Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa – Bini ta’ Appartamenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn fil-Mellieħa ser ikunu qed jinbnew l-appartamenti li l-Ministru semma fl-aħħar jiem u li kien rappurtat fuq il-mezzi tax-xandir?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-indirizzi tat-22 sit fejn se jkunu qiegħdin jinbnew units ġodda ta’ social housing permezz ta’ investiment ta’ €50 miljun mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali se jkunu qiegħdin jitħabbru fiż-żmien li ġej.

Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar – każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rappurtati każijiet ta’ serq mil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar xahar b’xahar, lokalità b’lokalità bejn l-1 ta’ Ottubru u s-17 ta’ Frar 2019?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2968 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f''Seduta 202, tat-Tlieta 26 ta' Frar 2019)

Kunsilli Lokali — fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3699 u 429 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali, fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — ħaddiema li qegħdin bil-family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7753 u jagħti lista (mingħajr ismijiet) ta' kemm-il persuna u kif kienu approvati l-family friendly measures bejn Jannar 2014 u Ottubru 2018 (sena sena)?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-family friendly measures kienu approvati skond Il-Kodiċi dwar l-Immaniġġjar tas-Servizz Pubbliku (Public Service Management Code) Sena 2014 2015 2016 2017 Ottubru 2018 Ammont 173 202 266 280 342

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Fish Farms

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8866 u jikkonferma jew le jekk fl-ibħra fiż-żoni tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, il-Gvern hux qed jikkunsidra b’mod favorevoli li jżid aktar fish farms u jekk iva, jista’ jindika preċiżament fejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-23 ta’ Jannar, 2019, l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar irċeviet applikazzjoni fejn qed jiġi propost ‘Aquaculture Zone’ bl-intenzjoni li jiġi ikkonsolidat l-operat ta’ ‘farms’ tat-tonn fit-Tramuntana ta’ Malta, liema proposta qegħda taħseb biex tilqa’ madwar 5,000 tunellata ta’ biomass. L-Applikazzjoni tinsab fl-istadju ta’ ‘vetting’ biex b’hekk tkun tista tgħaddi għall-process ta’ ‘screening’.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar – fish farms

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-ibħra fiż-żoni tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, il-Gvern hux qed jikkunsidra b’mod favorevoli li jżid aktar fish farms u jekk iva, jista’ jindika preċiżament fejn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onoreveli Interpellant li l-Gvern qed jikkunsidra żona tal-Akwakultura fiż-żoni l-barra minn San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa. Dan sabiex l-irziezet li hemm temporanjament preżenti fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta jiġu trasferiti iżjed il-barra. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba għal-Mistoqsija Parlementari numru 8827.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar – fish farms

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji li setgħu saru mill-awtoritajiet konċernati dwar l-impatt ambjentali dwar żieda ta’ aktar żoni għal fish farms fl-ibħra fl-akkwati tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji dwar l-impatt ambjentali dwar żieda ta’ aktar żoni għal fish farms fl-ibħra fl-akkwati tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar ġew mħejjija. Qed inpoġġi kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istudji huma pubbliċi u jinstabu fuq il-link elettroniku https://era.org.mt/en/Pages/GF00250_07.aspx

Mellieħa u San Pawl il-Baħar – fish farms

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-ibħra fiż-żoni tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, il-Gvern hux qed jikkunsidra b’mod favorevoli li jżid aktar fish farms u jekk iva, jista’ jindika preċiżament fejn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar – fish farms

Question

Jista’ l-Minisitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studji li setgħu saru mill-awtoritajiet konċernati dwar l-impatt ambjentali dwar żieda ta’ aktar żoni għal fish farms fl-ibħra fl-akkwati tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru kkonċernat.

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – ċitazzjonijiet mill-Uffiċjali tal-Komunità fuq ġbir u separazzjoni tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet minn Uffiċjali tal-Komunità (wardens) bejn Novembru 2018 u l-aħħar ta’ Jannar 2019 fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b’lokalità b’mod separat) b’rabta ma’ allegati nuqqasijiet ma’ ġbir/separazzjoni tal-iskart?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-każ tan-Naxxar u San Pawl il-Baħar ma inagħtawx ċitazzjonijiet relatati ma’ ġbir jew separazzjoniji ta’skart. Mellieħa Nov-18Dec-18Jan-19 TRIQ L IZBARK TAL FRANCIZI124 TRIQ L-MARLOZZ1

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar – ċitazzjonijiet mill-Uffiċjali tal-Komunità fuq ġbir u separazzjoni tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema toroq u kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-Uffiċjali tal-Komunità (wardens) triq bi triq b’mod separat, dwar allegati nuqqasijiet b’rabta mal-ġbir u s-separazzjoni tal-iskart fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar bejn Novembru 2018 u l-aħħar ta’ Jannar 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt fil-mistoqsija parlamentari 8614.

