Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Triq il-Kbira u Triq in-Nasses — pjanti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar pjanti li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-bini tal-lukanda u appartamenti fid-daħla tal-Mellieħa bejn Triq il-Kbira u Triq in-Nasses? Fl-istess waqt jindika jekk kienx hemm xi forma ta' oġġezzjoni għal dan l-iżvilupp mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-Mistoqsija Parlamentari ma tistax titwieġeb mingħajr ma’ tipprovdi n-numru tat-tracking jew n-numru tal-PA.

Mellieħa — Kunsill Lokali – devoluzzjoni ta’ beni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data u sena ġew devoluti dawn il-beni fil-Mellieħa lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa mill-Gvern: 1: Batterija ta’ Westreme; 2: Torri l-Abjad; 3: Kumpless ta’ Rziezet f’Selmun; 4: Pill Box fuq ix-xifer biswit Triq Dun Balen; u 5: Kamra li tifforma parti minn kumpless ta’ kmamar fil-Park tal-Majjistral?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda annessa ma’ din it-tweġiba. ProprjetàData tal-Lease Agreement Batterija ta’ Westreme12/04/2001 Torri l-Abjad10/09/2009 Kumpless ta’ Rziezet f’Selmun24/02/2012 Pill Box fuq ix-xifer biswit Triq Dun Belin10/09/2009 Kamra li tifforma parti minn kumpless ta’ kmamar fil-Park tal-Majjistral19/11/2011

Mellieħa – Triq il-Qortin – sejħa għall-offerti għall-wiċċ ġdid tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema jum, xahar u sena bejn l-2008 u l-2016 il-Gvern jew xi awtorità responsabbli ħarġet sejħiet għall-offerti sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-triq imsemmija kellu jsir fl-2012. Kienet ħarġet sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Ġunju tal-istess sena. Madankollu, l-offerta tal-kuntratt lill-kuntrattur magħżul għal dan ix-xogħol ġiet ikkanċellata f’Settembru tal-istess sena. It-triq baqgħet ma saritx sakemm f’Novembru 2017 inbniet mill-ġdid kif kien meħtieġ, permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali Mellieħa.
Leg 13 PQ #6058 Sitting 126 2018-06-05 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi

Mellieħa – Triq il-Qortin – sejħa għall-offerti għall-wiċċ ġdid tat-triq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema jum, xahar u sena bejn l-2008 u l-2016 il-Gvern jew xi awtorità responsabbli ħarġet sejħiet għall-offerti sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa – Triq il-Qortin – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li kuntrattur jew kuntratturi wara li kienu ngħataw id-dritt, wara sejħa pubblika, sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa f’xi sena bejn l-2008 u l-2013, dawn l-istess kuntrattur jew kuntratturi naqsu milli jwettqu x-xogħol bil-prezz mogħti fl-offerta oriġinali peress li fl-istess żmien kien hemm varjazzjoni fil-prezz internazzjonali taż-żejt?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini mill-ġdid tat-triq imsemmija kellu jsir fl-2012. Kienet ħarġet sejħa għall-offerti f’Ġunju tal-istess sena. Madankollu, l-offerta tal-kuntratt lill-kuntrattur magħżul għal dan ix-xogħol ġiet ikkanċellata f’Settembru tal-istess sena. It-triq baqgħet ma saritx sakemm f’Novembru 2017 inbniet mill-ġdid kif kien meħtieġ, permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Transport Malta u l-Kunsill Lokali Mellieħa. L-għoti tal-kuntratt f’Settembru 2012 ġie kkanċellat wara li l-kuntrattur, li kien l-uniku wieħed li tefa’ l-offerta, ma ffirmax il-kuntratt offrut lilu minn Transport Malta. Dan il-kuntratt kien jirrifletti l-offerta li għamel l-istess kuntrattur u li kienet tikkompara tajjeb mal-istima tal-Awtorità għal dan ix-xogħol.
Leg 13 PQ #6060 Sitting 126 2018-06-05 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Finanzi

