Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Triq il-Marfa – servizzi mibdula

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq ix-xogħol li qed isir bħalissa fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa, liema servizzi nbidlu u saru ġodda tul it-triq imsemmija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid Triq il-Marfa, li tgħaqqad il-Mellieħa mal-Bajja tal-Għadira, bħala parti mill-investiment nazzjonali bla preċedent ta’ €700 miljun li l-Gvern iddedika biex itejjeb il-kwalità tat-toroq madwar il-pajjiż f’seba’ snin. Ix-xogħol f’din it-triq li daqt tkun lesta qed isir f’tul ta’ madwar kilometru u nofs, minn quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa sa ħdejn ir-roundabout tal-Għadira, li wkoll għadhom kemm sarulha tiswijiet estensivi u nbidel il-wiċċ b’saffi ta’ asfalt ġdid. Ix-xogħlijiet fi Triq il-Marfa jinkludu aktar minn 400 metru f’bankini ġodda tul parti mit-triq, servizzi tal-ilma taħt l-art kif ukoll dawk tat-telekomunikazzjoni li ġew mgħoddijin taħt il-bankini. Saru wkoll sistemi għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita biex jitnaqqsu d-diffikultajiet bl-għargħar in-naħa t’isfel lejn l-Għadira fejn hemm ħafna residenzai u negozji. Sistema simili n-naħa ta’ fuq se ssir wara s-sajf minħabba li l-ewwel iridu jitlestew xogħlijiet ta’ restawr fil-kmamar storiċi tas-Santwarju. Il-wiċċ tat-triq tħaffer kollu u fejn kien hemm pedamenti antiki bit-tafal jew materjal ieħor mhux b'saħħtu, dawn inbidlu m’oħrajn sodi, biex it-triq ma tibqax iċċedi. Finalment it-triq qed isirilha wiċċ ġdid bil-kisi ta’ diversi saffi ta’ asfalt. Waqt ix-xogħlijiet fi Triq il-Marfa, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ġie organizzat servizz ta’ transport kontinwu bil-vannijiet għal dawk li normalment jirkbu l-karozza tal-linja min din it-triq, biex iwassluhom sal-waqfa temporanja li saret għat-trasport pubbliku.

Mellieħa – Triq Ġorġ Borġ Olivier – sejba ta’ xelter – rapport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9968 u ċjoè: B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9748 rigward is-sejba ta’ xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa ( Triq Ġorġ Borg Olivier) jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċċjal tas-Sovritendenza għall-Wirt Storiku? Dan anke għall-fatt li jirriżulta li x-xogħol relatat ma’ tip ta’ kostruzzjoni baqa ghaddej .

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill ikkummissjona survey tax-xelter in kwistjoni, li ġie mgħoddi lis-Sovrintendenza tal-Wirt Storiku. Dan bil-għan biex jiġi assigurat li ma ssirx ħsara lix-xelter. Għadaqstant, ix-xogħol li sar huwa minimu u bl-ebda mod ma huwa se jippregudika l-konservazzjoni tax-xelter. Intant infurmat mis-Sovrintendenza tal-Wirt Storiku li s-Sovrintendenza irceviet rapport minn terzi u mill-kunsill lokali dwar suspett ta’ sejbien ta’ xelter ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinjija waqt xogħol mill-kunsill lokali u ħabba f’hekk, fuq talba tas-Sovrintendenza, il-perit għamel u pprovda survey u ritratti tal-parti tax-xelter, li is-Sovrintendenza rċeviet fit-13 t’April 2019. Min dan is-survey jidher li l-parti tax-xelter hi madwar metru u nofs il-ġewwa mill-wiċċ tal-blat u jikkonsisti f’kurutur parelell mal-wiċċ tal-blat u twil madwar seba’ metri biss. F’dan il-punt hemm ħajt li jinbarra l-kumplanment tax-xelter. Minn dan is-survey is-Sovrintendenza kkonkludiet li ix-xogħol preżenti mill-kunsill lokali ma jidhirx li hu ta’ dannu għal-din il-parti tax-xelter, imma għandha tittieħed kull prekawzjoni minn kulħadd biex jassigura li ma ssirx ħsara.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – servizz ta’ podoloġista

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'liema Ċentri ta’ Matul il-Jum (Day Centres) qed jingħata servizz ta' podoloġista?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, s-servizz ta’ podoloġista m’għadux jingħata fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Anzjani, minħabba raġunijiet ta’ iġjene. Mill-banda l-oħra, dan is-servizz qatt ma kien jingħata minn ġewwa iċ-ċentri ta’ matul il-jum, għall-persuni b’diżabilità. Dan is-servizz qiegħed jingħata u jiġi offrut kemm lill-anzjani kif ukoll lil persuni b’diżabilità, miċ-Ċentri tas-Saħħa.

