Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – Road Safety Audit

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-Road Safety Audit ta’ Triq Lewis Wettinger (Bypass) fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li l-ewwel stadju ta’ r-Road Safety Audit ta’ Triq Lewis Wettinger fil-Mellieħa sar f’Lulju 2018 u qed inpoġġuh fuq il-Mejda tal-Kamra.

LESA – audited accounts

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-audited accounts tal-LESA tal-2017, 2018 u l-2019, liema dokumenti ilni xhur nagħmel l-istess domandi parlamentari dwarhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

L-Aġenzija LESA, lestiet l-accounts tas-snin 2017 u 2018 u qiegħda tikkonkludi dawk tal-2019. Sadanittant sar l-awditjar fuq talba mill-Kumitati Reġjonali għal-reimbors ta’ spejjeż marbuta mal-operat tat-Tribunali Lokali, liema awditjar kien lest fil-ġranet li għaddew, u bih jista’ jiġu konklużi l-Financial Statements. Hekk kif jiġu approvati r-rakkomandazzjonijiet tal-LESA dwar it-talba tal-Kumitati Reġjonali, jitlestew il-financial statements, u l-awdituri jkunu jistgħu jikkonkludi l-awditjar tal-Aġenzija. Dan il-proċess huwa mistenni li jkun konkluż fil-futur qrib.

Mellieħa – Ta’ Masrija – bdil tal-policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-teħid tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni fil-bdil tal-policy għaż-żona Ta' Masrija fil-Mellieħa mill-Bord tal-Ippjanar fl-2015 kienx hemm membri fi ħdan il-bord li ddikjaraw kunflitt ta' interess?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qed niġi infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li waqt id-delebirazzjoni u deċiżjoni tal-applikazzjoni l-PC application 46/13 dwar il-bdil tal-policy għaż-żona Ta' Masrija fil-Mellieħa mill-Bord tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, ma kien hemm l-ebda membru li ddikjara kunflitt ta’ interess.

Awtorità tal-Ippjanar – approvazzjoni ta’ permess

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fit-teħid tad-deċiżjoni mill-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-approvazzjoni tal-permess fl-applikazzjoni PA /05909/17 kienx hemm membri mill-Bord li ddikjaraw kunflitt ta’ interess qabel ma’ ttieħed il-vot fuq l-applikazzjoni indikata?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’referenza għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant, qed niġi infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li waqt id-delebirazzjoni u deċiżjoni tal-applikazzjoni PA 5909/17 mill-Bord tal-Ippjanar, ma kien hemm l-ebda membru li ddikjara kunflitt ta’ interess.

Building Regulation Office — spezzjonijiet

Question

B'referenza għall-ispezzjonijiet (ammont ta' 900 spezzjoni ) li l-Prim Ministru għamel referenza għalihom waqt l-intervent tiegħu fil-Parlament nhar it-Tlieta 3 ta' Marzu meta kien qed jitkellem fuq it-traġedja li seħħet f'Santa Venera fil-jum ta' qabel, jista' l-Ministru jgħid kemm saru minn dawn l-ispezzjonijiet mill-Building Regulation Office, meta saru (data ta' kull spezzjoni) u fejn saru (lokalità b'lokalità)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ spezzjonijiet mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bajja tal-Għadira — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ xogħol qed isir fuq il-Bajja tal-Għadira meta fl-aħħar jiem dehru inġenji soltu relatati ma’ siti ta’ kostruzzjoni? B’rabta mal-istess xogħol tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi tal-Awtoritajiet konċernati li approvaw dan it-tip ta’ xogħol li effettivament seta jsir?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger — spejjeż

