Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Eko kontribuzzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien l-ammont miġbur f’eko kontribuzzjoni (b’mod separat) mil-lukandi u stabbilimenti oħra ta’ akkomodazzjoni fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar matul is-snin 2022 u 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-kontribuzzjonijiet miġbura reġgħu ġew investiti lura (u b’liema mod) fl-istess żewġ lokalitajiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — MTA - Applikazzjonijiet għall-estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti jew lukandi ġodda

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għall-estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti jew lukandi ġodda fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar (Buġibba, Qawra u Xemxija)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha seba’ applikazzjonijiet għal akkommodazzjoni kollettiva fil-lokalitajiet imsemmija.

SMEs — Inizjattivi għal tkabbir fl-oqsma tat-teknoloġija u l-innovazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-inizjattivi li l-Gvern qed joffri lill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) sabiex jiffaċilitaw it-tkabbir tagħhom, partikolarment fl-oqsma tat-teknoloġija u l-innovazzjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi joffru diversi inizjattivi u skemi biex jiffaċilitaw t-tkabbir tagħħom fl-oqsma tat-teknoloġija u l-innovazzjoni hekk kif elenkat fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Tajjeb ukoll ninforma l-Onor. Interpellant li kif imħabbar fil-baġit 2025 se jkunu qed jitħabbru diversi inizjattivi oħra. Għaldaqstant, il-gvern għandu diversi skemi oħra ta' assistenza offruti minn entitajiet li jaqgħu taħt ministeri oħrajn.

SMEs — Programmi ta' taħriġ u żvilupp għall-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi programmi ta' taħriġ u żvilupp li l-Gvern qed joffri għall-SMEs sabiex itejbu l-kompetenzi u l-ħiliet tal-impjegati tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise tamministra l-iskema Skills Development. Din l-iskema hija miftuħa għan-negozji kollha inkluż negozji ta’ daqs żgħir u medju. Negozji li jorganizzaw programmi ta taħriġ lill-impjegati taghhom jistgħu jingħataw kreditu fuq taxxa jew għotja li tkopri persentaġġ mill-ispiża tat-taħriġ. L-MDIA qed ikolla wkoll rwol proattiv fit-taħriġ u fit-titjib tal-ħiliet tal-impjegati tal-SME’s. Ta’ kull sena jiġu organizzati numru ta bootcamps ghal SMEs sabiex jitkabbru l-hiliet u jittejbu l-kompetenzi fit-teknologija emerġenti ghal impjegati u l-professjonisti tat-teknologija. Permezz tal-impenn tagħha għall-innovazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali, MDIA permezz ta’ DiHubMT bħalissa qed toffri diversi korsijiet ta’ taħriġ taħt il-pilastru ta’ Ħiliet Diġitali Avvanzati u Taħriġ, iddisinjati speċifikament biex jarmaw lill-impjegati bl-għarfien u l-kompetenzi meħtieġa. Dawn il-programmi ta’ taħriġ jimmiraw oqsma ewlenin emerġenti, jinkludu 3D Printing, Data, Metaverse Space (AR/VR/XR) u teknoloġiji emerġenti skont il-bzonn– li jinkludu firxa wiesgħa ta’ oqsma bħall-AI, blockchain, u Internet tal-Oġġetti (IoT), li jippreparaw lill-impjegati għat-talbiet tal-pajsaġġ teknoloġiku ta’ għada. Importanti, dawn l-inizjattivi ma jitwettqux b'mod i¿olat. DiHubMT jaħdem f'kollaborazzjoni mill-qrib kemm ma' entitajiet pubbliċi kif ukoll privati, u jiżgura li l-kontenut, it-twassil u r-ri¿ultati tat-taħriġ ikunu allinjati mal-ħtiġijiet tal-industrija tad-dinja reali. Dan l-approċċ ta' diversi partijiet interessati jsaħħaħ ir-rilevanza u l-applikabilità tat-taħriġ, u jnaqqas id-distakk bejn l-edukazzjoni u l-impjieg. Barra minn hekk, ġie stabbilit konsorzju għall-edukazzjoni tal-ħiliet diġitali sabiex jiġi żgurat li t-taħriġ jiġi identifikat b'mod korrett. Billi trawwem kultura ta’ tagħlim u innovazzjoni kontinwi, MDIA permezz ta’ DiHubMT qed tikkontribwixxi b’mod attiv għall-ħolqien ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet għolja, ippreparata aħjar biex tilqa’ l-isfidi u l-opportunitajiet ippre¿entati mit-trasformazzjoni diġitali. Dawn l-isforzi huma partikolarment siewja għall-SMEs, peress li ħafna drabi jiffaċċjaw ostakli akbar fl-aċċess għal tali riżorsi ta’ taħriġ speċjalizzat waħedhom.

