Mill-istudji li saru jew li għad iridu jsiru dwar l-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jagħti garanzija li mhux se jintilef ramel matul is-snin u li l-bajja mhux se tiddegrada ġaladarba se jkun qiegħed jintmiss is-sand bank eżistenti?
Peress li qed jiġi kkunsidrat li jsir breakwater fil-viċinanzi tal-bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx modelling/studju dwar l-impatt fuq/ta' din l-istruttura u kif se jkunu affetwati l-kurrenti fuq l-istess bajja?
Bajja tal-Għadira – Garanzija għall-istatus ta’ Blue Flag
Question
Jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-istatus ta' Blue Flag miksub għall-Bajja tal-Għadira fil-Mellieha fl-2010, bl-ebda mod mhu se jkun qed jitpoġġa f'riskju ġaladarba jsir il-proġett tal-estensjoni tal-Bajja msemmija?
Żona tat-Tunnara fil-Mellieħa – sajjieda — bastimenti
Question
Jista' l-Ministru jserraħ ras is-sajjeda Mellieħin li kif ġara dejjem għal dawn l-aħħar 20 sena u aktar, dawn l-istess sajjieda se jitħallew iżommu l-bastimenti/dgħajjes tagħhom fiż-żona magħrufa tat-Tunnara fil-Mellieħa matul ix-xhur tax-xitwa liema żona kien sar investiment (wiċċ ġdid bit-tarmak, dawl ġdid u sinjali ġodda) fiha mill-kunsill lokali fl-2010 u li min dan l-investiment gawdew mhux biss is-sajjieda iżda dawk kollha li jagħmlu użu minnha s-sena kollha nkluż, kif kien sewwa u xieraq, il-pubbliku inġenerali?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru responsabbli mis-sajd.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema żoni differenti kienu mpoġġija l-Bring-in Sites mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-konfini tal-lokalità, sena b’sena bejn Jannar 2009 u Marzu 2018?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2009 il-Bring-in Sites fil-lokalità tal-Mellieħa kienu jinstabu fiż-żoni sussegwenti:
1. Triq l-Iżbark tal-Franċiżi
2. Triq l-Etna
3. Qasam Barrani
4. Ramla tal-Qortin
5. L-Armier iż-Żgħir
6. Ramla tat-Torri l-Abjad
7. Triq il-Marfa
8. Triq it-Trill
9. Daħlet ix-Xmajjar
10. L-Għadira
11. Triq il-Mellieħa
Filwaqt li fl-2010 żdiedet żona oħra li hija Ix- Xatt Ta` Santa Marija. Għaldaqstant mill-2010 sal-2014 il-lokalità tal-Mellieħa kellha tnax–il żona fejn kienu jinstabu il-
Bring-in Sites.
Dan
qabel ma l-Wasteserv tat dawn is-siti lill-Kunsill Lokali biex jiġu ġestiti minnhom hekk kif stabbilit fil-kuntratt oriġinali.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema żoni differenti kienu mpoġġija l-Bring-in Sites mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa fil-konfini tal-lokalità, sena b’sena bejn Jannar 2009 u Marzu 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 5445.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ Bring-in Sites fil-lokalità tal-Mellieħa bejn Jannar 2009 u Marzu 2018 (sena b’sena)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija l’istess bħar-risposta’ għall-Mistoqsija Parlamentari 5444 u cioè li fl-2009 il-lokalità tal-Mellieħa kellha ħdax-il żona fejn kienu jinstabu il-Bring-in Sites. Dawn żdiedu għal tnax-il żona fl-2010 sas-sena 2014. Dan qabel ma l-Wasteserv tat dawn is-siti lill-Kunsill Lokali sabiex jiġu ġestiti minnhom hekk kif stabbilit fil-kuntratt oriġinali.
Lukanda f’Selmun u l-Palazz – intenzjonijiet tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-intenzjonijiet tal-Gvern fir-rigward ta’ dik li qabel kienet il-lukanda f’Selmun flimkien mal-Palazz biswit l-istess struttura?
Triq li mill-pont tal-Mistra tagħti għall-bajja tal-Mistra – qtugħ ta’ qasab
Question
Jista’ l-Ministru jara li ammont ta’ qasab li hemm fit-triq li minn fuq il-pont tal-Mistra tagħti għall-bajja tal-Mistra u li qed joħolqu periklu għas-sewwieqa u għan-nies li jgħaddu bil-pass miż-żona, jiġu maqtugħa jew jinżabru?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet li ġejjin ser issir spezzjoni fuq il-medda tat-triq li tagħti mill-pont għal bajja tal-Mistra u jsir pjan ta azzjoni biex jitneħħa il-qasab li jista jkun ta’ periklu għas-sewwieqa u għan-nies li jgħaddu bil-pass.
Jista’ l-Ministru jgħid il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kemm kellu żoni differenti ta’ Bring-in Sites fil-konfini tal-lokalità, sena b’sena bejn Jannar 2009 u Marzu 2018?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2014 il-lokalita’ tal-Mellieħa kellha tnax-il żona fejn kienu jinstabu il-Bring-in Sites. Dan qabel ma l-Wasteserv tat dawn is-siti lill-Kunsill Lokali biex jiġu ġestiti minnhom hekk kif stabbilit fil-kuntratt oriġinali.
Jista’ l-Ministru jgħid il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa kemm kellu żoni differenti ta’ Bring-in Sites fil-konfini tal-lokalità, sena b’sena bejn Jannar 2009 u Marzu 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Mellieħa – Il-Bajja tal-Għadira – xogħol ta’ tkabbir
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kollha approvati sabiex ikun jista’ jibda x-xogħol tat-tkabbir tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess għadu għaddej.
Il-Bajja tal-Għadira – xogħol ta’ tkabbir — konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta u ma’ min ikkonsulta dwar il-proġett tat-tkabbir tal-Bajja tal-Mellieħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Projects Malta Limited ikkonsultat ma’ bosta entitajiet dwar dan il-proġett fosthom mall-ERA, KNPD, Enemalta, Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, SCH, OHSA, Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, Kunsill lokali tal-Mellieħa, Transport Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġej jiswa l-proġett tat-tkabbir tal-Bajja tal-Għadira, mil-liema fond ser jitħallas u jekk hux diġà ħarġu s-sejħiet għall-offerti sabiex isir ix-xogħol li ser ikun hemm bżonn isir?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la darba jiġu ffinaliżżati l-permessi toħroġ stima finali skont il-parametri li jkunu approvati.