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont ta' x'kienu l-ispejjeż li ntefqu sa issa fuq xogħlijiet li saru fuq Triq Lewis Wettinger (By Pass) fil-Mellieħa bejn Jannar 2018 u Frar 2020?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Louis Wettinger, jew kif inhi magħrufa l-Bypass tal-Mellieħa, inbniet mill-ġdid fl-2018 b’investiment ta’ €2.8 miljun sabiex tkun aktar sigura għal dawk kollha li jużawha. Fost oħrajn, f’din it-triq saret struttura ġdida tal-konkos biex issaħħaħ l-ilqugħ mal-ġenb tal-karreġġjata tat-tramuntana, fuq ir-riħ tal-Miżieb. Ġie introdott ukoll tagħmir ġdid ta’ crash barriers mal-ġnub tal-karreġġjati u central strip ġdida bil-crash barriers fin-nofs, bejn il-korsiji f’direzzjonijiet opposti. It-triq kollha, li qabel qatt ma kienet imdawla, saritilha wkoll sistema ġdida ta’ lampi LED fuq arbli. Fl-istess waqt, flimkien mal-erba’ korsiji għall-karozzi, tnejn f’kull direzzjoni, din il-Bypass issa għandha wkoll korsija għar-roti b’tul ta’ 1.4 kilometri. Il-proġett kien jinkludi wkoll disinn ġdid ta’ uħud mill-junctions bejn din it-triq u toroq oħrajn li jinfdu magħha, fosthom it-triq tal-Miżieb u toroq oħrajn li jwasslu għaż-żoni residenzjali tal-Mellieħa. Wara li tlestew ix-xogħlijiet, bħalma jiġri f’kull proġett ta’ dan it-tip, Infrastructure Malta kkummissjonat it-testijiet tekniċi biex tivverifika l-kwalità tax-xogħol li jkun sar. Dawn it-testijiet ikkonfermaw li partijiet mill-wiċċ tal-asfalt tat-triq kien jeħtieġ li jitranġaw. Ix-xogħlijiet ser isiru mill-kuntratturi tal-proġett, bi spejjeż għalihom, bħalma jiġri normalment f’każijiet bħal dawn. It-tiswijiet kienu skedati li jsiru kmieni s-sena l-oħra. Madankollu, Infrastructure Malta talbet lill-kuntratturi jipposponuhom, peress li fl-istess inħawi kienu għaddejjin proġetti oħrajn li kienu jeħtieġu li Triq Louis Wettinger tintuża bħala rotta alternattiva. Fost dawn kien hemm il-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Marfa, bejn il-Mellieħa u l-Għadira, u l-bini mill-ġdid ta’ Triq il-Wilġa u t-tiswijiet ta’ Triq il-Mellieħa, fir-rotta ewlenija bejn il-Mellieħa, il-Manikata u Għajn Tuffieħa. Infrastructure Malta kienet talbet ukoll li ma jsirux xogħlijiet fil-Bypass matul is-sajf, peress li din tinsab fir-rotta ewlenija lejn Għawdex u lejn diversi bajjiet popolari fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta. Għaldaqstant, l-ewwel xogħlijiet ta’ tiswijiet fil-Bypass bdew lejn l-aħħar tal-2019 fejn fl-istess ħin, fuq talba li għamel il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa sar ukoll tisħiħ tas-sistema għall-ġbir tal-ilma tax-xita fl-istess parti ta’ din it-triq. Barra minn hekk, l-aġenzija saritilha wkoll talba separata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex f’parti oħra tat-triq jsiru pajpijiet ġodda għal proġett ġdid li bdiet twettaq ftit tax-xhur ilu. Għalhekk, it-tiswijiet tal-asfalt li kienu ordnati lill-kuntrattur minn Infrastructure Malta se jsiru fix-xhur li ġejjin wara li jitpoġġew dawn il-pajpjiet meħtieġa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Iċ-ċertifikazzjoni finali tkun disponibbli meta jitlestew ix-xogħlijiet kollha, inkluż ix-xogħol li ma laħaqx il-livell stabbilit u li se jagħmel tajjeb għalih il-kuntrattur, kif ukoll ix-xogħol addizzjonali li ntalab fl-aħħar xhur minħabba l-proġett ġdid tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u li se tħallas għalih hi. Mhux veru li ttieħdet parti mit-triq, imma s-service road kienet skemata li ssir u eventwalment din se tkompli tingħaqad ma’ toroq oħrajn fl-inħawi meta dawn iż-żoni jiġu żviluppati mis-sidien tagħhom. Din swiet €217,441 (VAT inkluż). Il-korsija għar-roti se tibqa’ kif kienet meta t-triq inbniet mill-ġdid fl-2018 u mhux previst li jsir l-ebda tibdil fiha.

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet saru fuq Triq Lewis Wettinger (By Pass) fil-Mellieħa bid-dati (data, xahar u sena) ta' meta saru x-xogħlijiet fuq l-istess triq bejn Jannar 2018 u Frar 2020?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 13418 tal-istess Seduta.