Mellieħa — Bini ta’ lukanda

Question

Jista’ l-Ministru jindika fiex tikkonsisti preċiżament l-applikazzjoni (PA 3488/19) għall-bini ta’ lukanda oħra fil-Mellieħa u jgħid jekk l-awtoritajiet hux iħarsu favorevolment favur din l-applikazzjoni anke għall-fatt li s-sit inkwistjoni jinsab f’żona klassifikata bħala żona barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Proġett disability hub

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6064 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett li oriġinarjament kien ġie msejjaħ bħala disability hub u meta mistenni jibda jopera?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li aktar informazzjoni dwar il-proġett REACH, ser tingħata fil-ġimgħat li ġejjin, meta ser ikun qed jitħabbar uffiċjalment dan il-proġett.

Kunsilli Lokali — fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 429, ċ3699 u 9083 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali, fis-snin 2015, 2016, 2017 u 2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Skemi 2015Ammonti Kultura Part II€201,500.00 Internet Connection€30,875.00 Live Streaming Yr 1€67,000.00 Persuni B'Dizabilita€13,522.44 CIES€117,572.63 Lifelong Learning€18,984.00 Libraries€25,800.00 Kultura Part I€58,700.00 Total€533,954.07 Skemi 2016Ammonti Kultura Part II€234,200.00 Live Streaming Yr 2€67,000.00 Internet Connection€26,040.00 Persuni B'Dizabilita€12,285.72 CIES€129,408.75 Lifelong Learning€14,620.00 Libraries€20,250.00 Regional Economic, Social and Cultural Plan €1,100,000.00 Capital Projects€1,072,000.00 Literacy€13,000.00 Accessibilita +€20,000.00 Restoration of Historical SitesNIL Total€2,708,804.47 *Minn dawn thallsu €954,663 Skemi 2017Ammonti Kultura€240,500.00 Internet€35,360.00 Live Streaming Yr 3€67,000.00 CIES€161,933.55 Restoration of Historical SitesBorne by Restoration Directorate Community Innovation Fund - 2017€134,974.00 Libraries€31,300.00 Tarmac Fund€489,340.00 Capital Projects€1,553,000.00 Total€2,713,407.55 *Minn dawn thallsu €1,096,509 Skemi 2018Ammonti CIES€143,352.86 Cultural Activities€227,000.00 Community Innovation Fund - 2018€129,974.00 Internet€21,980.00 Lifelong Learning 2017/2018€13,500.00 Skema Edukattiva u ta' Taghlim€29,998.00 Libraries€18,909.00 Lifelong Learning 2018/2019€19,500.00 Skema Finanzjarju favur il-Komunità - Ħajja aħjar permezz ta’ Eżaerċizzju Fiżiku u Sports€100,544.00 Restoration of Historical SitesBorne by Restoration Directorate Total584,713.86

LESA — Struttura ta' Karigi u Pożizzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9521 u 9696 u jgħid kif inhi mqassma l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA sad-data li qed titressaq din id-domanda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA mqassma hekk kif inhu ġej: Chief Executive Officer Director Grade Financial Controller Senior Regional Enforcement Officer Regional Enforcement Officer Administrative Secretary Petitions Board Officer Customer Care Officer Traffic Management Detail Officer Clerk Inspector Community Officer Field Officer Community Officer Community Officer Monitoring Officer.

PC Applications

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawk il-PC Applications li saru wara li ġiet approvata PC46/13 u li allura fissru modifikazzjoni għall-istess applikazzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, parti mid-dokumenti mitluba diġà ġew imqiegħda fuq t-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5122 f’Seduta 100. Il-kumplament qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mellieħa – Triq Ġorġ Borġ Olivier – sejba ta’ xelter – rapport

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9748 rigward is-sejba ta’ xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa ( Triq Ġorġ Borg Olivier) jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċċjal tas-Sovritendenza għall-Wirt Storiku? Dan anke għall-fatt li jirriżulta li x-xogħol relatat ma’ tip ta’ kostruzzjoni baqa ghaddej .

