Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali — Skemi ta' Fondi Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11806 u jindika liema kienu l-Iskemi ta' Fondi Speċjali għall-kunsilli lokali li ġew imnedija fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019? Kemm kien l-ammont fi flus ta' kull skema f'kull sena indikata u kemm mill-iskemi indikati tħallsu lill-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Inizjattiva Internazzjonali — Coventant of Mayors - għajnuna tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11808 u jgħid kemm u fiex kienet tikkonsisti l-għajnuna tal-Gvern bejn l-2014 u l-2019 lil kull Gvern Lokali (kunsill lokali) firmatarju fl-inizjattiva Internazzjonali msejħa Covenant of Mayors?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Ix-Xemxija – post ta’ rikreazzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11814, jista’ l-Ministru jikkunsidra li fiż-żona biswit il-Knisja tax-Xemxija, preċiżament quddiem il-fire station tax-Xemxija (jew f'żona oħra fix-Xemxija stess), tiġi żviluppata f’post ta’ rikreazzjoni/primarjament għat-tgawdija tar-residenti tax-Xemxija li sal-lum m’għandhomx post simili, anke fid-dawl li fl-aħħar snin il-popolazzjoni f’din iż-żona kompliet dejjem tikber?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru hu mpenjat li jkabbar żoni ta' afforestazzjoni u jtejjeb l-ambjent naturali ta’ pajjiżna. Il-ħolqien ta’ żoni rikreattivi fl-abitat huwa responsabilità tal-Kunsill Lokali flimkien mal-Ministeru tal-Infrastruttura.

It-Telgħa tax-Xemxija – bini mhux okkupat

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk il-bini mhux okkupat fit-telgħa tax-Xemxija hemmx periklu għar-residenti jew għal dawk li jgħaddu minn din iż-żona? Dan anke fid-dawl li reċentement tpoġġew sinjali tul waħda mill-binjiet fit-triq imsemmija li jindikaw biex ma jiġux ipparkjati karozzi tul il-binja mhux okkupata minħabba periklu li jeżisti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, li l-binja, reċentement kienu tpoġġew sinjali tulha li kienu jindikaw biex ma jiġux ipparkjati karozzi minħabba periklu, ħareġ permess ta’ żvilupp PA4500/18 fuqha. Peress li dan l-aħħar din il-binja twaqqgħet, ma baqax il-periklu msemmi fuq dan is-sit.

Il-Kumpless tal-Mistra Village – applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar — proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni (06747/18) quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar tal-proġett fuq is-sit li qabel kienet il-Kumpless tal-Mistra Village?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-applikazzjoni PA6747/18, liema applikazzjoni kienet qed titlob tiġdid tal-permess originali tal-proġett fuq is-sit li qabel kienet il-Kumpless tal-Mistra Village li jgib ir-referenza PA6236/08, ġiet approvata mill-Board tal-Ippjanar fl-24 ta’ Jannar 2019. Din id-deċizjoni qedgħha quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, liema proċess ta’ Appell bir-referenza PAB82/19 għadu pendenti.

Ix-Xemxija – promenade – xogħol ta’ bini mill-ġdid ta’ triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' bini mill-ġdid tat-triq li tagħti mill-promenade tax-Xemxija sal-Knisja tax-Xemxija?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta ilha minn meta twaqqfet li bdiet twettaq bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali, toroq rurali kif ukoll ħafna xogħol ta’ manuntenzjoni u tiswijiet f’toroq oħrajn. Imbagħad f’Jannar varat l-akbar proġett ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali li qatt ra pajjiżna, b’investiment bla preċedent ta’ €700 miljun mifrux fuq seba’ snin. Ħafna mill-120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati minn dan l-investiment, tlestew jew waslu biex. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra. Ix-xogħol għal kull triq jirrikjedi ppjanar li jibda minn ħafna qabel ma r-residenti jaraw il-ħaddiema u l-inġenji fit-triq tagħhom. Infrastructure Malta tikkonsulta lill-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont il-bżonn, is-servizzi ta’ distribuzzjoni tal-ilma, elettriku, internet u telekomunikazzjoni li hemm għaddejjin minn taħt l-art f’dawn it-toroq. Fil-każ tat-triq indikata, filwaqt li parti minnha diġà nbniet mill-ġdid, il-parti l-oħra sarilha xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet minħabba li qabel ma tkun tista’ tinbena wkoll mill-ġdid f’din il-parti tat-triq iridu jitlestew xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art li jridu jsiru minn entitajiet terzi.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn l-2014 u l-2019 fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat permessi biex jitwaqqfu Tower Cranes fuq siti ta' kostruzzjoni?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat ħmistax il-notifikazzjoni dwar żvilupp fil-lokalitajiet imsemmija skont l-avviż legali 211 tas-sena 2016 għal Tower Cranes barra mis-sit tal-kostruzzjoni u li qed jokkupaw parti min art pubblika. Qed inpoġġu quddiem il-kamra tabella li turi dawn maqsumin skont il-kunsill lokali indikat fl-istess notifika. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fejn fil-proposta hemm imniżżel il-kliem tower u crane jew li il-klassi tal-iżvilupp hija indikata bħala klassi 9(i) - Tqegħid ta’ inġenji u strutturi għal xogħlijiet ta’ żvilupp, u li ġew approvati u ndikati li qegħdin fil-kunsilli relevanti. Mellieħa 5 Naxxar 3 SanPawl il-Baħar 7 Totali 15

Ix-Xemxija – post ta’ rikreazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li fiż-żona biswit il-Knisja tax-Xemxija, preċiżament quddiem il-fire station tax-Xemxija (jew f'żona oħra fix-Xemxija stess), tiġi żviluppata f’post ta’ rikreazzjoni/primarjament għat-tgawdija tar-residenti tax-Xemxija li sal-lum m’għandhomx post simili, anke fid-dawl li fl-aħħar snin il-popolazzjoni f’din iż-żona kompliet dejjem tikber?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministru ikkonċernat.