Ta’ Kandja – Shooting Range

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-shooting range f'Ta' Kandja, li ġiet inawgurata ftit tax-xhur ilu, illum tinsab fi stat ta' abbandun apparti li preżentement lanqas biss qed tintuża mit-tiraturi Maltin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bi ftehim mal-federazzjoni nazzjonali tal-isparar, li hija r-rappreżentanta nazzjonali fil-federazzjoni internazzjonali tal-isparar (ISSF), ix-shooting range f'Ta' Kandja ser jibda jopera, skont kif miftiehem, mill-1 ta’ Marzu 2019. M'hemmx għalfejn wieħed jgħid li f'dawn l-operazzjonijiet ser jittieħed f'kunsiderazzjoni u jiġi ssalvagwardjat l-ogħla livell ta' saħħa u sigurtà għal kull min jaħdem fil-faċilità u għal kull min jagħmel użu mill-faċilità.

Mina bejn Malta u Għawdex – dokumenti relatati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi pjanti jew dokumenti relatati mal-mina indikata/proposta li se ssir bejn Malta u Għawdex u jindika preċiżament f’liema żona f'Malta u f’Għawdex din il-mina se tkun qed tibda u tintemm?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7311 tas-Seduta 165, nikkonferma li l-conceptual design ta’ kif tista’ tinbena l-mina qed jitfasslu bħalissa bħala parti mill-istudji li għaddejjin skont il-proċess meħtieġ biex jinkisbu l-permessi għal dan l-iżvilupp mingħand l-awtoritajiet kompetenti. Dawn id-dokumenti jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti għall-konsultazzjonijiet u l-kunsiderazzjonijiet meħtieġa, fiż-żmien li ġej, hekk kif jiġu konklużi flimkien mal-istudji relatati.

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — servizz ta' home help u telecare

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b’lokalità) li qed jistennew li jingħataw is-servizzi tal-Home Help u Telecare (b’mod separat)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ anzjani li qed jistennew is-servizz tal-Home Help fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (inklużi wkoll il-Qawra u Buġibba) u n-Naxxar huwa kif ġej : Mellieħa 15-il anzjan/a San Pawl il-Baħar 9 anzjani Qawra 8 anzjani Buġibba 2 anzjani Naxxar 6 anzjani In-numru ta’ anzjani li qed jistennew l-installazzjoni tas-servizz tat-Telecare Plus fil-lokalitajiet imsemmija huwa kif ġej : Mellieħa 4 anzjani San Pawl il-Baħar 2 anzjani Naxxar Xejn

Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — applikazzjonijiet pendenti għal spiżeriji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet (u jekk hemm kemm hu l-ammont lokalità b’lokalità) pendenti sabiex jinfetħu aktar spiżerija fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar u jekk kienx hemm applikazzjonijiet li ġew rifjutati fl-aħħar 10 snin fl-istess lokalitajiet (b’mod separat, lokalità b’lokalità)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’San Pawl il-Baħar hemm 33 applikazzjoni pendenti għal spiżeriji, fil-Mellieħa 10 u fin-Naxxar 13.

Ftuħ ta' Spiżeriji — kriterji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-kriterji stabbiliti sabiex tinfetaħ spiżerija f’lokalità f’Malta u Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont l-artiklu 4 ta’ L.S 458.16 Regolamenti dwar liċenzji għall-ispiżeriji: (1) L-għadd ta’ spiżeriji li tista’ tinħarġilhom liċenzja fil-konfini ta’ xi belt jew raħal m’għandux ikun ta’ inqas minn tnejn, u dawk l-ispiżeriji għandhom ikunu jinsabu f’distanza ta’ mhux inqas minn tliet mitt metru bil-pass ’il bogħod minn xulxin: Iżda dik id-distanza m’għandhiex tapplika fil-każ ta’ spiżeriji li diġà jkollhom liċenzja dakinhar li jidħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti: Iżda wkoll ma tista’ tiftaħ ebda spiżerija f’distanza ta’ tliet mitt metru bil-pass minn xi spiżerija li tkun tinsab f’xi belt jew raħal fil-viċin. (2) F’kull belt jew raħal l-għadd ta’ spiżeriji m’għandux jeċċedi l-proporzjon ta’ spiżerija għal kull elfejn u ħames mitt abitant. (3) L-għadd ta’ abitanti ta’ belt jew raħal għandu jitqies li jkun l-għadd ta’ abitanti ta’ dik il-belt jew raħal skont ma jiġu pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.

