Legislature:
Category:
Reset
Active:

COVID-19 — Għaqdiet Mhux Governattivi – ħaddiema li se jibbenefikaw minn pakkett finanzjarju

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14399 u jgħid kemm kien in-numru ta’ ħaddiema li jaħdmu ma’ Għaqdiet Mhux Governattivi (u ma' liema għaqdiet jaħdmu) li se jkunu qed jibbenefikaw mill-hekk imsejjaħ pakkett finanzjarju li l-Gvern ħabbar b'rabta mal-imxija tal-COVID-19? Fl-istess risposta, jista' jgħid kemm kien l-ammont fi flus li dawn l-istess għaqdiet ser ikunu qed jingħataw mill-Gvern?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 14680 u 14399 tingħata meta l-applikazzjonijiet ikunu evalwati kollha

Baġit għall-Isport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13867 u jindika kemm kien il-baġit għall-isport f'pajjiżna, sena b'sena, bejn l-2009 u l-2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġetti Infrastrutturali sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13868 u jindika liema kienu l-proġetti infrastrutturali sportivi li saru f'pajjiżna bejn l-2008 u l-2020 u kemm kien il-valur tagħhom b'mod individwali?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-informazzjoni li għandha SportMalta hija kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Irrid nirrimarka li ninsab informat li SportMalta ma sabitx informazzjoni jew files li jistgħu jwasslu għal risposta dwar proġetti pre-2013.

Awtorità tal-Artijiet — Għaqda Ġurnalisti Sports Malta - applikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba/applikazzjoni li resqet l-Għaqda Ġurnalisti Sports Malta quddiem l-Awtorità tal-Artijiet, sabiex Fond Nru 76 li jinsab fi Triq l-Ifran fil-Belt Valletta, jgħaddi għand l-istess għaqda sabiex jiġi utilizzat bħala Mużew Nazzjonali tal-Isport f’pajjiżna peress lil-korrispondenza bejn l-Awtorità u l-Għaqda indikata ilha għaddejja sa mill-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet li l-proprjetà msemmija għandha potenzjal wiesgħa u ttieħdet id-deċiżjoni li ssir aktar evalwazzjoni f’dan l-isfond bil-ħsieb li jkun immassimizzat l-potenzjal kollu tal-proprjetà.

Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ – konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jibda l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ għall-perjodu 2020-2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-konsultazzjoni ta' din il-politika mistennija tibda f'Settembru.

Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ – oqsma ewlenin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-prijoritajiet / oqsma ewlenin li l-Gvern ser ikun qed iħares lejhom bħala l-qafas għall-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ għall-perjodu 2020-2025?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-prijoritajiet tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ għal wara l-2020 se jibnu fuq il-politika nazzjonali preċedenti; dak li qed jiġri fl-Ewropa u fuq livell internazzjonali filwaqt li jirriflettu wkoll ir-realtà ta' ħajjet iż-żgħażagħ f'Malta. Il-qafas se jkun mibni fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva, l-inklużjoni, id-drittijiet taż-żgħażagħ kif ukoll il-ħiliet li tajjeb li jiksbu biex iż-żgħażagħ jgħixu b'mod aktar indipendenti u jsiru aktar impjegabbli. Naturalment it-tema diġitali se tkun tispikka f'din il-politika.

Aġenzija Żgħażagħ – baġit allokat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit allokat għall-Aġenzija Żgħażagħ sa mit-twaqqif tagħha fl-2010 sas-sena 2020? (sena b’sena)

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant huwa s-segwenti: Sena 2010 – Aġenzija Żgħazagħ ġiet imwaqqfa f’Diċembru 2010 (no budget) Sena 2011 – Fondi amministrati mill-MEDE €150,000 Sena 2012 – Fondi amministrati mill-MEDE €150,000 Sena 2013 – €250,000 Sena 2014 – €320,000 Sena 2015 – €320,000 Sena 2016 – €365,000 Sena 2017 – €410,000 Sena 2018 – €500,000 Sena 2019 – €530,000 Sena 2020 – €560,000

Djar tal-Anzjani – ikel fi fridges

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk ingħatatx direzzjoni mill-awtoritajiet sabiex anzjani residenti fid-Djar tal-Anzjani (tal-Gvern u fil-privat) ma jitħallewx ipoġġu ikel fi fridges li għandhom aċċess għalihom huma fl-istess residenzi (anke f'ċerti każijiet fil-kmamar tagħhom privati)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Kommunità, u l-Faċilità għal Kura fit-Tul San Vinċenz de Paul ma ħarġu l-ebda direzzjoni f’dan ir-rigward.

