Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li t-tiraturi ma jistgħux jagħmlu użu mir-Range 4 D fis-shooting range f’Ta’ Kandja peress li din għadha magħluqa u issa ilha hekk għal numru ta’ xhur? (Dan kemm qabel bdiet u kif ukoll wara li għaddiet l-imxija tal-COVID-19)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fuq Range 4 għaddej xogħol ta' manutenzjoni. Minħabba f'hekk, dan ir-range jinsab għalissa magħluq.
Sptar Mater Dei – mediċina Primidone SERB (250mg) — prezz
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kienet ir-raġuni li bejn Ġunju 2020 u Lulju 2020 mediċina bl-isem Primidone SERB (250mg) għoliet minn €15 għal €104 u din il-mediċina b’din il-varjazzjoni fil-prezz inxtrat mill-ispiżerija tal-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prezzijiet ikkwotati minnu mhumiex korretti. Hu minnu li l-prezz ġie rivedut u żdied peress li kien hemm skarsezza fil-produzzjoni u n-nuqqas ta prodott madwar id-dinja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16052 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji u li issa ġiet riferuta lilu u jindika għal liema raġuni, minn wara li ntemmet l-emerġenza medika b’rabta mal-imxija tal-COVID-19, fergħat tal-Bank of Valletta fetħu fl-1 ta’ Lulju 2020 f’numru ta’ lokalitajiet iżda mhux l-istess ġara fil-lokalità tal-Mellieħa? Jista’ l-Ministru jindika jekk hux ser tinfetaħ jew le l-imsemmija fergħa u jekk iva meta hi d-data prevista li ser isir dan il-ftuħ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninfroma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji (u pjanti) dwar fiex jikkonsisti l-proġett relatat mal-Applikazzjoni Numru PA/03012/20 b’rabta ma’ impjanti fiż-żona tal-Magħtab u fl-istess ħin ipoġġi wkoll il-pjanti relatati mal-istess applikazzjoni?
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-inċineratur li l-Gvern qed jibqa’ jinsisti li jrid jagħmel fil-Magħtab u fl-istess waqt jgħid ukoll x’tip/mudell hu dan l-istess inċineratur li l-Gvern qed jgħid li se jibni u jindika jekk dan il-mudell hawnx bħalu f’xi pajjiż ieħor fid-dinja? Jekk iva, jista' jindika l-isem tal-pajjiż/i?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Magħtab – bini ta’ inċineratur – laqgħat ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni li saru mal-kunsilli lokali, residenti u bdiewa dwar il-proġetti indikati li se jinbnew fiż-żona tal-Magħtab primarjament dawk relatati mal-bini tal-inċineratur?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għad-diversi Mistoqsijiet Parlamentari li saru dwar il-materja u b’mod iktar specifiku ghal dik li inghatat ghal Numru 14093.
Jista’ l-Ministru jindika fiex waslet l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar relatata mal-proġett li huwa ppjanat li jsir fin-Naxxar preċiżament fuq is-sit fejn qabel kien jintuża bħala Ċentru tal-Fieri (Trade Fair Grounds)? Jista’ jindika fiex se jkun jikkonsisti dan il-proġett u jekk kienx hemm tibdil mill-pjanti oriġinali li kienu tressqu quddiem l-Awtorità (PA/2284/16 )?
Response (FARRUGIA, AARON)
B’ referenza ghall-mistoqsija parlamentari numru 16096, ninsab infurmat li l-applikazzjoni bir-referenza PA2284/16, relatata mal-proġett fuq is-sit fejn qabel kien jintu¿a bħala Ċentru tal-Fieri, giet irtirata minn naha ta' l-applikant. Ghaldaqstant, l-Awtorita’ ta' l-Ippjanar m’ghanda l-ebda applikazzjoni pendenti quddiemha biex jigi zviluppat dan is-sit hekk kif indikat mill-Onorevoli interpellant.
