed jinbnew mill-ġdid fin-Naxxar matul is-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid liema ser ikunu t-toroq li ser jinbnew mill-ġdid fil-Mellieħa matul is-sena 2018?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
MEPA – fond UIF – flus li bbenefikat il-komunità tal-Mellieħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ewro li minnu bbenefikat il-komunità tal-Mellieħa mill-fond amministrat mill-MEPA imsejjaħ Urban Improvement Fund (UIF) sena b'sena bejn l-2008 u l-2017 u fuq liema proġetti dawn ġew minfuqa?
Response (BORG, IAN)
Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5106, hawn taħt anness dokument li juri l-ammont ta' ewro li minnu bbenefikat il-komunità tal-Mellieħa mill-fond amministrat mill-MEPA imsejjaħ Urban Improvement Fund (UIF) sena b'sena bejn l-2008 u l-2016, flimkien mal-proġetti li għalihom ġew użati dawn il-fondi.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fond tal-UIF ġie mibdul fid-"Development Planning Fund" li jiġbor flimkien id-dħul ta' l-Awtorita' minn diversi sorsi f'fond wieħed skont ma titlob il-liġi. Għalhekk it-tweġiba hija limitata għal-perjodu sakemm baqa jaħdem il-fond tal-UIF bħala fond distint - jiġifieri sa' l-aħħar tas-sena 2016.
Sena
Proġett
Ammount li minnu bbenefikat il-komunita tal-Mellieħa
€
Sep-04
Playing Field at Manikata
46,587.47
2004
46,587.47
Oct-07
Works at Tal-Masrija
13,533.66
2007
13,533.66
Feb-08
Open Space at Triq l-Ġħoljiet & Triq il-Kbira
75,150.00
Feb-08
Recreational Open Space at Triq il-Miġbħa, Triq il-Ġħasel u Triq Xehda
71,000.00
2008
146,150.00
Oct-10
Embellishment Project for recreation site at junction between Triq il-Miġbħa, Triq il-Ġħasel u Triq ix-Xehda
147,454.00
2010
147,454.00
Dec-12
Proposed improvements to existing Belveder/Recreational area at "Erwieh Street"
77,912.87
2012
77,912.87
Jan-14
New playing in Triq il-Wilġa (new installations of street lighting in Triq il-Pont, Triq ta' Fuq il-Wirdien u Triq Mons Gużeppi Schembri
37,090.87
Sep-14
Installazzjoni ta' dawl tat-toroq fi Triq Ghajn Żejtuna u Triq ta' Taht l-Irdum li għadhom mhux imdawwla fil-Mellieħa
102,819.37
2014
139,910.24
Feb-16
Street Lighting Scheme fi Triq Ġħajn Żejtuna part of Ix-Xatt ta' Santa Marija and Triq il-Qasab
92,252.06
2016
92,252.06
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta mistenni li jitressqu l-Avviżi Legali li dwarhom kien hemm qbil bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fl-aħħar leġislatura, b'rabta mal-liġi dwar stili ta' ħajja sana, liema liġi kienet tressqet mill-Oppożizzjoni u ġiet approvata unanimament mill-Parlament f'Jannar 2016? Dawn l-Avviżi Legali kellhom jitrattaw fost l-oħrajn l-oqsma tal-edukazzjoni, kunsilli lokali kif ukoll l-anzjani.
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx fassal żewġ avviżi legali dwar dan il-qasam, li fiż-żmien li ġej ser ikunu ikkunsidrati għal pubblikazzjoni.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti approvati/ jew sottomessi quddiem il-MEPA b'rabta mal-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u jindika meta mistenni jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din l-estensjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pjanti tal-proġett, u li ġew sottomessi quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. It-timeframes tal-proġett jiġu stabbiliti meta jinħarġu l-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – inċidenti tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku li seħħew fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa bejn is-snin 2007 u l-2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2017, il-pulizija rreġistrat disgħa u sittin (69) inċident tat-traffiku li seħħew fi Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa, kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena
Ammont
2007
2
2008
6
2009
7
2010
9
2011
10
2012
3
2013
5
2014
6
2015
10
2016
11
2017
0
Total
69