Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18228 u jgħid jekk is-sit li jinsab fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa (preċiżament bejn Triq is-Sagħtar u Triq il-Miġbħa) u li issa l-Gvern iddeċieda li jippermetti bini ta’ numru ta’ appartamenti, kienx is-sit identifikat li fuqu kienu ser isiru l-klassijiet temporanji f'containers sakemm tinbena/jew issir l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda sit għadu ma ġie identifikat għall-użu ta’ klassijiet mobbli temporanji u dan se jsir wara proċess ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba kkonċernati. Qed inħarsu li kull spazju li jintuża ikun tal-Gvern u mhux tal-privat.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19183 u ċjoè: Peress li l-Premju Ħaddiem tas-Sena jaqa’ fil-portafoll tal-Ministeru immexxi minnu, jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn jinsab it-trofew oriġinali, li kien beda jingħata sa mill-1990 għal kull sena lir-rebbieħ tal-Premju u li huwa xogħol prestiġjuż tal-artist Malti Noel Galea Bason maħdum fil-bronż, injam u rħam? Jista’ jgħid ukoll meta kienet l-aħħar sena li r-rebbieħ tal-Premju Ħaddiem tas-Sena ngħata t-trofew maħdum minn Galea Bason u x’kienet ir-raġuni li ma baqax jingħata dan it-trofew imsemmi? Peress li dan ix-xogħol artistiku huwa parti mill-wirt artistiku Malti jista’ jassigura li din l-opra ser titpoġġa taħt il-kustodja tal-MUŻA u esebita hemmhekk għall-apprezzament tal-pubbliku?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li l-aħħar darba li intuża dan it-trofew kien fl-2009, skont ritratti meħuda mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Fis-sena 2010, il-membru fil-Kabinett ta’ dak iż-żmien ħabbar trofew ġdid. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra wkoll ir-ritratti tad-Dipartiment tal-Informazzjoni li juru dan kollu. M’hemmx aktar informazzjoni dwar fejn jinsab it-trofew inkwistjoni, liema trofew ingħata l-aħħar taħt amministrazzjoni preċedenti tal- 2008-2013.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema li kienu impjegati mal-Malta Drydocks u mal-Malta Shipbuilding li ġew redundant wara li f’Novembru 2003 iż-żewġ kumpaniji pubbliċi ġew ristrutturati fil-Malta Shipyards u li ser jirċievu xi forma ta’ kumpens fil-ġejjieni qarib? Jista’ jgħid ukoll fuq liema kriterji (eż. numru ta’ snin, grad, eċċ.) qed jinħadem dan il-kumpens u x’inhi l-proċedura biex tali ħaddiem japplika għal dan il-kumpens?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa stmat li madwar 500 eks ħaddiema tal-Malta Drydocks u tal-Malta Shipbuilding ser ikunu intitolati għal kumpens skont skema mnedija fil-bidu ta’ Mejju.
L-iskema tgħodd għal dawk il-persuni li kienu impjegati mal-kumpaniji msemmija u li f’Novembru tal-2003 kienu ġew trasferiti mal-Indsustrial Projects and Services Ltd (IPSL), illum magħrufa bħala Resource and Services Ltd. L-iskema hija miftuħa wkoll għall-eredi ta’ persuni li ġew nieqsa.
Il-kumpens ser jieħu forma ta’ għotja li titħallas fuq numru ta’ snin b’sejħiet separati għall-applikazzjonijiet minn żmien għal żmien. Kull sejħa tkun kull darba suġġetta għall-proċess ta’ verifika.
Iż-żmien biex persuna tapplika ser jagħlaq fl-aħħar ta’ Lulju 2024. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu bil-posta lid-Dipartment tas-Sigurtà Soċjali, f’38, Triq l-Ordinanza, il-Belt Valletta, VLT 1021, jew bil-posta elettronika fuq kuntattdss@gov.mt.