Mellieħa – Triq il-Qortin – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx il-każ li kuntrattur jew kuntratturi wara li kienu ngħataw id-dritt, wara sejħa pubblika, sabiex isir wiċċ ġdid għal Triq il-Qortin fil-Mellieħa f’xi sena bejn l-2008 u l-2013, dawn l-istess kuntrattur jew kuntratturi naqsu milli jwettqu x-xogħol bil-prezz mogħti fl-offerta oriġinali peress li fl-istess żmien kien hemm varjazzjoni fil-prezz internazzjonali taż-żejt?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – Ħajt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ġara preċizament u x'seta’ mar ħażin biex il-ħajt li tela' b'mod stramb u suspettuż fil-bypass tal-Mellieħa (biex insterqet parti mill-istess bypass) issa qed jitkisser, anke fid-dawl li sa ftit jiem ilu l-Ministru stess fil-Parlament kien aċċerta lill-Kamra li kollox kien qed isir skont il-pjanti li hu stess kien poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ mistoqsija parlamentari 5153?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-bini mill-ġdid ta’ Triq Louis Wettinger, magħrufa bħala l-Bypass tal-Mellieħa, miexi b’ritmu mgħaġġel u mistenni jitlesta sas-sajf, kif ippjanat. Dan l-investiment b’valur ta’ madwar €2 miljun, qed isir wara li l-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali laqa’ suġġerimenti tal-Kunsill Lokali Mellieħa u ta’ persuni oħra li jużaw din it-triq u talab lil Transport Malta tikkunsidra li tiddisinja l-pjanti tat-triq mill-ġdid sabiex issir aktar sikura, mingħajr ma tidjieq, kif kien ippjanat li jsir qabel. B’dan il-proġett, is-sigurtà għal dawk kollha li jużaw din it-triq qed tissaħħaħ permezz ta’ tagħmir ġdid ta’ crash barriers mal-ġnub tal-karreġġjata, u central strip ġdida bil-crash barriers fin-nofs, bejn il-korsiji f’direzzjonijiet opposti. Fl-istess waqt, it-triq kollha, li sal-lum qatt ma kienet imdawla, ser ikollha sistema ġdida ta’ lampi fuq arbli. Minbarra l-erba’ korsiji għall-karozzi, tnejn f’kull direzzjoni, din il-Bypass ser ikollha wkoll korsija għar-roti b’tul ta’ 1.4 kilometri. Fl-aħħarnett, dan il-proġett jinkludi wkoll disinn ġdid ta’ uħud mill-junctions bejn din it-triq u toroq oħra li jinfdu magħha, fosthom it-triq tal-Miżieb u toroq oħra li jwasslu għaż-żoni residenzali tal-Mellieħa. Il-pjanijiet oriġinali għad-disinn mill-ġdid tal-Bypass tal-Mellieħa, imfassla snin ilu, kienu jinkludu t-tneħħija ta’ waħda mill-erba’ korsiji tal-Bypass bħala miżura ta’ sigurtà. Fil-fatt, partijiet oħra ta’ dan il-Bypass kif ukoll toroq oħra fl-istess rotta bejn il-Mellieħa u ċ-Ċirkewwa, diġa ċċekknu għal tliet jew żewġ korsiji minn amministrazzjonijiet preċedenti. Hekk kif diġa spjegajt waqt intervent fis-seduta Parlamentari ta’ nhar il-Ħamis 24 ta’ Mejju, waqt it-twettiq ta’ dan il-proġett, il-periti ta’ Transport Malta nnutaw li jekk isir intervent addizzjonali biex it-triq titwessa ftit ieħor, ikun jista’ jkompli jitnaqqas ir-riskju ta’ aċċidenti f’din iż-żona, biswit waħda mill-junctions tal-Bypass. Dan seta’ jsir billi titwessa ftit it-triq fuq art naturali fuq naħa waħda, jew billi tiġi mmodifikata triq residenzjali pubblika li qed tinbena fl-istess ħin minn żviluppatur privat, skont pjanti approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar, fuq in-naħa l-oħra tal-Bypass. Tlabt lil Transport Malta sabiex tevita li twessa t-triq fuq żoni naturali u minflok tagħmel it-titjib meħtieġ fin-naħa tat-triq residenzjali, li setgħet tiġi aġġustata faċilment peress li għadha f’fażi ta’ żvilupp. Dan it-titjib addizzjonali sar fi żmien qasir sabiex il-proġett seta’ jitkompla skont kif ippjanat. Tajjeb jiġi ċċarat li l-ħajt li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Cutajar ma seraq xejn, għaliex kemm it-triq resienzjali kif ukoll il-Bypass kienu u għadhom propjetà pubblika. Meta jitlestew l-iżviluppi kollha mis-sidien differenti tal-artijiet f’din iż-żona, din it-triq residenzjali ġdida ser tifforma parti minn Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, li tinsab fl-istess inħawi, biex ma tibqax sqaq iżda triq tinfed mal-qalba tal-lokalità. B’hekk issir aktar aċċessibbli għar-residenti li jgħixu fiha.