Kooperattivi — Miżuri ta’ appoġġ

Question

Jista’ l-Ministru b’mod konkret jgħid x'inhuma l-miżuri li l-Gvern qed joffri sabiex jappoġġja l-kooperattivi f'Malta, u kif il-Gvern qed jaħdem għal aktar titjib fil-qasam tal-kooperattivi f’pajjiżna fil-futur immedjat?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li kif mitlub mill-liġi, 70% tal-kontribuzzjonijiet li jammontaw għal mijiet ta’ eluf ta’ ewro huma mgħotija kull sena mill Fond Ċentali lill-assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw pratikament lill-koperattivi kollha f’Malta. Il-fuq minn dan, il-Fond Ċentrali tal-Koperattivi jffinanzja skemi ta’ taħrig għall-membri u l-impjegati tal-koperrattivi Maltin. Il-Fond ukoll jorganizza kampanji ta’ informazzjoni biex jara l-koperattivi jutillizzaw il-massimu tal-għajnuna li tista tingħata skond il-liġi u b’rispett lejn l-principji ta’ State Aid tal-UE.

Kooperattivi — Emendi fil-liġi

Question

Jista’ l-Ministru jindika fiex waslu l-pjanijiet tal-Gvern sabiex jemenda l-liġijiet li jirregolaw il-kooperattivi f'Malta?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li ġie konluż l-eżerċizzju tal-konsultazzjoni pubblika u bħalissa għaddej eżerċizzju ta’ konsultazzjoni ma l-istakeholders.

Kooperattivi reġistrati f'Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kooperattivi reġistrati f'Malta u f'liema huma s-setturi jew industriji li huma attivi dawn l-istess kooperattivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni miġbura.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Studji

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26168 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ li saru fiż-żona tal-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija maħruġa mid-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Marzu 2025 u li qed inpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Użu tal-art

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26169 u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pożizzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-użu tal-art li fuqha ser isir l-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26459.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Laqgħat ta’ konsultazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 26170 u tgħid jekk sarux laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-bdiewa, raħħala u l-Kunsill Lokali Mellieħa dwar l-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26459.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Applikazzjoni mressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26171 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar relatati mal-applikazzjoni tal-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ li ser isir fiż-żona tal-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26459.

Il-Mellieħa — Għassa - Stat tal-binja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-aħħar snin parti mill-binja fejn tinsab l-Għassa tal-Mellieħa ġiet fi stat tant ħażin, li spiċċat ġiet iċċertifikata bħala kkundannata? Jekk hu l-każ, jista’ allura jgħid meta ser jibda u jitlesta x-xogħol fuq l-istess parti tal-binja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 26173.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Studji

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji kollha relatati mal-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ li saru fiż-żona tal-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Użu tal-art

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pożizzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) dwar l-użu tal-art li fuqha ser isir l-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Laqgħat ta’ konsultazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarux laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-bdiewa, raħħala u l-Kunsill Lokali Mellieħa dwar l-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Applikazzjoni mressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha li tressqu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar relatati mal-applikazzjoni tal-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ li ser isir fiż-żona tal-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Mellieħa — Żona tal-Qammiegħ - Estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ - Laqgħat ta’ konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-bdiewa, raħħala u l-Kunsill Lokali Mellieħa dwar l-estensjoni tal-impjant tad-drenaġġ fil-Qammiegħ, limiti tal-Mellieħa?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill Onor. Interpellant biex din il-mistoqsija tiġi riferuta lill-Ministru ikkonċernat.

Il-Mellieħa — Ftuħ tal-Għassa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-ġimgħat li ġejjin hix ser terġa’ tinfetaħ l-Għassa tal-Mellieħa fl-interess tal-komunità tal-Mellieħa u ta’ dawk li jżuru l-istess lokalità minn żmien għal żmien?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fuq l-għassa tal-Mellieħa għaddej xogħol ta’ rinovazzjoni importanti. Sakemm għaddej dan ix-xogħol il-lokalità tibqa' koperta mill-Pulizija tal-Komunità li jaħdmu mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali, mill-Pulizija tad-distrett, kif ukoll minn rondi li jsiru minn uffiċjali tal-RIU. Hemm ukoll l-aċċessibilità tas-sistema ta' Intercom mal-għassa, li permezz tagħha il-pubbliku jista' jaqbad mal-Kamra tal-Kontroll fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erba' u għoxrin siegħa kuljum. Għal rapporti li mhux ta’ natura gravi illum hemm ukoll sistema online li tiffaċilità l-ħajja ta’ min irid jagħmel tali rapport. Bħal dejjem, anke b’rabta ma’ rapporti, il-Pulizija tal-Komunità qegħdin hemm biex jassistu kull fejn meħtieġ.

Awtorità tal-Artijiet — Tenders fuq Artijiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu tenders mill-Awtorità tal-Artijiet fuq artijiet pubbliċi bejn Jannar 2019 u Ottubru 2024? Jista’ jelenka liema kienu u f’liema lokalitajiet jinsabu?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi nħarġu 767 tender mill-Awtorità tal-Artijiet, maqsuma f’lokalitajiet kif qed jiġi ppreżentat fid-dokument li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra