Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-toroq li ngħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa huma li ġejjin:
· Triq il-Kbira (bejn Triq il-Qortin u Triq in-Naħal)
· Il-Moll tat-Tunnara
· Triq l-Armier (permezz ta’ Public Private Partnership li jiskadi fl-2020).
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn l-2008 u l-2013 sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa fit-toroq li ġejjin:
• Triq l-Alwetta
• Triq ta’ Fuq il-Widien
• Triq is-Sliem
• Triq l-Għaqda
• Triq il-Ħena
• Triq il-Ħlewwa
• Triq il-Palm
• Triq in-Nixxiegħa
Il-Mellieħa — Triq il-Marfa - ċertifikazzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti relatati maċ-ċertifikazzjoni tal-periti ta’ Infrastructure Malta għax-xogħlijiet kollha li saru matul l-aħħar ġimgħat fuq Triq il-Marfa fil-Mellieħa?
Response (BORG, IAN)
Ninnota b’sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, madwar minn sena ilu, ivvutat “bil-qalb” kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, hekk kif ammetta l-istess interpellant f’din l-istess Kamra, fil-ġimgħat li għaddew. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa qed tieħu interess fil-ħidma ta’ din l-aġenzija, u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.
Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, bħalissa qed jiġu aġġudikati l-offerti mitfugħa fit-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra.
Fost it-toroq li jinsabu fl-aħħar fażijiet biex jinbnew mill-ġdid hemm Triq il-Marfa, bejn il-Mellieħa u l-Għadira. Għal snin twal, din it-triq tħalliet bla ebda manutenzjoni, bil-konsegwenza li fiha żviluppaw diversi ħsarat. F’din it-triq, minbarra li bniet mill-ġdid il-karreġġjata tal-karozzi, Infrastructure Malta tejbet is-sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita, bniet bankini ġodda fejn qabel ma kienx hemm, u f’xi postijiet għamlet bankini aktar wiesa minn dawk eżistenti, għal aktar aċċessibilità, fost diversi xogħlijiet oħra.
Fix-xhur li ġejjin, malli jitlestew xogħlijiet ta’ restawr tal-kmamar storiċi tal-pellegrini biswit is-Santwarju tal-Madonna li għaddej bħalissa minn entità oħra, Infrastructure Malta tkun tista’ tkompli l-bini mill-ġdid tat-tarf ta’ Triq il-Marfa, fejn jinsabu dawn l-istess kmamar.
Filwaqt li l-istudji u t-testijiet meħtieġa fuq ix-xogħlijiet li saru s’issa għadhom għaddejjin, iċ-ċertifikazzjoni u r-rapporti finali jkunu jistgħu jiġu konklu¿i meta jitlesta x-xogħol kollu, inkluż il-parti tat-triq li tkun tista’ ssir fix-xhur li ġejjin, kif spjegat.
Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Il-Mellieħa — Triq Ġorġ Borg Olivier - Sejba ta' Xelter - Rapport
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10695 u ċjoè: B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 9968, 9748 u 10038 rigward is-sejba ta’ xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa (Triq Ġorġ Borġ Olivier) jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċċjal tas-Sovritendenza għall-Wirt Storiku kif ukoll rapporti oħra li setgħu saru fuq l-istess suġġett?
Response (BONNICI, OWEN)
Wara li tlabt l-informazzjoni, qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti u ritratti li jiddokumentaw il-parti tax-xelter in kwistjoni.
Tilwima Reġistrata bejn l-Uffiċjali tal-Komunità u l-LESA
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10697 u jgħid fiex tikkonsisti preċiżament (raġunijiet) it-tilwima reġistrata bħalissa bejn l-uffiċjali tal-komunità (wardens) u l-LESA?
Tilwima Reġistrata bejn l-Uffiċjali tal-Komunità u l-LESA — azzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10698 u jelenka x’azzjonijiet qed jieħdu l-uffiċjali tal-komunità (wardens) kawża għat-tilwima li huma għandhom mal-LESA?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni tal-ħruq li ġarrbu parti kbira mis-siġar li jinsabu fil-masġar tal-Miżieb fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet? Jista’ jikkwantifika kemm kien l-ammont ta’ siġar li nħarrqu fl-istess post?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima diġa ħa l-inizjattiva u għamel diversi spezzjonijiet kif ukoll analiżi dettaljata tan-nirien li ħakmu l-Miżieb. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-investigazzjonijiet qegħdin jitmexxew mill-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili. Mill-analiżi li għamlet AmbjentMalta u l-ERA, qed jiġi kkalkulat li madwar 15-il ettaru ta’ art b’siġar tal-Prinjol, Ewkaljptus, Acacia u Żebbug inħarqu f’dan l-inċident. Qed jiġi stmat li madwar 4,600 siġra nqerdu fin-nirien li ħakem il-Miżieb bejn is-Sibt 22 u Ħadd 23 ta’ Ġunju.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li parti minn Triq il-Marfa fil-Mellieħa, li għadha kif ingħatat wiċċ ġdid bit-tarmak f’Mejju li għadda, parti minnha spiċċat reġgħet inqalgħet ftit tal-jiem ilu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’sodisfazzjon ninnota li l-Oppożizzjoni qed tkompli tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq, wara li għal għexieren ta’ snin ma sarux l-interventi meħtieġa biex din l-infrastruttura tibqa’ tlaħħaq mal-ħtieġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-familji u n-negozji Maltin, waqt li ssostni b’mod sħiħ il-progress ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. Ninnutaw ukoll li l-istess Oppożizzjoni, madwar minn sena ilu, ivvutat “bil-qalb” kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, hekk kif ammetta l-istess interpellant f’din l-istess Kamra, fil-ġimgħat li għaddew. Nifirħu lill-Oppożizzjoni li issa qed tieħu interess fil-ħidma ta’ din l-aġenzija, u taqbel li din l-aġenzija hija strumentali biex pajjiżna jkollu infrastruttura aħjar.
Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
F’Jannar li għadda, Infrastructure Malta bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mil-lista tat-toroq residenzjali li ser tkun qed tibni mill-ġdid din is-sena. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet, u warajhom beda x-xogħol f’toroq oħrajn. Fl-istess waqt, bħalissa qed jiġu aġġudikata l-offerti mitfugħa fit-tieni sejħa għall-offerti sabiex aktar tard din is-sena jibda l-bini mill-ġdid ta’ madwar 170 triq oħra.
Fost it-toroq li jinsabu fl-aħħar fażijiet biex jinbnew mill-ġdid hemm Triq il-Marfa, bejn il-Mellieħa u l-Għadira. Għal snin twal, din it-triq tħalliet bla ebda manutenzjoni, bil-konsegwenza li fiha żviluppaw diversi ħsarat. F’din it-triq, minbarra li bniet mill-ġdid il-karreġġjata tal-karozzi, Infrastructure Malta tejbet is-sistemi tal-ilqugħ tal-ilma tax-xita, bniet bankini ġodda fejn qabel ma kienx hemm, u f’xi postijiet għamlet bankini aktar wiesa minn dawk eżistenti, għal aktar aċċessibilità, fost diversi xogħlijiet oħra. Fil-ġimgħat li għaddew, f’nofs din it-triq, saret ukoll waqfa għall-karozzi tal-linja b’wiċċ ta’ materjal tal-konkos reinforzat, sabiex dawn il-vetturi tqal ma jagħmlux ħsara lil wiċċ it-triq meta jieqfu biex iniżżlu jew itellgħu il-passiġġieri. B’hekk, it-triq tkun tista’ sservi aktar fit-tul. Fix-xhur li ġejjin, malli jitlestew xogħlijiet ta’ restawr tal-kmamar storiċi tal-pellegrini biswit is-Santwarju tal-Madonna li għaddej bħalissa minn entità oħra, Infrastructure Malta tkun tista’ tkompli l-bini mill-ġdid tat-tarf ta’ Triq il-Marfa, fejn jinsabu dawn l-istess kmamar.
Persuni li jkollhom diffikultajiet jew suġġerimenti dwar xi infrastruttura relatata mat-toroq li tagħhom hija responsabbli Infrastruttura Malta, jew xi xogħlijiet li jkunu għaddejjin f’dawn l-istess toroq, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibagħtu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jagħmlu kuntatt permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li minkejja li ninsabu resqin lejn l-aħħar ta’ Ġunju, id-dawl mal-promenade tal-Bajja tal-Mellieħa għadu ma twaħħalx?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promenade qatt ma kellha sistema ta’ dawl kif jixraqilha. Grazzi għal ħidma tal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi din il-bajja waslet fi stadju fejn se tiġi mdawwla b’mod permanenti. Ix-xogħol huwa kważi lest u se tkun tista’ titgawda minn kulħadd fi żmien qasir.
Mellieħa – Triq Ġorġ Borġ Olivier – sejba ta’ xelter – rapport
Question
B’referenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 9968, 9748 u 10038 rigward is-sejba ta’ xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Mellieħa (Triq Ġorġ Borġ Olivier) jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li tħejja mill-uffiċċjal tas-Sovritendenza għall-Wirt Storiku kif ukoll rapporti oħra li setgħu saru fuq l-istess suġġett?
Tista’ l-Ministru tikkonferma jekk l-aħħar vapur li nġieb Malta mill-Gozo Channel huwiex aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, persuni li jagħmlu użu minn siġġijiet bir-roti jew għal dawk li jagħmlu użu minn pushchairs?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gozo Channel qed tindirizza l-aċċessbilità b’mod olisitiku. Għall-ewwel darba ġiet introdotta priority lane għall-ispecial ID Card holders u blue badge holders. Dwar il-vapur MV Nikolaos, inżebhet strixxa oranġjo li tindika r-rotta li għandhom jieħdu l-card holders biex mill-upper car deck imbagħad ikollhom aċċess għal-lounge area.
B’kollaborazzjoni mal-Kummissjomi għad-drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità nbagħtet
mail shot
lill-
card holders
kollha bl-informazzjoni u struzzjonijiet kollha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10034 u jindika fiex tikkonsisti preċiżament l-applikazzjoni (PA 3488/19) għall-bini ta’ lukanda oħra fil-Mellieħa u jgħid jekk l-awtoritajiet hux iħarsu favorevolment favur din l-applikazzjoni anke għall-fatt li s-sit inkwistjoni jinsab f’żona klassifikata bħala żona barra mill-iżvilupp (ODZ) fil-Mellieħa?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10101 u jgħid liema toroq ingħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-toroq li ngħataw it-tarmak fil-lokal tal-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013 mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa huma li ġejjin:
• Triq il-Kbira (bejn Triq il-Qortin u Triq in-Naħal)
• Il-Moll tat-Tunnara
• Triq l-Armier (permezz ta’ Public Private Partnership li jiskadi fl-2020).
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10102 u jgħid f’liema toroq sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa bejn l-2008 u l-2013?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li bejn l-2008 u l-2013 sar dawl ġdid mill-Kunsill Lokali fil-Mellieħa fit-toroq li ġejjin:
• Triq l-Alwetta
• Triq ta’ Fuq il-Widien
• Triq is-Sliem
• Triq l-Għaqda
• Triq il-Ħena
• Triq il-Ħlewwa
• Triq il-Palm
• Triq in-Nixxiegħa