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – permessi u pjanti ta’ ħajt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi u l-pjanti oriġinarjament approvati tal-ħajt li tela' fil-Bypass tal-Mellieħa li permezz tiegħu nsterqet parti mill-istess Bypass biex setgħet issir service road (liema service road kienet indikata mill-Ministru stess f'risposta għall-mistoqsija parlamentari 4634)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħajt li qed jirreferi għalih ma seraq l-ebda art. Il-ħajt imsemmi sar minn kuntrattur privat, sabiex tiġi ffurmata triq residenzjali skont il-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar, u skont il-liġijiet applikabbli għall-iffurmar ta’ toroq residenzjali ġodda. Din it-triq residenzjali eventwalment ser tifforma parti minn Triq l-Iżbark tal-Franċiżi, triq residenzjali fl-inħawi li bħalissa ma tinfidx. B’hekk ir-residenti ta’ din it-triq ikollhom aċċess aħjar għall-qalba tal-Mellieħa. Kemm l-art tal-Bypass kif ukoll l-art tat-triq residenzjali ġdida kienu u għadhom proprjetà pubblika.

Il-Mellieħa – Bypass – Service Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet valutata s-service road (kif indikata mill-Ministru stess f'risposta parlamentari 4634) li saret fil-bypass tal-Mellieħa u jekk kienx hemm ħlas dovut lid-Dipartiment tal-Artijiet u jekk kien hemm ħlas, jista’ jgħid kemm kien dan il-ħlas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Bypass – Service Road — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jgħid min se jagħmel tajjeb għall-ispejjeż żejda dovuti sabiex inbena u twaqqa’ l-ħajt li permezz tiegħu saret is-service road u jistax ukoll jikkonferma jew le jekk il-ħajt li nbena u twaqqa’ fil-bypass tal-Mellieħa sabiex setgħet issir service road hux se jerġa’ jinbena liema service road kienet indikata mill-Ministru stess f'risposta għall-mistoqsija parlamentari 4634?

Response (BORG, IAN)

Nitlob ill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 6013 u 6014.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – inċidenti tat-traffiku

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm kienu l-inċidenti tat-traffiku li seħħew fi Triq Lewis Wettinger (bypass) fil-Mellieħa bejn il-Ġimgħa 20 ta' April 2018 u l-Ħadd 6 ta' Mejju 2018 u jekk dawn l-istess inċidenti seħħewx fiż-żona minn fejn jew viċin fejn ittieħdet parti mill-istess triq fl-aħħar ġimgħat, preċiżament fil-parti li ż-żona biswit tagħha hija magħrufa bħala Ta' Masrija u li tinsab viċin ħafna t-triq li tagħti għall-Miżieb. (inċidenti qed nifhem kemm dawk li ssejħu l-pulizija kif ukoll l-uffiċjali tal-komunità - gwardjani lokali)