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – xogħlijiet – ċertifikazzjoni tal-periti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċertifikazzjoni tal-periti tax-xogħlijiet kollha li saru fuq Triq Lewis Wettinger (ByPass) fil-Mellieħa bejn Jannar 2018 u Frar 2020?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 13418 tal-istess Seduta.

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – service road

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s-service road li saret meta ttieħdet parti minn Triq Lewis Wettinger (Bypass) fil-Mellieħa quddiem il-binja li nbniet fl-istess triq u min għamel tajjeb għall-ispejjeż tal-istess triq?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 13418 tal-istess Seduta.

Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – bike lane

Question

Wara x-xogħlijiet li reġgħu saru fl-aħħar ġimgħat fi Triq Lewis Wettinger (By Pass) fil-Mellieħa, jista' l-Ministru jgħid jekk il-bike lane hiex ser tibqa tul it-triq kollha? Jista’ jgħid kemm ser tkun wiesa' l-istess bike lane jekk kemm-il darba se tkun tul il-Bypass kollha?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 13418 tal-istess Seduta.
Leg 13 PQ #13340 Sitting 307 2020-03-10 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Każ ta’ Familja – ħsarat strutturali fid-dar

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika jekk hemmx tkaxkir tas-saqajn minn xi entità tal-Gvern fil-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament wara li nhar it-12 ta' Ottubru 2019 kellhom jiġu evakwati mill-appartament indikat wara li xogħol ta' kostruzzjoni li kien qed isir biswit l-istess blokka kkawża ħsara strutturali f'wieħed mill-appoġġi / ħajt fl-istess appartament fejn huma kienu jabitaw u għalkemm saru numru ta' spezzjonijiet, u anke daħlet il-pulizija u l-każ spiċċa quddiem il-Qorti, sal-lum din il-familja għadha ma tistax tmur lura f'darha?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Triq li tagħti mill-promenade tax-Xemxija sal-Knisja tax-Xemxija – rranġar ta’ Triq

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1718, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-istudju u allura jekk jistax il-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol għall-bini mill-ġdid ta’ din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Nirreferu għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 11811. Sadanittant, sakemm isiru x-xogħlijiet ta’ servizzi taħt il-livell tat-triq minn entitajiet terzi u Infrastructure Malta tkun tista’ tipproċedi bil-bini mill-ġdid tat-triq, l-istess aġenzija fiż-żmien li ġej ser tagħmel tiswijiet f’parti oħra ta’ din it-triq, kif ukoll tiswijiet ta’ kanal li hemm taħt l-istess triq bħala parti mis-sistema tal-immaniġġjar tal-ilma tax-xita f’dawn l-inħawi. Dawn ix-xogħlijiet temporanji ser jitlestew qabel is-sajf li ġej.
Leg 13 PQ #13290 Sitting 306 2020-03-09 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Spezzjonijiet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'tip ta' spezzjonijiet (ammont ta' 900 spezzjoni) għamel referenza għalihom waqt l-intervent tiegħu fil-Parlament nhar it-Tlieta 3 ta' Marzu meta kien qiegħed jitkellem fuq it-traġedja li seħħet f'Santa Venera fil-jum ta' qabel? Jista’ jgħid liema aġenzija, dipartiment jew entità governattiva kienu responsabbli minn dawn l-ispezzjonijiet, meta saru (data ta' kull spezzjoni) u fejn saru (lokalità b'lokalità)?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-referenza kienet għal spezzjonijiet, li kont mgħarraf dwarhom, fuq siti varji ta’ kostruzzjoni li kien hawn jew għad hawn fil-pajjiż. Għat-tagħrif ulterjuri li qed jitlob, nitolbu jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru konċernat

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet approvati fix-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fiż-żona tax-Xemxija? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess żona fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill Onor Interpellant li qed nuri hawn taht n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fix-Xemxija. Il-figuri juru wkoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess ka¿ijiet. Xemxija Applikazzjonijiet approvati bil-permess maħruġ 80 Ka¿ijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li ser jibda x-xogħol 43 Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol 52 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ ¿vilupp, fejn il-kunsill lokali mi¿mum fis-sistema jinkludi dak ta’ San Pawl il-Baħar u fejn l-indirizz tas-sit fl-applikazzjoni jinkludi il-kelma “Xemxija” fejn id-deċi¿joni li tiġi approvata l-applikazzjoni ttieħdet mill-Awtorità stess fil-perjodu msemmi. In-numru ta’ spezjonijiet huwa dak mi¿mum fis-sistema u ma jinkludix spezjonijiet li setgħu saru frott ta’ lment mill-pubbliku (li ma jin¿ammux fis-sistema f’mod li jkunu jistgħu jiġu relatati mal-ka¿ijiet hawn fuq imsemmija).