Peress li l-Premju Ħaddiem tas-Sena jaqa’ fil-portafoll tal-Ministeru immexxi minnu, jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn jinsab it-trofew oriġinali, li kien beda jingħata sa mill-1990 għal kull sena lir-rebbieħ tal-Premju u li huwa xogħol prestiġjuż tal-artist Malti Noel Galea Bason maħdum fil-bronż, injam u rħam? Jista’ jgħid ukoll meta kienet l-aħħar sena li r-rebbieħ tal-Premju Ħaddiem tas-Sena ngħata t-trofew maħdum minn Galea Bason u x’kienet ir-raġuni li ma baqax jingħata dan it-trofew imsemmi? Peress li dan ix-xogħol artistiku huwa parti mill-wirt artistiku Malti jista’ jassigura li din l-opra ser titpoġġa taħt il-kustodja tal-MUŻA u esebita hemmhekk għall-apprezzament tal-pubbliku?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18234 u jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Mellieħa u li jinkludi wkoll in-numru b’mod separat ta’ dawk li qed jattendu fil-bini tal-faċilità sportiva li tinsab biswit l-istess skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 569 student li jattendu fl-iskola msemmija.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra u Naxxar — Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18235 u jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Mellieħa, ta’ San Pawl il-Baħar, tal-Qawra u tan-Naxxar (Primarja u Medja) (b’mod separat) u ta’ liema nazzjonalità huma dawn l-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Mellieħa Primary
Naxxar Middle School
Naxxar Primary
Qawra Primary
St Paul's Bay Primary
569
801
555
920
682
TM — Talbiet li tressqu mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li għadhom pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm talbiet imressqa mill-Kunsill Lokali Mellieħa quddiem Transport Malta u li għadhom pendenti għall-approvazzjoni tal-istess awtorità u jindika wkoll id-dati ta’ meta tressqu dawn it-talbiet?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm żewġ talbiet pendent quddiem Transport Malta. Waħda mit-talbiet saret fit- 23 ta Frar 2024, filwaqt illi it tieni waħda saret fl- 1 ta’ Marzu 2024.
TM — Talbiet li tressqu mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li ġew approvati/rifjutati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma/kienu t-talbiet li tressqu bejn Jannar 2020 u April 2024 mill-Kunsill Lokali Mellieħa quddiem Transport Malta għall-approvazzjoni u li ġew approvati/rifjutati mill-istess awtorità u jindika wkoll id-dati ta’ meta tressqu u meta ġew approvati jew rifjutati?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tat-talbiet li saru.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18231 u jgħid kemm-il laqgħa saret mal-Kap u / jew mal-Kunsill Skolastiku tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u li fihom ġie trattat il-proġett tal-bini / estensjoni tal-istess skola bejn Jannar 2014 u Marzu 2024? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Minuti ta’ dawn il-laqgħat fejn issemma biss dan il-proġett?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li saru numru ta’ laqgħat rigward il-proġett imsemmi, u ser jibqgħu isiru l-laqgħat skont in-neċessità.
Mellieħa – Skola Primarja – Allokazzjoni tal-istudenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18233 u ċjoè: Ġaladarba jibda x-xogħol fuq l-estensjoni jew bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jgħid fejn ser ikunu qed jiġu allokati l-istudenti li llum qed jattendu l-istess skola? Jekk l-istudenti ser jinżammu fl-istess lokalità, jista’ jgħid ukoll f’liema żona tal-Mellieħa se ssir din l-allokazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddej l-istħarriġ neċessarju u kif ukoll diskussjonijiet mal-istakeholders sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni possibbli għall-allokazzjoni tal-istudenti. Id-diskussjonijiet eventwalment se jinkludu wkoll anki lill-edukaturi u l-ġenituri.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18228 u jgħid jekk is-sit li jinsab fiż-żona tal-Għoljiet tal-Mellieħa (preċiżament bejn Triq is-Sagħtar u Triq il-Miġbħa) u li issa l-Gvern iddeċieda li jippermetti bini ta’ numru ta’ appartamenti, kienx is-sit identifikat li fuqu kienu ser isiru l-klassijiet temporanji f'containers sakemm tinbena/jew issir l-estensjoni tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Mellieħa u San Pawl il-Baħar – Knis u t-tbattil tal-bins mit-toroq residenzjali
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra skeda ta’ kif u meta suppost isir il-knis u t-tbattil tal-bins mit-toroq residenzjali fil-Mellieħa (Manikata) u f’San Pawl il-Baħar (Qawra - Buġibba - Xemxija - Burmarrad), maqsuma triq triq bil-frekwenza indikata fil-kuntratti mogħtija?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Attachments:KL Mellieha - Street Cleaning Schedule.pdfKL SPB - Street Cleaning Schedule.pdf
Mellieħa u ta’ San Pawl il-Baħar – Kontijiet bankarji
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti (bilanċi) li għandhom il-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa u ta’ San Pawl il-Baħar fil-kontijiet bankarji rispettivi tagħhom sal-aħħar tas-sena finanzjarja li għadha kif intemmet?