Il-Mellieħa — Ċimiterju Omm il-Ħniena - permess għal estensjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ħareġ il-permess mill-Awtorità għall-Ippjanar għall-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-permess għall-estensjoni taċ-Ċimterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa bin-numru PA 5636/07, kien ġie approvat fil-25 ta’ Novembru 2011. Peress li ma kien sar l-ebda forma ta’ xogħol mill -Gvern Nazzjonalista jew mill-Kunsill Lokali, dak iz-zmien immexxi minnu stess, l-Awtorita’ reġgħet ntalbet biex iġġedded il-permess u dan nħareġ fil-11 ta’ Ottubru 2017. Ix-xogħol nbeda f’Diċembru 2018 wara li kienet ħarġet sejħa għall-offerti u l-kuntratt kien iffirmat f’Novembru 2018.

Djar tal-Anzjani — miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġu attwati u osservati d-39 miżura dwar standards minimi għad-Djar tal-Anzjani mmexxija mill-Gvern u l-privat li suppost kienu nqasmu f’seba’ taqsimiet differenti kif kien tħabbar minn dak iż-żmien is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Justyne Caruana fit-30 ta’ Settembru 2015 waqt attività fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa u li kienu tressqu anke quddiem il-Parlament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, f’Jannar 2019 l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (‘l-Awtorità’), skont l-Avviż Legali numru 446 tal-2018, ġiet maħtura bħala l-entità li ser tħares is-settur tal-anzjani u tara li l-istandards stabbiliti jiġu milħuqa. Meta wieħed jitkellem dwar l-istandards minimi Nazzjoni għad-Djar tal-Anzjani li ġew ippublikati fl-2015, tajjeb illi wieħed isemmi li dawn għadhom jintużaw bħala dokument ta’ referenenza li wieħed jimxi magħhom. Min-naħa l-oħra, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, ħasset il-ħtieġa li jsir tibdil minn Standards Nazzjonali għal Standards Soċjali Regolatorji peress illi dawn ser ikunu Standards Leġislattivi. Id-differenza hija li, l-Istandards Nazzjonali kienu jiġu segwiti b’mod volontarju u issa għandhom jiġu mħarsa peress illi huma Standards Leġislattivi. Għaldaqstant, fix-xhur illi ġejjien din l-Awtorità permezz ta’ djalogu u konsultazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati kollha, ser tkun qed tistabbilixxi Standards Soċjali Regolatorji ġodda għal dan is-settur wara proċess sħiħ ta’ konsultazzjoni. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi għas-sena 2019, id-djar tal-Anzjani mmexija mill-Gvern, kollha ingħataw il-liċenzja mid-Direttorat tal-Istandards tal-Kura tas-Saħħa. Din il-liċenzja tingħata skont l-istandards dwar id-djar tal-anzjani li kienu ppublikati fl-2015. Rigward sodod mixtrija mill-privat, id-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità jitlob illi d-dar tkun ingħatat il-liċenzja qabel ma jsir kuntratt ġdid jew jiġġedded. Barra minn hemm, id-Dipartiment isegwi ta’ spiss illi dawn id-djar għadhom liċenzjati biex joperaw. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Faċilita` għal Kura fit-Tul San Vinċenz, hija eżentata mill-Istandards Minimi Nazzjonali għad-Djar tal-Anzjani. (Estratt minn Paġna 56 Anness 3: Glossarju) “Dar ta’ Kura” tfisser dar jew binja oħra maħsuba espressament għall-kura u l-alloġġ ta’ anzjani, kemm jekk għall-profitt u kemm jekk le, eskluża l-Faċilità ta’ Kura fit-Tul f’San Vinċenz de Paule li hi faċilità sui generis.