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Mellieħa – Ċimiterju Omm il-Ħniena – Bill of Quantities

Question

B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 8417 u li kienet tirrigwardja ċ-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Bill of Quantities li d-dipartiment konċernat kellu għad-dispożizzjoni tiegħu sa minn Ġunju 2012?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniku Bill of Quantities li ġie ppreparat mill-2012 sal lum kien dak li diġà poġġejt fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta Seduta 210 tal- 25 ta’ Marzu ta’ din is-sena. Ma nstabet l-ebda informazzjoni li kien sar xi Bill of Quantities għaċ-ċimiterju Omm tal-Ħniena fil-Mellieħa qabel l-2013.

Il-Mellieħa — bajjiet tal-Għadira - ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jara li l-ħsara kawżata mill-maltemp li saret bejn iż-żewġ bajjiet fl-Għadira fil-Mellieħa (ritratt qed jingħata separatament) issirilha l-manutenzjoni meħtieġa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Trasport, fil-ġimgħat li ġejjien TM ser tagħmel it-tiswijiet meħtieġa fuq dan il-moll imsemmi.

LESA — Struttura ta' Karigi u Pożizzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9521 u jgħid kif inhi mqassma l-istruttura tal-karigi/pożizzjonijiet fl-Aġenzija LESA sad-data li qed titressaq din id-domanda?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Mellieħa – Triq Ġorġ Borġ Olivier – sejba ta’ xelter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu jew le li waqt li għaddej ix-xogħol mill-Kunsill Lokali Mellieħa fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, kantuniera ma’ Triq Sant Anna, liema xogħol jikkonsisti fi bdil ta’ 6 tarġiet għal rampa instab xelter? Jekk iva x’passi ser ikunu qed jittieħdu sabiex dan jiġi protett u ma ssirlux ħsara?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa illi huwa minnu li fil-post indikat instab dak li qed jiġi meqjuż bħala xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija. Il-perit tal-Kunsill talab lis-Sovrantendenza għall-Wirt Storiku sabiex tibgħat l-uffiċjali tagħha ħalli jispezzjonaw il-post u jagħmlu r-rapport tagħhom. Ix-xogħlijiet jitkomplew skont l-eżitu tal-istess rapport.

Awtorità tal-Ippjanar – permess għal-xogħol fi Triq Ġorġ Borġ Olivier fil-Mellieħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie approvat il-permess mill-Awtorità tal-Ippjanar fuq xogħol li għaddej mill-Kunsill Lokali Mellieħa fi Triq Ġorġ Borġ Olivier kantuniera ma’ Triq Sant Anna fuq bdil ta’ 6 tarġiet għal rampa?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 9749, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tistax tirrispondi din il-mistoqsija mingħajr ma jkollha referenza ċara għal liema applikazzjoni qed jirreferi għalija l-Onor. Interpellant. Għaldaqstant, nitlob lill-Onor. Interpellant ipoġġi quddiem il-kamra n-numru tal-applikazzjoni sabiex l-istess Awtorità tkun f’pożizzjoni li tirrispondi id-domanda mressqa.
Leg 13 PQ #9682 Sitting 212 2019-03-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira – xogħol

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x'tip ta' xogħol ser ikun qed isir fuq l-hekk imsejjaħ proġett dwar l-estensjoni tal-Għadira?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9681.
Leg 13 PQ #9683 Sitting 212 2019-03-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bejgħ tal-lukanda Selmun Palace

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess dwar il-bejgħ ta' dik li qabel kienet Lukanda Selmun Palace?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fix-xhur li ġejjin se jkunu qed isiru numru ta’ film productions internazzjonali biswit dan is-sit. Fil-futur dan is-sit se jiġi użat għal skopijiet turistiċi.
Leg 13 PQ #9684 Sitting 212 2019-03-27 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Palazz ta’ Selmun

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra bis-serjetà li l-Palazz ta' Selmun jerġa' jgħaddi lura għand il-poplu Malti b'possibbiltà li jiġi amalgamat mal-kumpless ta’ rziezet li hemm biswit l-istess Palazz, liema rziezet kienu ngħataw b'devoluzzjoni mill-Gvern fl-2012 lill-Kunsill Lokali Mellieħa? Dan sabiex jiżdied il-valur turistiku fiż-żona bla ma ssir ħsara lill-ambjent tal-madwar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9683.