Response (BONNICI, OWEN)
L-informazzjoni miġbura u mgħoddija lili tinsab elenkata fit-tabella indikata hawn taħt.
L-ammonti (bilanċi) totali li kellhom il-Kunsilli Lokali tal-Mellieħa
u ta’ San Pawl il-Baħar fil-kontijiet bankarji rispettivi tagħhom
sal-aħħar tas-sena finanzjarja 2023
Kunsill Lokali Mellieħa€2,982,559.00
Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar€2,707,743.03
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xogħol fuq servizzi li qed isiru f’dawn il-jiem fiż-żona ta’ Forti Campbell (limiti ta’ Selmun - Mellieħa) humiex relatati mal-fatt li dan il-post b’valur storiku jista’ jkun li ser ikun qed jiġi żviluppat? Jekk le, allura tista’ tgħid x’inhi r-raġuni għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, waqt li qegħdin isiru interventi minn Infrastructure Malta fi Triq tax-Xagħra ta’ Selmun, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tagħmel tibdil ta’ mejnijiet u estenzjoni tan-network tan-New Water fit-Tramuntana ta’ Malta. Ix-xogħlijiet qegħdin isiru u jiġu kkordinati minn Infrastructure Malta. Għal dak li jirrigwarda Forti Campbell nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Żoni tal-Miżieb - Xogħlijiet
Question
Fid-dawl li t-toroq li għaddew xi servizzi minnhom fiż-żoni tal-Miżieb, l-Imbordin u San Martin (limiti tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar) sal-lum ingħataw biss (fejn ingħataw) wiċċ tal-konkos u li però jinsabu fi stat ta’ periklu u li qed jikkawżaw ħsarat lill-vetturi li jgħaddu minnhom, tista’ l-Ministru tgħid meta dawn it-toroq ser jerġgħu jitpoġġew fl-istat li kienu qabel inbeda x-xogħol jew saħansitra jingħataw wiċċ ġdid?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fiż-żoni li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tinsab għaddejja bi proġett estensiv fejn qed tgħaddi kemm servizzi ta’ New Water kif ukoll għad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb. Infurmata li apparti li ngħata l-konkos fuq it-trinek sar anke l-cold asphalt fejn il-konkos inkiser. Il-pjan tal-Korporazzjoni huwa li fil-ġimgħat li ġejjin jingħata l-asfalt fuq il-partijiet lesti, filwaqt li jibqa’ għaddej ix-xogħol fid-direzzjoni tal-bypass sakemm jingħaqad mal-infrastruttura eżistenti.
Mellieħa — Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier - Kontravenzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew kontravenzjonijiet u kemm minnhom inqabbdu bil-cameras fi Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa bejn Jannar u April 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Mellieħa — Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier - Kontravenzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew kontravenzjonijiet u kemm minnhom inqabbdu bil-cameras fi Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa bejn Jannar u April 2024?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u l-11 ta’ April 2024 seħħew mija u tmienja u ħamsin (158) kontravenzjonijiet fi Triq il-Kbira u Triq Ġorġ Borg Olivier fil-Mellieħa. Minn dawn ħamsa u sebgħin (75) kontravenzjoni inqabbdu bil-cameras u l-kumplament inħarrgu mill-Pulizija u uffiċjali tal-LESA.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Mellieħa u li jinkludi wkoll in-numru b’mod separat ta’ dawk li qed jattendu fil-bini tal-faċilità sportiva li tinsab biswit l-istess skola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Qawra u Naxxar — Studenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-Iskola Primarja tal-Mellieħa, ta’ San Pawl il-Baħar, tal-Qawra u tan-Naxxar (Primarja u Medja) (b’mod separat) u ta’ liema nazzjonalità huma dawn l-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.