Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-Saħħa — spezzjonijiet u testijiet fuq l-ilma fiż-żona tas-Salina

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika jekk sarux spezzjonijiet u testijiet mid-Dipartiment tas-Saħħa fuq l-ilma fiż-żona tas-Salina fejn fl-aħħar jiem kienu rrappurtati numru ta’ mwiet ta’ papri? Jekk saru, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali bħala parti mill-monitoraġġ għall-kwalita` tal-ilma baħar jigbor kampjuni ta’ kull gimgħa minn erba’ siti miż-żona tas-Salini; faċċata ta’ Triq it-Turisti, faċċata ta’ Triq ir-Rizzi, il-moll ta’ Ċens tal-Ġebla, u faċċata tal-ex-Coastline Hotel. Ir-riżultati tagħhom ikklassifikaw bħala tajba għall-għawm. Kodiċi tas-Sit Lokalita` tas-Sit Klassifika C29 Il-Bajja Tas-Salini (faċċata ta’ Triq it-Turisti) Eċċellenti C30 Il-Bajja Tas-Salini (faċċata ta’ Triq ir-Rizzi) Eċċellenti C31 Il-Bajja Tas-Salini (moll Ċens Tal-Ġebel) Tajba C32 Il-Bajja Tas-Salini (faċċata tal-Ex Coastline Hotel) Eċċellenti

Ċimiterju Omm tal-Ħniena — xogħlijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika meta hu mistenni jitkompla u jitlesta x-xogħol fuq l-estensjoni taċ-Ċimiterju Omm tal-Ħniena fil-Mellieħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-kuntrattur ma kompliex bix-xogħol skont it-termini tal-kuntratt, għaddejjin diskussjonjiet kemm nterni kif ukoll mad-Dipartimenti tal-Kuntratti biex jittieħdu l-passi neċessarji u jkun jista’ jitkompla il-proġett.

COVID-19 – għajnuna lill-għaqdiet sportivi

Question

B’referenza għall-proposti relatati mal-imxija tal-COVID-19 li ressqet l-Oppożizzjoni b’rabta mal-għajnuna lill-għaqdiet sportivi, jista’ l-Ministru jikkonferma li ġaladarba l-għaqdiet/klabbs sportivi jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’rata kummerċjali, huma se jkunu qed jibbenefikaw minn tnaqqis/sussidju/eżenzjoni fuq l-istess kontijiet kif imħabbar fil-mini baġit mill-Gvern ftit tal-ġimgħat ilu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

COVID-19 – għajnuna lill-għaqdiet sportivi

Question

B’referenza għall-proposti relatati mal-imxija tal-COVID-19 li ressqet l-Oppożizzjoni b’rabta mal-għajnuna lill-għaqdiet sportivi, jista’ l-Ministru jikkonferma li ġaladarba l-għaqdiet/klabbs sportivi jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’rata kummerċjali, huma se jkunu qed jibbenefikaw minn tnaqqis/sussidju/eżenzjoni fuq l-istess kontijiet kif imħabbar fil-mini baġit mill-Gvern ftit tal-ġimgħat ilu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

COVID-19 – għajnuna lill-għaqdiet sportivi

Question

B’referenza għall-proposti relatati mal-imxija tal-COVID-19 li ressqet l-Oppożizzjoni b’rabta mal-għajnuna lill-għaqdiet u klabbs sportivi, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dawn l-istess għaqdiet u klabbs sportivi humiex se jkunu qed jibbenefikaw minn tnaqqis/sussidju/eżenzjoni fuq ħlasijiet relatati ma’ affiljazzjoni kif ukoll minn ħlasijiet fuq kirjiet dovuti lil Sport Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