Park tal-Majjistral – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14377 u jgħid fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-valur tal-investiment li sar mill-Gvern fil-Park tal-Majjistral, sena b'sena, bejn Jannar 2014 u April 2020?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar il-Park tal-Majjistral hemm ftehim ta’ ġestjoni bejn l-Ministeru, l-ERA u n-Nature Trust Malta, Din L-Art Ħelwa u l-GAIA Foundation li flimkien jiffurmaw il-Heritage Parks Federation li hija responsabbli għall-immaniġġjar tal-Park. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li kien ffirmat f’Jannar 2008 u għadu fis-seħħ sal-lum. Il-Ministeru jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Park ta’ € 69,881 kull sena. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li bdew d-diskussjonijiet rilevanti biex ikun aġġornat dan l-Ftehim ta’ Ġestjoni. Ninsab infurmat ukoll li apparti minn dan, sabiex tindirizza diversi aspetti marbuta mal-bijodiversità u biex timplimenta l-Pjan ta’ Tmexxija tan-Natura 2000 dwar l-Irdumijiet ta’ Malta - Mir-Ramla taċ-Ċirkewwa sar-Ramla tal-Mixquqa li huma fiż-żona protetta fil-Park, f’Dicembru 2017 kien ffirmat ftehim (li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra) bejn l-ERA u l-Bord tal-Park. Permezz ta’ dan il-ftehim, li wkoll qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, l-ERA qiegħda tipprovdi l-appoġġ finanzjarju lill-Bord biex jittlestew diversi xogħlijiet u matul l-aħħar sentejn ix-xogħlijiet li saru jammontaw għas-somma ta’ €340,950.60. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru n-nefqa tal-flus mill-Bord. Sadanittant irrid infakkar li x-xogħlijiet li saru, anke bl-ghajnuna tal-Ministeru, Ambjent Malta, Wasteserv u l-ERA; kienu jinkludu t-tneħħija ta’ 6,800 tunnellata ta’ materjal ta’ kostruzzjoni u speċi aljeni invażivi mix-Xagħra l-Ħamra, Għajn Żnuber u Il-Prajjiet, t-tħawwil ta’ siġar u arbuxxelli indiġeni, restawr fuq bini kulturali, pubblikazzjoni ta’ kotba u Open Weekend għall-pubbliku fl-2018. Xogħlijiet oħra huma previsti għall-2020, inklużi r-restawr tal-ambjenti naturali, ir-riabilitazzjoni u / jew it-tħawwil ta’ pjanti u siġar indiġeni.

Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs sportivi — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet /klabbs sportivi minn kemm ilha li bdiet l-imxija tal-COVID 19, anke sabiex il-Gvern jisma’ mingħand il-membri fi ħdan l-istess assoċjazzjonijiet'federazzjonijiet/klabbs dwar x’impatt ħalliet fuqhom din l-imxija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Għaqdiet u Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs sportivi — eżenti mill-ħlas ta' spejjeż relatati ma' kirjiet u kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkun qed jeżenta lill-Għaqdiet Mhux Governattivi f’pajjiżna, li jinkludu wkoll dawk l-Għaqdiet u Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs Sportivi , milli jħallsu spejjeż relatati ma’ kirjiet (fuq binijiet jew faċilitajiet) kif ukoll fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma għaż-żmien ta’ kemm ilha li bdiet f’pajjiżna l-imxija tal-COVID 19?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li inizjattivi ta' dan it-tip jitħabbru mill-Gvern f'mument propizju, kif sar fil-każ tal-miżuri eċċezzjonali li ħabbar il-Gvern fl-aħħar ġimgħat minħabba l-kriżi tal-COVID-19.