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet approvati fin-Naxxar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fil-lokalità tan-Naxxar? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti ta' kostruzzjoni tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess lokalità fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13292, hawn taħt hawn tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fin-Naxxar. It-tabella turi ukoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess każijiet. Naxxar Applikazzjonijiet approvati bil-permess maħruġ 963 Każijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li se jibda x-xogħol 578 Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol 554 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, fejn il-kunsill lokali miżmum fis-sistema jinkludi dak tan-Naxxar fejn id-deċiżjoni li tiġi approvata l-applikazzjoni ttieħdet mill-Awtorità stess fil-perjodu msemmi. In-numru ta’ spezjonijiet huwa dak miżmum fis-sistema u ma jinkludix spezjonijiet li setgħu saru frott ta’ lment mill-pubbliku (li ma jinżammux fis-sistema f’mod li jkunu jistgħu jiġu relatati mal-każijiet hawn fuq imsemmija)

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet approvati fil-Mellieħa/Manikata

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fil-lokalità tal-Mellieħa/Manikata? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti ta' kostruzzjoni tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess lokalità fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13293, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fil-Kunsill tal-Mellieħa, li jinkludi l-lokalitajiet tal-Manikata. It-tabella turi ukoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess każijiet f’kull lokalità. Mellieħa Manikata Lokalitajiet oħra Total Applikazzjonijiet approvati bil-permess maħruġ 38 801 839 Każijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li se jibda x-xogħol 21 465 486 Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol 14 596 610 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, fejn il-kunsill lokali miżmum fis-sistema jinkludi dak tal-Mellieħa u fejn l-indirizz tas-sit fl-applikazzjoni jinkludi il-lokalità tal-Manikata, fl-istess kunsill, fejn id-deċiżjoni li tiġi approvata l-applikazzjoni ttieħdet mill-Awtorità stess fil-perjodu msemmi. In-numru ta’ spezjonijiet huwa dak miżmum fis-sistema u ma jinkludix spezjonijiet li setgħu saru frott ta’ lment mill-pubbliku (li ma jinżammux fis-sistema f’mod li jkunu jistgħu jiġu relatati mal-każijiet hawn fuq imsemmija).

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet approvati fil-Qawra u Buġibba

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fiż-żoni tal-Qawra u Buġibba? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti ta' kostruzzjoni tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess lokalità fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13294, hawn taħt hawn tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fil-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar, li jinkludi l-lokalitajiet tal- Qawra u Buġibba. It-tabella turi ukoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess każijiet f’kull lokalità. Buġġiba/Qawra Applikazzjonijiet approvati bil-permess maħruġ 308 Każijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li se jibda x-xogħol 164 Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol 202

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet approvati f’San Pawl il-Baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar bejn Jannar 2017 u Frar 2020 fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? Jista' jgħid ukoll kemm-il spezzjoni saret fuq is-siti ta' kostruzzjoni tal-applikazzjonijiet approvati fl-istess lokalità fl-istess perjodu?

Response (FARRUGIA, AARON)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13295, hawn taħt hawn tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati u nħarġilhom permess bejn l-ewwel ta’ Jannar 2017 u l-aħħar ta’ Frar 2020 fil-Kunsill ta’ San Pawl il-Baħar. It-tabella turi ukoll in-numru ta’ applikazjonijiet li dwarhom l-Awtorità tal-Ippjanar ġiet infurmata li kienu ser jibdew ix-xogħlijiet, kif ukoll in-numru ta’ spezjonijiet li saru dwar l-istess każijiet f’kull lokalità. San Pawl il-Baħar Buġġiba/Qawra Xemxija Lokalitajiet oħra Total Applikazzjonijeit approvati bil-permess maħruġ 308 80 1,089 1,477 Każijiet fejn l-Awtorità ġiet infurmata li se jibda x-xogħol 164 43 629 836 Spezzjonijiet fuq siti fejn inbeda x-xogħol 202 52 1,038 1.292