ERA — spezzjonijiet u testijiet fiż-żona tas-Salina

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk sarux spezzjonijiet u testijiet mil-ERA fuq l-ilma fiż-żona tas-Salina fejn fl-aħħar jiem kienu rrappurtati numru ta’ mwiet ta’ papri? Jekk saru, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tagħhom?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat illi Il-kanal tal-ilma magħruf bħala s-Sukkursu fis-Salini huwa wieħed mill-ilmijiet identifikati minn Malta taħt id-Direttiva 2000/60/KE li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (Water Framework Directive). Għal dan il-għan, Malta trid tiżgura li ma jkun hemm l-ebda deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma, liema kwalità hija bbażata fuq parametri fiżiċi, bħal livelli ta’ nutrjienti u kimiċi. Il-monitoraġġ tal-parametri mikrobijoloġiċi jmur lil hinn mill-għan ta’ din id-Direttiva u b’hekk qatt ma sar min-naħa tal-Awtorita’ għall-Ambjent u l-Ippajnar. L-aħħar stħarriġ fiż-żona tas-Salini sar fl-2017 b'rabta ma' bidla fil-kulur tal-ilma li ir-rapport finali qed jitpogga fuq il-mejda tal-kamra. Ir-riżultati jissuġġerixxu li dan l-episodju kien riżultat ta’ abbundanza ta 'mikroalgi fil-kanal tas-Sukkursu, li potenzjalment tista’ tkun assoċjata ma' konċentrazzjonijiet ta’ nutrijenti relattivament għoljin. Madankollu, filwaqt li r-riżultati ta 'dan l-istħarriġ jistgħu jkunu indikattivi ta' ċirkolazzjoni tal-ilma limitata, dawn ir-riżultati ma jistgħux jiġu estrapolati jew interpretati b'rabta mal-mortalità tal-papri fiż-żona.

Mellieħa – servizz tas-servizzi soċjali — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni li għamlu użu mis-servizz tas-servizzi soċjali li kien jingħata mill-bini tal-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fil-Mellieħa fl-aħħar 10 snin, liema servizz inbeda fl-2010?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, qatt ma nżammet statistika ta’ kemm persuni għamlu użu mis-servizz li jingħata mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lill-Kunsilli Lokali.

Mellieħa – servizz tas-servizzi soċjali — twaqqif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni u għal-liema raġuni li s-servizz tas-servizzi soċjali li kien jingħata mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, twaqqaf fl-aħħar jiem, liema servizz kien ilu jingħata sa mill-2010?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 15668.

Ta’ Qali – Open Air Gym — manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-manutenzjoni li hemm bżonn isir fl-Open Air Gym f'Ta' Qali jsir mill-aktar fis, peress li dan qed jikkawża periklu għal min qed jagħmel użu minnu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-outdoor gym equipment f’Ta’Qali ser jiġi mibdul. Hemm abbozz għal tender li qiegħed jiġi finalizzat u vvetjat mid-dipartiment tal-GPP biex ikun jista’ jiġi pubblikat. L-ammonti ta’ spejjeż magħmula fuq dan l-outdoor gym f’dawn l-aħħar tliet snin huma kif ġej: 2017 - €5,615.00 2018 - €4,548.77 2019 - € 980.11 2020 - € 701.93

Il-Mellieħa – Palazz tal-Marfa u l-Batterija ta’ Wied Musa – sitwazzjoni preżenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti tal-Palazz tal-Marfa (limiti tal-Mellieħa) u l-Batterija ta' Wied Musa, binja storika li tmur lura sa minn Żmien il-Kavallieri, li tinsab fl-istess viċinanzi u fl-istess waqt ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-proċess ta' espressjoni ta' interess li l-Gvern kien nieda f'Ottubru 2013 u li sussegwentament fl-2015 il-Gvern kien ħabbar li kumpanija privata kienet rebħet id-dritt li tiżviluppa dan is-sit?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi deċiżjoni finali fir-rigward tal-espressjoni ta’ interess fir-riġenerazzjoni tal-Palazz tal-Marfa għad trid tittieħed. Sadanittant il-propjeta' għadha f’idejn l-Awtorità tal-Artijiet.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – qisien tal-bike lane u tal-karreġġjati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15156 fejn il-Ministru rrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15154 u peress li f’din it-tweġiba mhemmx l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15156 u jagħti l-qisien preċiżi aġġornati ta’ kemm se tkun wiesa’ l-bike lane u l-wiesgħa tal-karreġġjati tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Lewis Wettinger) wara li ftit tal-ġimgħat ilu suppost saru l-culverts fuq l-istess triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Mellieħa – Servizz ta’ Night Shelter

