Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li ż-żoni ta’ Selmun u Mġiebaħ (bil-binjiet storiċi inklużi fi-żona) jinbidlu f’Park Nazzjonali għat-tgawdija tal-ġid komuni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-artijiet u/jew binjiet fil-konfini tal-Mellieħa (Manikata) li bejn Ġunju 2013 u Settembru 2024 il-Gvern permezz tad-Dipartiment/l-Awtorità tal-Artijiet ħareġ sejħiet pubbliċi għalihom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li bejn Gunju 2013 u Settembru 2024 saru dawn is-sejħiet għall-artijiet u/jew binjiet fil-konfini tal-Manikata li ġew ippublikati fil-gazzetta tal-Gvern kif ġej:
Avviżi: 13/2016, 27/2016, 1/2017, 2/2017, 3/2017
Kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:Papers_Laid_PQ_21966.pdfPaper Laid 2. PQ 21966.pdfPaper Laid3 PQ 21966.pdf
Il-Mellieħa — Palazz ta’ Selmun – Tender għar-restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tat-tender għar-restawr/manutenzjoni tal-Palazz ta’ Selmun, liema proċess kien diġà nbeda mill-Ministeru tal-Finanzi iżda kien twaqqaf ħesrem?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li għaddej proċess biex l-art kollha li fiha hemm il-palazz u l-lukanda ta’ Selmun tgħaddi lura għand l-Awtorita tal-Artijiet peress li l-kumpanija li għandha l-konċessjoni emfitewtika qed tiġi stralċjata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern għall-Palazz ta’ Selmun? Il-Gvern qed jikkunsidra li dan is-sit jiġi devolut lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt illum għall-mistoqsija parlamentari 21960.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li ż-żoni ta’ Selmun u Mġiebaħ (bil-binjiet storiċi inklużi fiż-żona) jinbidlu f’Park Nazzjonali għat-tgawdija tal-ġid komuni?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed issir pressjoni mill-Awtoritajiet Governattivi (primarjament mill-Kap Eżekuttiv tal-FSWS) biex id-Degree fis-Social Work tal-MCAST jibda f’Ottubru li ġej, u dan minkejja li hemm ħafna preparazzjonijiet li għad iridu jsiru u li minħabba f’hekk il-pariri tal-akkademiċi konċernati huma li dan il-programm jibda fis-sena akkademika 2025-2026 biex ikun hemm żmien biżżejjed ta’ preparazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanat li l-kors imsemmi beda dan ix-xahar. Dan ser ikun ta’ livell akkademiku u professjonali kif ġie maqbul mas-Social Work Profession Board.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20508, u peress li hemm diskrepanza sinifikanti bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u dawk impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jista’ l-Ministru jara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru tal-Edukazzjoni jittranġaw biex ikunu ugwali għas-social workers impjegati mal-FSWS?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20507, u peress li hemm diskrepanza sinifikanti bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru tas-Saħħa u dawk impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), jista’ l-Ministru jara li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru tas-Saħħa jittranġaw biex ikunu ugwali għas-social workers impjegati mal-FSWS?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma regolati bi ftehmiet settorjali li jiġu negozjati ċentralment.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20505, u peress li hemm ftehim bejn il-Ministeru tiegħu u l-Fondazzjoni għas-Servizz ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) biex il-Fondazzjoni tipprovdi social workers lill-Ministeru tas-Saħħa, u peress li dan huwa ftehim tal-Ministeru tas-Saħħa, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim tal-Ministeru tas-Saħħa mal-FSWS li jirregola kif social workers impjegati mal-FSWS jagħtu servizzi fil-Ministeru tas-Saħħa?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra b’kull tibdil fir-regolamenti u proviżjonijiet ta’ Skema 9 fl-aħħar ħames snin, fid-dettall ta’ kull benefiċċju li tkompri l-Iskema, maqsuma sena b’sena?
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Servizzi ta’ social work
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li jirregola s-servizzi tas-social work fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva provduti minn social workers impjegati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat, li l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li jirregola s-servizzi tas-social work fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva provduti minn social workers impjegati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jara li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru jittranġaw biex ikunu ugwali għas-social workers impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), peress li fl-aħħar ftehim kollettiv li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-FSWS, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers li huma impjegati mal-Gvern huma inferjuri b’mod sinifikanti meta mqabbla mas-social workers impjegati mal-Fondazzjoni?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat, li l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu.
Jista’ l-Ministru jara li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-Ministeru jittranġaw biex ikunu ugwali għas-social workers impjegati mal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), peress li fl-aħħar ftehim kollettiv li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers impjegati mal-FSWS, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-social workers li huma impjegati mal-Gvern huma inferjuri b’mod sinifikanti meta mqabbla mas-social workers impjegati mal-Fondazzjoni?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet tax-xogħol huma regolati skont il-ftehim settorjali rispettivi.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji ta' kemm tfal ibbenefikaw minn Skema 9 dawn l-aħħar ħames snin?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin, in-numru ta’ studenti li bbenefikaw/se jibbenefikaw minn Skema 9 huwa skont kif jidher hawn taħt:
Sena
Numru ta’ studenti
2020/2021
2787
2021/2022
2967
2022/2023
2659
2023/2024
2493
2024/2025
2649
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti li qed jintużaw fit-tħaddim ta’ Skema 9?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji ta' eliġibilità ta’ Skema 9 huma dawn:
1. benefiċjarji tal-FEAD (Fund for European Aid to the Most Deprived) li għandhom żewġt itfal jew aktar bejn it-3 u s-16-il sena (dawn jiddependu biss fuq benefiċċji mhux kontributorji), jew
2. familji ta’ tifel wieħed jew tifla waħda li jiddependu fuq benefiċċji mhux kontributorji, jew
3. familji b'żewġt itfal jew aktar li kull sena jaqilgħu paga minima nazzjonali jew inqas, jew
4. familji li jibbenefikaw mill-benefiċċju mogħti mill-AWAS