Għaqdiet u Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs sportivi — eżenti mill-ħlas ta' spejjeż relatati ma' kirjiet u kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux se jkun qed jeżenta lill-Għaqdiet Mhux Governattivi f’pajjiżna, li jinkludu wkoll dawk l-Għaqdiet u Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs Sportivi , milli jħallsu spejjeż relatati ma’ kirjiet (fuq binijiet jew faċilitajiet) kif ukoll fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma għaż-żmien ta’ kemm ilha li bdiet f’pajjiżna l-imxija tal-COVID 19?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant Iniżjattivi ta' dan it-tip jitħabbru mill-Gvern f'mument propizju, kif sar fil-każ tal-miżuri eċċezzjonali li ħabbar il-Gvern fl-aħħar ġimgħat minħabba l-kriżi tal-COVID-19.

Il-Marsa — Korsa taż-Żwiemel - xogħlijiet

Question

Fid-dawl li x-xogħol fuq il-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa se jkun qed jieħu ftit żmien sakemm jinbeda, jista’ l-Ministru jara u jserraħ ras lis-sidien taż-żwiemel u lid-dilettanti tat-tiġrijiet taż-żwiemel li l-manutenzjoni li hemm bżonn issir fuq il-korsa attwali jsir bla telf ta’ żmien?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14437.

Proġett tal-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa – applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-proġett tal-Korsa taż-Żwiemel fil-Marsa?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li l-applikazzjoni qiegħda fl-istadju ta’ kunsiderazzjoni tal-Outline Development Permit.

Ta’ Kandja – Shooting Range — użu

Question

Jista’ l-Ministru jghid jekk is-Shooting Range f’Ta’ Kandja hiex qed topera/tintuża fit-totalità tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-imxija tal-Covid-19, ix-Shooting Range f’Ta’ Kandja tinsab magħluqa għall-pubbliku.
Leg 13 PQ #14442 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Interim From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Baġit għall-Isport

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13867 u jindika kemm kien il-baġit għall-isport f'pajjiżna, sena b'sena, bejn l-2009 u l-2020?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #14443 Sitting 332 2020-05-19 Oral · Interim From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Proġetti Infrastrutturali sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13868 u jindika liema kienu l-proġetti infrastrutturali sportivi li saru f'pajjiżna bejn l-2008 u l-2020 u kemm kien il-valur tagħhom b'mod individwali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — skeda tal-ġranet meta jsir knis u tindif ta' toroq

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tal-ġranet ta’ meta suppost isir it-tindif/knis tat-toroq fil-lokalitajiet tal-Mellieħa (Manikata /Selmun) u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra/Xemxija)?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-dettalji dwar l-iskeda tal-ġranet ta’ meta jsir it-tindif/knis tat-toroq fil-lokalitajiet tal-Mellieħa (Manikata /Selmun) u San Pawl il-Baħar (Buġibba/Qawra/Xemxija) jinsabu fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs sportivi — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuna finanzjarja offra l-Gvern tul l-imxija tal-COVID 19 lill-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet /Klabbs Sportivi f’pajjiżna (Malta u Għawdex) , anke peress li l-istess imxija ħalliet impatt mhux żgħir fl-operat ta’ dawn l-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs Sportivi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li s-settur sportiv ibbenefika mill-pakkett t’għajnuna finanzjarja mħabbra mill-gvern kif ukoll mill-iskema ta’ Fond ta’ Emerġenza għall-għaqdiet volontarji.

Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs sportivi — għajnuna finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ għajnuna finanzjarja offra l-Gvern tul l-imxija tal-COVID 19 lill-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet /Klabbs Sportivi f’pajjiżna (Malta u Għawdex) , anke peress li l-istess imxija ħalliet impatt mhux żgħir fl-operat ta’ dawn l-Assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet/Klabbs Sportivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14471.