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li matul l-aħħar tliet snin (xahar b’xahar) għamlu użu min-night shelter fil-Mellieħa?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Ngħarraf lill-Onor, Interpellant li, minħabba l-imxija tal-COVID-19, matul l-2020, l-anzjani li jibbenefikaw mis-servizz tan-night shelter, attendew in-night shelter sat-12 ta’ Marzu, hekk kif wara din id-data, is-servizz tan-Night Shelter ġie sospiż. Is-servizz ser jerġa jissokta mill-1 ta’ Lulju 2020. Xhur 2017 2018 2019 2020 Jannar 3 3 7 4 Frar 2 3 6 4 Marzu 3 3 6 4 April 3 3 5 Magħluq-Covid 19 Mejju 3 3 4 Magħluq-Covid 19 Ġunju 3 3 4 Magħluq-Covid 19 Lulju 3 3 4 Awissu 3 3 4 Settembru 3 7 4 Ottubru 3 7 5 Novembru 3 7 5 Diċembru 3 7 5

Torri ta’ Ciantar — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li xi ħsarat li seħħew fuq it-Torri ta’ Ciantar li jinsab fil-konfini tal-Park tal-Majjistral fil-limiti tal-Mellieħa, isirlu t-tiswija meħtieġa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-ħsara li hemm fit-torri ta 'Għajn Znuber tikkonsisti f'¿ewġ persjani nieqsa, dawn kellhom il-ħsara mir-riħ waqt maltempata riċenti kif ukoll tlett hgigiet tat-twieqi li ġew imkissra wara li tneħħew il-persjani. Bhalissa qegħdin fil-proċess li nirranġaw il-ħsara u hu stmat li sa l-aħħar tax-xahar xogħolijiet ikunu lesti.

Kosta fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — slielem

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn ser ikunu qed isiru s-slielem u meta dawn ser ikunu qed jitpoġġew f’posthom fil-konfini tal-kosta fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar (Buġibba u Qawra)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-domanda għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat, f'dan il-każ, il-Ministeru għat-Turiżmu.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – qisien tal-bike lane u tal-karreġġjati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15066 u jagħti l-qisien preċiżi aġġornati ta’ kemm se tkun wiesa’ il-bike lane u l-wiesgħa tal-karreġġjati tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Lewis Wettinger) wara li ftit tal-ġimgħat ilu suppost saru l-culverts fuq l-istess triq?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15154 tas-Seduta 340.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – ċertifikazzjoni relatati ma’ culverts

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15067 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċertifikazzjoni tal-periti jew nies oħra tekniċi tax-xogħlijiet li saru fl-aħħar ġimgħa relatati ma’ culverts fil-Bypass tal-Mellieha (Triq Lewis Wettinger)?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 15154 tas-Seduta 340.

Pont tal-Mistra — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15068 u jikkonferma jew le jekk fl-aħħar jiem fuq/taħt il-Pont tal-Mistra hux qed jerġa’ jsir xi xogħol ta’ tiswija/manutenzjoni? Jekk iva, jista’ jindika x’tip ta’ xogħol qed isir u kemm ser ikun ġie jiswa dan ix-xogħol li qed isir?

Response (BORG, IAN)

Bħalissa, Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma ta’ manutenzjoni ta’ parti mit-triq rurali li twassal għall-Bajja tal-Mistra, u li kien ilha ma jsirulha tiswijiet jew xogħol ieħor ta’ titjib snin twal. Għalkemm dawn it-toroq jinsabu biswit il-pont indikat, m’ghandhom x’jaqsmu xejn miegħu. Filwaqt li Infrastructure Malta wettqet tiswijiet strutturali estensivi tal-Pont tal-Mistra u t-triq ewlenija (Triq il-Mistra) li għaddejja minn fuqu (li tgħaqqad ix-Xemxija mal-Mellieħa) fis-snin li għaddew, dawn ix-xogħlijiet ma kienux jestendu għat-triq rurali indikata. Għalhekk m’huwiex ċar eżattament għaliex l-Onorevoli Interpellant qed jimplika li x-xogħol li għaddej bħalissa huwa xi xogħol li diġa kien sar. Fil-parti mit-triq rurali li twassal għall-Mistra Infrastructure Malta qed tirranġa xi kanali antiki tal-ilma tax-xita, li għal snin twal tħallew imkissrin u imblukkati b’ħama u skart ieħor, u ser tibdel il-wiċċ e¿istenti tat-triq b’asfalt ġdid. Dawn ix-xogħlijiet huma stmati li ser jiswew madwar €140,000.