Jista’ l-Ministru jara li l-ammont ta’ qasab li hemm fit-triq li minn fuq il-Pont tal-Mistra jagħti għall-bajja tal-Mistra jiġu maqtugħa jew jinżabru, peress li qed joħolqu periklu għas-sewwieqa u għan-nies li jgħaddu bil-pass miż-żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lil Onor Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill Ministru kkoncernat.
Il-Mellieħa – Żona taċ-Ċumnija – żbroff tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk fl-aħħar jiem kienx hemm żbroff tad-drenaġġ fiż-żona taċ-Ċumnija (Qammiegħ), limiti tal-Mellieħa? Jekk iva jista’ jgħid x’kien il-kaġun ta’ dan l-iżbroff?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nista’ nikkonferma li kien hemm overflow ta’ drenaġġ fiż-żona indikata. Dawn l-overflows iseħħu minħabba li f’ċerti mumenti d-domanda tissupera l-kapaċità tal-impjanti tagħna. Il-Korporazzjoni tal-Ilma għaddejja b’ħidma kontinwa sabiex tkompli ssaħħaħ il-kapaċità tal-impjanti tagħha. Din is-sena hemm skedat upgrading tal-impjanti ta’ Barkat u Sant Antnin, filwaqt li x-xogħol fuq l-impjant taċ-Ċumnija huwa skedat li jibda immedjatament wara. Ta’ min jinnota r-riżultati tajbin fil-kwalità tal-ilma tal-ibħra tagħna f’dawn l-aħħar snin grazzi għal din il-ħidma kontinwa.
Parkeġġ limiti tal-Għadira – multi storey car park
Question
Jista’ l-Ministru jindika jekk ix-xogħol li għaddej fuq il-parkeġġ eżistenti fil-limiti tal-Għadira, hux ser tittieħed il-konsiderazzjoni tal-proposta li ressaqt diversi drabi sabiex isir multi storey car park minflok kif qed isir ix-xogħol bħalissa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern permezz ta’ Projects Plus Limited se jkun qiegħed ibiddel medda t’art dilapitata, f’parkeġġ “state of the art” u sigur u li se jkun qiegħed jakkomoda aktar minn 300 vettura. Il-proposta ta’ multi-storey carpark kienet ġiet evalwata iżda l-konklużjoni kienet li jekk il-proġett isir b’dan il-mod, kien ser jieħu żmien twil biex jitlesta. Għall-kuntrarju ta’ dan, il-proġett li qiegħed jitwettaq bħalissa, ser ikun qed jitlesta fiż-żmien li ġej u b’hekk il-pubbliku ser ikun jista’ jagħmel użu minnu fil-ġimghat li ġejjin.
Nikkonferma wkoll, li fuq talba tieghek stess Onor. Interpellant, jiena tajt direzzjoni politika lil Kap Ezekuttiv ta’ Projects Plus sabiex jidhol f’diskussjonijiet mar-Regolaturi rispettivi, primarjament l-ERA. Dan kemm-il darba l-entita’ kienet lesta tikkunsidra l-proposta tieghek, u allura jigifieri li jkun zvillupat multi storey car park. Infurmat mill-istess Kap Ezekuttiv illi l-Awtorita’ regolatorja esprimiet numru ta’ materji importanti rigward potenzjalment bidla fil-progett u allura permess. Ghaldaqstant fl-immedjat din il-proposta qed tigi abbandunata.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14474 u jgħid kemm saru laqgħat mal-assoċjazzjonijiet/Federazzjonijiet /klabbs sportivi minn kemm ilha li bdiet l-imxija tal-COVID 19, anke sabiex il-Gvern jisma’ mingħand il-membri fi ħdan l-istess assoċjazzjonijiet'federazzjonijiet/klabbs dwar x’impatt ħalliet fuqhom din l-imxija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – qisien tal-bike lane u tal-karreġġjati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15564 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15156 fejn il-Ministru rrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15154 u peress li f’din it-tweġiba mhemmx l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15156 u jagħti l-qisien preċiżi aġġornati ta’ kemm se tkun wiesa’ l-bike lane u l-wiesgħa tal-karreġġjati tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Lewis Wettinger) wara li ftit tal-ġimgħat ilu suppost saru l-culverts fuq l-istess triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub qiegħed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le jekk l-inizjattiva tal-Community Policing hix ser tkun introdotta wkoll fil-lokalitajiet ta’ San Pawl il-Baħar u n-Naxxar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-inizjattiva tal-Community Policing ser tkun introdotta gradwalment f’diversi lokalitajiet f’dawn il-gżejjer u eventwalment ser tkun introdotta wkoll f’San Pawl il-Baħar u n-Naxxar.