Ix-Xemxija – post ta’ rikreazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li fiż-żona biswit il-Knisja tax-Xemxija, preċiżament quddiem il-fire station tax-Xemxija, tiġi żviluppata f’post ta’ rikreazzjoni/primarjament għat-tgawdija tar-residenti tax-Xemxija li sal-lum m’għandhomx post simili, anke fid-dawl li fl-aħħar snin il-popolazzjoni f’din iż-żona kompliet dejjem tikber?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-art in kwistjoni hi privata.

LESA – impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati li jaħdmu direttament mal-Local Enforcement System Agency (LESA) u kemm hu n-numru ta' ħaddiema impjegati b'kuntratt ma' kumpaniji privati fi ħdan l-istess LESA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li impjegati li jaħdmu direttament mal-Local Enforcement System Agency hemm 129, waqt li hemm 8 ħaddiema amministrattivi li huma impjegati b'kuntratt ma' kumpaniji privati fi ħdan l-istess LESA.

Il-Mellieħa – Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa hux jikkunsidra li jagħmel hu l-manutenzjoni meħtieġa li hemm bżonn issir fil-fili tul il-ħajt kollu f'Misraħ iż-Żjara tal-Papa Ġwanni Pawlu II?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

Kunsilli Lokali – allokazzjoni diretta

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-allokazzjoni diretta li kull Gvern Lokali (Kunsill Lokali b'mod individwali) ħa bejn l-2014 u l-2019 u kemm fil-fatt se jkunu qed jieħdu matul is-sena 2020?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsilli Lokali – Skemi ta’ Fondi Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jindika liema kienu l-Iskemi ta' Fondi Speċjali għall-kunsilli lokali li ġew imnedija fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018, 2019? Kemm kien l-ammont fi flus ta' kull skema f'kull sena indikata u kemm mill-iskemi indikati tħallsu lill-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tinghata f'seduta ohra.

Kunsilli Lokali –Convenant of Mayors – tnaqqis ta’ emissjoni

Question

Jista' l-Ministru jindika liema huma l-Gvernijiet Lokali (kunsilli lokali) f'Malta u Għawdex li huma firmatarji fl-inizjattiva Internazzjonali msejħa Convenant of Mayors, liema inizjattiva tfisser li dawk firmatarji għandhom l-obbligu li sas-sena 2020 inaqqsu l-emissjonijiet b'20%?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tlieta u sebgħin (37) Kunsill Lokali firmatarji fl-inizjattiva Internazzjonali msejħa Convenant of Mayors li huma: L-ImdinaĦal LijaIl-GżiraSan Pawl il-Baħar L-IslaMarsaskalaGħajnsielemSanta Luċija Ħal QormiIl-MellieħaL-GħarbSanta Venera Ħaż-ŻebbugL-Imġarr Ħal GħargħurTas-Sliema Ir-Rabat (G)Il-MostaĦal GħaxaqIs-Swieqi Ħ’AttardIn-NaxxarL-IklinTa’ Xbiex Ħal BalzanPembrokeIl-KalkaraĦal Tarxien BirkirkaraIl-QalaTa’ KerċemIx-Xagħra Ħad-DingliIl-QrendiĦal Kirkop Il-FguraSan Ġiljan Id-deċizjoni dwar il-ħidma fir-rigward tal- Covenant of Mayors trid issir mill-Kunsilli Lokali għaliex dawn huma awtonomi fit-tmexxija tagħhom.

Inizjattiva Internazzjonali — Convenant of Mayors – għajnuna tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u fiex kienet tikkonsisti l-għajnuna tal-Gvern bejn l-2014 u l-2019 lil kull Gvern Lokali (kunsill lokali) firmatarju fl-inizjattiva Internazzjonali msejħa Convenant of Mayors?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tinghata f'seduta ohra.

Tilwima Reġistrata bejn l-Uffiċjali tal-Komunità u l-LESA

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10803 u 10697 u jgħid fiex tikkonsisti preċiżament (raġunijiet) it-tilwima reġistrata bħalissa bejn l-uffiċjali tal-komunità (wardens) u l-LESA?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-azzjonijiet industrijali kienu jikkonsistu li l-Uffiċjali jirrapurtaw ix-xogħol mingħajr uniformi. Illum il-ġurnata din l-azzjoni industrijali ġiet imwaqqfa.

Tilwima Reġistrata bejn l-Uffiċjali tal-Komunità u l-LESA — azzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10804 u 10698 u jelenka x’azzjonijiet qed jieħdu l-uffiċjali tal-komunità (wardens) kawża għat-tilwima li huma għandhom mal-LESA?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 11787.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba kellhom il-Gvernijiet Lokali (Kunsilli Lokali) tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar (b'mod individwali) sabiex jintramaw/jitwaqqfu tower cranes fuq siti ta' kostruzzjoni fil-lokalitajiet rispettivi tagħhom bejn Ġunju 2013 u Settembru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ir-risposta tingħata f'seduta oħra.

LESA – Breathalyzer Test

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Breathalyzer Test saru mil-uffiċjali tal-Local Enforcement System Agency (LESA) bejn Jannar 2017 u Settembru 2019?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu imsemmi saru numru ta’ spot checks b’total ta’ 157 vettura imwaqqfa. Fejn saru total ta’ 17-il test tan-nifs, fejn 2 irriżultaw pożittiv.