Mellieħa – servizz ta’ ambulanza fix-xhur tas-sajf

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkunsidra sabiex matul ix-xhur tas-sajf fil-lokalità tal-Mellieħa jkun hemm servizz ta’ ambulanza (anke jekk dan is-servizz jista’ jingħata minn NGOs)? Dan peress li apparti n-numru ta’ bajjiet fil-konfini ta’ din il-lokalità, il-popolazzjoni tiżdied b’aktar minn tliet darbiet minħabba residenzi meqjusa bħala villeġġjatura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-naħa ta’ fuq ta’ Malta tul is-sena kollha tkun servuta b’ambulanza li hija stazzjonata fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.

Il-Mellieħa — Xatt ta' Santa Marija/Dawret it-Tunnara - xogħlijiet relatati mas-sistema tad-drenaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jindika fiex waslu u meta mistennija jitlestew ix-xogħlijiet relatati mas-sistema tad-drenaġġ fiż-żona magħrufa bħala x-Xatt ta’ Santa Marija/Dawret it-Tunnara fil-Mellieħa u dan anke għall-fatt li ftit tal-ġimgħat ilu kien tħabbar li dawn ix-xogħlijiet kellhom jitlestew fil-bidu ta’ Ġunju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett li qed jirreferi għalih huwa intenzjonat illi jwassal għal titjib fil-kwalita’ tal-baħar fl-akwati ħalli l-għawwiema jkunu jistgħu jgħumu bla periklu. Il-proġett hu stmat li jiswa’ miljun u nofs Ewro (€1.5m) u se jkun ifisser mal-500 konnessjoni tal-ilma u drenaġġ. Wara li żort ix-xogħolijiet eżattament xahar ilu, il-proġett ingħata spinta u se jkun lest fil-jiem li ġejjin, qabel jibda s-sajf ħalli issa jkun jista’ jitgawda bla periklu mill-għawwiema.

Mellieħa – Bajja tal-Għadira — parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jerġa' jikkunsidra li xogħol fuq il-proġett tal-parkeġġ eżistenti biswit il-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa jsir b’mod aktar sostenibbli u jitħaffer l-ispazju fejn hemm l-istess parkeġġ eżistenti minflok sempliċiment jingħata wiċċ ġdid bit-tarmak u b’hekk allura jkun qed jiġi mmassimizzat l-uniku spazju disponibbli fiż-żona indikata? Jista’ ukoll jiġi kkunsidrat li parti mill-istess sit indikat f’dan il-proġett issir bħala wesgħa pubblika għat-tgawdija tal-familji li jżuru ż-żona mhux biss fis-sajf iżda wkoll matul il-kumplament tas-sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-bajja tal-Għadira hija l-ikbar bajja nazzjonali li hija ffrekwentata minn mijiet ta’ Maltin u turisti. Is-sit fejn se jsir dan il-parkeġġ huwa dilapitat u filwaqt li ma jirrifletix prodott turistiku xieraq, hemm numru ta’ sitwazzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà li għandhom jiġu indirizzati b’mod urġenti. Ix-xogħlijiet li ser jsiru f’dan l-istadju huma tal-inqas intervent, sabiex iħallu lok għal pjani li jistgħu jsiru fil-futur. Il-ħsieb li jingħata wiċċ tat-tarmac huwa maħsub biex is-sit jiġi organizzat b’mod sigur għal dawk kollha li jipparkjaw f’dik iż-żona. Sadanittant, sabiex titħalla wesgħa pubblika jkun ifisser li jonqos in-numru ta’ parkeġġi li huma tant bżonnjużi f’din iż-żona.