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu msemmi mill-Onorevoli Interpellant, u ċioè bejn il-Ġimgħa 20 ta' April 2018 u l-Ħadd 6 ta' Mejju 2018, kien hemm inċident tat-traffiku wieħed irregistrat fis-sistema tal-Pulizija, li seħħ fi Triq Lewis Wettinger, il-Mellieħa. L-inċident seħħ viċin l-entratura tat-Triq għall-Miżieb. L-informazzjoni ma tinkludix dettalji ta’ inċidenti tat-traffiku li attendew għalihom il-Gwardjani Lokali. Jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq it-tali informazzjoni, nitolbu jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – miżuri/inizjattivi għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-miżuri jew inizjattivi (jiġu elenkati waħda waħda b'mod separat) li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħa bejn l-2013 u l-2018 sabiex l-istess kunsill żamm mal-obbligi tiegħu b'rabta mat-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-lokalità tal-Mellieħa u li kienu elenkati fir-rapport li kien ħareġ l-istess f'dokument (Żvilupp Sostenibbli fil-Mellieħa) fl-2009 - 2010 kif ukoll obbligi oħra li joħorġu mill-ftehim (Convenant of Mayors) li l-Mellieħa hija waħda mill-kunsilli madwar id-dinja firmatarji ta' dan l-istess ftehim?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa – dokumenti għal żvilupp sostenibbli

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument li kien nieda u kkummisjona l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn l-2009/2010, liema dokument kien iffinanzjat minn skema tal-Gvern Ċentrali ta' dak iż-żmien u li kien jitratta dwar żvilupp sostenibbli fil-lokalità tal-Mellieħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokument tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, hekk kif provdut mill-istess Kunsill.

Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ – inizjattivi sospiżi

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-inizjattiva tal-Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ tinsab sospiża u jekk allura għal din is-sena hux se jkunu allokati fondi u youth workers għall-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ li jixtiequ u jridu li jitwaqqfu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ – għotjiet ta’ fondi sospiżi

Question

Jekk l-għotjiet tal-fondi għall-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ ġew sospiżi, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li waslu għal din id-deċiżjoni u kif din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lill-Kunsilli Lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ – tibdil fuq inizjattivi

Question

Fir-riforma tal-Kunsilli Lokali li l-proċess tagħha għaddej f'dawn il-ġranet, jista' l-Ministru jgħid hux qed jikkunsidra li jagħmel tibdil fuq l-inizjattiva Kunsill Lokali taż-Żgħażagħ u jekk iva, jista' jindika minn kien involut fil-proċess ta' konsultazzjoni dwar is-suġġett?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux ser isiru tibdiliet li jaffetwaw negattivament il-hidma tant tajba tal-Agenzija Zghazagh.

Kunsilli Lokali – ħruġ ta’ white paper dwar riformi

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistennija toħroġ il-White Paper dwar ir-riforma tal-Kunsilli Lokali u kemm mistenni jingħata żmien għall-konsultazzjoni ġaladarba toħroġ din il-White Paper?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-White Paper dwar ir-Riforma tal-Gvern Lokali ser tkun qed toħroġ hekk kif jigu fi tmiemhom il-konsultazzjonijiet interni u ser ikun qed jingħata perjodu ta’ madwar 6 ġimgħat għall-konsultazzjoni pubblika.
Leg 13 PQ #5619 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Għadira — EIA

Question

B’referenza mal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira, jista’ l-Ministru jgħid sarx l-istudju magħruf bħala l-EIA?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett għadu fi stadju ta’ pjanar u l-istudji għadhom għaddejjin. Fost l-istudji li saru nsibu Appropriate Assessment (AA), stadju marittimu taħt l-ospizzju tal-ERA, kif ukoll studju dwar il-kurrenti u l-impatt tagħhom kemm fuq il-bajja kif ukoll fuq il-breakwater li jinsab fil-viċinanza. Saret ukoll konsultazzjoni sħiħa ma’ diversi stakeholders fosthom il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, entitajiet, dipartiment u awtoritajiet tal-Gvern, kif ukoll mar-rappreżentant Malti tal-Blue Flag International.
Leg 13 PQ #5620 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajja tal-Għadira – studju u analiżi

Question

B'rabta mal-estensjoni tal-bajja tal-Għadira, jista' l-Ministru jgħid jekk sarx studju u analiżi dwar il-modelling/studju tal-kurrenti u l-impatt tagħhom meta r-ramel ikun se jitneħħa minn fejn jinsab illum sabiex allura tkun tista' titkabbar il-bajja?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamenteri 5619.