Mellieħa, San Pawl il-Baħar u Naxxar – rapporti fl-għases tal-pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il rapport sar fl-għases tal-pulizija, fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (Xemxija, Burmarrad, Wardija, Qawra u Buġibba) u n-Naxxar (Magħtab u Salina) bejn Mejju 2019 u Ġunju 2020 maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi skont is-sistema elettronika tal-Pulizija, l-ammont ta’ rapporti li saru fl-għases tal-Pulizija fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar, bejn l-ewwel ta’ Mejju 2019 u l-aħħar ta’ Ġunju 2020 kien kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.
Lokalità
Mellieħa
Naxxar
San Pawl il-Baħar
Ammont
1870
2375
4638
Jista’ l-Ministru jindika għal liema raġuni, minn wara li ntemmet l-emerġenza medika b’rabta mal-imxija tal-COVID-19, fergħat tal-Bank of Valletta fetħu fl-1 ta’ Lulju 2020f’numru ta’ lokalitajiet iżda mhux l-istess ġara fil-lokalità tal-Mellieħa? Jista’ l-Ministru jindika jekk hux ser tinfetaħ jew le l-imsemmija fergħa u jekk iva meta hi d-data prevista li ser isir dan il-ftuħ?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15929 u ċjoè: B’referenza għall-proposti relatati mal-imxija tal-COVID-19 li ressqet l-Oppożizzjoni b’rabta mal-għajnuna lill-għaqdiet sportivi, jista’ l-Ministru jikkonferma li ġaladarba l-għaqdiet/klabbs sportivi jħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma b’rata kummerċjali, huma se jkunu qed jibbenefikaw minn tnaqqis/sussidju/eżenzjoni fuq l-istess kontijiet kif imħabbar fil-mini baġit mill-Gvern ftit tal-ġimgħat ilu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor interpellant li dawk l-għaqdiet/klabbs sportivi li diġà għandhom applikazzjoni tal-wage supplement approvata ser ikunu qed jibbenifikaw mill-iskema ta’ assistenza fuq il-kont tal-elettriku kif imħabbar mill-Gvern fil-pjan ta’ rigenerazzjoni ekonomika.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’passi ttieħdu sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika fuq il-kwistjoni tal-papri mejta li nstabu fiż-żona tas-Salina u dan anke fl-interess tan-nies li jiffrekwentaw l-imsemmija żona?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Intrpellant li l-uffiċjali għas-saħħa ambjentali għamlu l-investigazzjonijiet u l-ispezzjonijiet neċessarji, fejn ġie kkonfermat li l-papri mejta kollha tneħħew mill-awtoritajiet kompetenti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika fuq il-kwistjoni tal-papri mejta li nstabu fiż-żona tas-Salina u dan anke fl-interess tan-nies li jiffrekwentaw l-imsemmija żona?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Il-Mellieħa – Ġnien tal-Pellegrini – tiswija jew bdil ta’ turġien
Question
Jista’ l-Ministru jara li xogħol ta’ tiswija jew bdil ta’ turġien li hemm bżonn isir fi Ġnien tal-Pellegrini li jinsab fil-Mellieħa u li tiegħu hu responsabbli l-Kunsill Lokali, isir mill-aktar fis u dan anke peress li qed joħloq periklu u inkonvenjent għal min jagħmel użu minn dan il-ġnien?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li t-tiswijiet indikati mill-Onor. Interpellant ġew inklużi fil-programm ta’ xogħlijiet assenjati mill-Kunsill lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura.