Legislature:
Category:
Reset
Active:

Enemalta – frekwenza ta’ maintenance fuq sub-stations

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm suppost hija l-frekwenza ta’ maintenance mitluba/rikjesta li ssir kull sena fuq is-sub-Stations li l-Enemalta għandha madwar Malta u Għawdex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ssegwi proċedura operattiva standard li biha l-manutenzjoni kollha tat-tgħamir hija bbażata fuq linji gwida mogħtija mill-manifatturi u din issir minn ta’ lanqas darba fis-sena. Minbarra hekk, s-substations jiġu spezzjonati f’diversi okkażjonijiet u jsiru t-testijiet meħtieġa fuq it-tgħamir elettroniku.

San Pawl il-Baħar – tiswijiet fuq bozoz mitfija fil-bypass

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-Enemalta tagħmel it-tiswijiet meħtieġa fuq lampi/bozoz mitfija (total ta’ 20) tul il-Bypass ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tiswijiet fit-triq imsemmija mistennija jitlestew fil-jiem li ġejjin..

Bring in Sites

Question

Jista’ l-Ministru jindika lokalità b’lokalità f’Malta u Ghawdex kemm hu l-ammont obbligatorju ta’ Bring in Sites li suppost iridu jitpoġġew f’kull lokalità?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li l-permess maħruġ mill- Awtorità għall-Ambjent u r-Ri¿orsi lill-Iskemi awtorizzati għall-ġbir tal-iskart jobbliga lill-istess Skemi biex jidħlu f’arranġament mal-Kunsilli Lokali rispettivi sabiex jipprovdu bins biżżejjed li jaqdu l-bżonnijiet u l-popolazzjoni tal-lokalitajiet. Madankollu il-liġi kif inhi llum ma tistipolax l-ammont ezatt ta’ Bring-in-Sites li għandhom jitpoġġew f’kull lokalità. Iżda fl-emendi li hemm proposti fir-regolamenti tal-iskart u li nħarġu għall-konsultazzjoni pubblika u li bħalissa qed ikunu iffinalizzat, hemm propost li kull lokalita’ trid tipprovdi spazju għal Bring in Site/s skont il-popolazzjoni. Ovvjament id-dettall ikun stabbilit meta jkunu ffinilażżati l-emendi wara li tkun ittieħhdet in kunisderazzjoni l-konsultazzjoni li saret.
Leg 13 PQ #19289 Sitting 431 2021-02-23 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skola tal-Qawra – użu ta’ parkeġġ

Question

B’referenza għall-interventi tiegħi fil-Parlament li għamilt aktar kmieni matul din il-leġislatura dwar l-użu tal-parkeġġ li hemm mal-Iskola tal-Qawra, tista’ l-Ministru tindika meta dan il-parkeġġ jew parti minnu ser ikun jista’ jagħmel użu minnu l-pubbliku inġenerali u r-residenti tal-madwar anke jekk mhux fil-ħinijiet normali tal-iskola?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jara li l-parkeġġ tal-Iskola jibda jiġi użat wara li jkun żgurat li ma hemmx issues li tali użu minn terzi jista' joħloq.

Żoni ta’ Selmun u l-Imġiebaħ – xogħlijiet illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadu l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu fuq rapporti li daħlu fl-aħħar sigħat, liema rapporti kienu allegatament qed jindikaw xogħol illegali fiż-żoni ta’ Selmun u l-Imġiebaħ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, minn informazzjoni li ksibt mill-awtoritajiet kompetenti, jirri¿ulta li fl-attività li kienet għaddejja fi Triq l-Imġiebaħ ma kien hemm xejn illegali. Ngħarrfu li, mill-investigazzjonijiet u ż-żjarat fuq il-post li saru, rriżulta li ċr-rapporti li daħlu kienu jirreferu għal ħażna temporanja ta’ bricks fi triq eżistenti, fejn hemm wesgħa biex ma jiġix ostakolat l-aċċess. Id-depożitu temporanju ta’ dan il-bricks kien relatat ma’ xogħlijiet li qed isiru fil-viċin u li huma koperti bil-permessi meħtieġa. Ir-raġuni għala l-bricks kellu jitpoġġa hemmhekk kienet li l-aċċess għas-sit hu dejjaq u trakkijiet kbar ma jistgħux jaslu mingħajr ma jagħmlu ħsara; għaldaqstant ix-xogħol inħatt fil-wesgħa msemmija sabiex ikun jista’ jitwassal fis-sit b’vetturi iżgħar. Ninsab infurmat li fil-fatt dan il-bricks tneħħa diġà.

Żoni ta’ Selmun u l-Imġiebaħ – xogħlijiet imwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jindika u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra xogħlijiet imwettqa b’permessi approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar u bl-approvazzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fiż-żoni ta’ Selmun u l-Imġiebaħ bejn Jannar 2016 u Frar 2021?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex, fil-mistoqsija tiegħu, jispeċifika aħjar iż-żoni u n-natura tax-xogħlijiet li qed jirreferi għalihom u dan sabiex ikunu jistgħu jsiru r-riċerki meħtieġa. Ninsab infurmat li, aktar milli lista ta’ xogħlijiet, l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi jkunu f’pożizzjoni li jipprovdu lista ta’ permessi maħruġa fuq żona speċifika.

Żoni ta’ Selmun u l-Imġiebaħ – xogħlijiet minn Infrastructure Malta

Question

Jista’ l-Ministru jindika kull xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-istess fiż-żoni ta’ Selmun u l-Imġiebaħ bejn l-2018 u Frar 2021 u fl-istess waqt ipoġġi l-permessi kollha relatati ma’ dawn ix-xogħlijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ebda entita’ li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi mhi tagħmel l-ebda xogħol fl-akwati indikati.

Ħaż-Żebbuġ – Triq Ħal Mula/Triq il-Fraxxnu – permessi għax-xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kollha relatati max-xogħlijiet li Infrastructure Malta wettqet fiż-żona ta’ Triq Ħal Mula/Triq il-Fraxxnu f’Ħaż-Żebbuġ fl-aħħar jiem?

Response (BORG, IAN)

Residenti li jgħixu fl-inħawi kien ilhom jitolbu lill-awtoritajiet biex jitjieb l-aċċess f’din it-triq sa minn qabel l-2014, minħabba li t-triq qatt ma kienet ġiet iffurmata kompletament skont il-wisgħa proprja tagħha. Fil-fatt, parti minn din it-triq tidjieq b’mod sinifikanti, u tikkawża diffikultajiet lir-residenti li għandhom garaxxijiet fl-istess triq. Meta twaqqfet Infrastructure Malta fl-2018, il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ kien talab l-assistenza biex isiru x-xogħlijiet neċessarji biex din it-triq tkun aktar aċċessibbli għar-residenti li jgħixu fiha. B’dawn ix-xogħlijiet qed jitneħħew strutturi llegali biex jitjieb l-aċċess għal triq pubblika, waqt li l-art tal-gvern biswitha, li partijiet minnha kienu okkupati bħala ġnien u terazzin privat, issa se jiġu trasformati fi ġnien pubbliku ġdid, u minbarra li jin¿ammu s-siġar e¿istenti se jitħawlu ħafna oħrajn. Fil-fatt, wara talbiet li sarulha mir-residenti li jgħixu fl-inħawi, Infrastructure Malta qed testendi x-xogħlijiet f’din iż-żona biex tibni ġnien pubbliku madwar il-blokka tal-apaprtamenti, li jista’ jitgawda minn kulħadd. L-aġenzija diġà infurmat lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ dwar din il-proposta u l-pjanijiet għall-ġnien pubbliku ġdid se jiġu komunikati lilu fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħlijiet li qegħdin isiru jinkludu twessigħ żgħir ta’ bejn metru u 1.6 metri tul medda ta’ 40 metru mit-triq, biex l-ispazju tat-triq jiżdied b’madwar 50 metru kwadru. Oriġinarjament, ir-residenti u l-kunsill lokali riedu li t-triq titwessa’ aktar sal-limitu sħiħ skont il-pjanijiet lokali, u skont il-wisa’ tal-iktar parti wiesgħa ta’ din it-triq (kantuniera ma’ Triq Ħal Mula), iżda Infrastructure Malta se tkun qed tu¿a inqas minn nofs l-art allokata għal dan il-għan, biex il-kumplament tal-art tinbidel fi ġnien pubbliku. Il-ħajt u kamra żgħira li kien hemm fuq din l-art pubblika u li tneħħew l-Erbgħa filgħodu bħala parti mix-xogħlijiet, kienu inbnew illegalment. Infrastructure Malta se tibni l-ħajt f’għoli aktar baxx, kif permess bil-liġi, biex tassigura li ż-żona tal-ġnien biswit tista’ titgawda bħala spazju pubbliku u mhux aktar bħala ġnien privat magħluq. Fl-istess waqt il-kamra żgħira llegali li kien hemm mhux ser terġa’ tinbena. It-twessigħ ta’ din it-triq u l-ġnien pubbliku ġdid se jsiru fuq art tal-gvern li iha allokata għall-kostruzzjoni sħiħa tat-triq minn meta kien ġie ppjanat il-qasam tad-djar għexieren ta’ snin ilu. Fil-fatt, l-ispazju kollu madwar il-blokki tal-appartamenti tal-qasam tad-djar jagħmel parti mill-ispazju ddedikat għat-triq. Matul is-snin, dan l-ispazju ttieħed għal użi varji, inkluż spazji ta’ parkeġġ, ġonna privati, terazzini u mogħdijiet t’aċċess. Peress li din iż-żona diġà kienet identifikata għall-bini ta’ triq fil-passat, m’hemmx bżonn li Infrastructure Malta tikseb permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar, hekk kif ikkonfermat l-istess entità lill-mezzi tal-midja fil-jiem li għaddew. Għax-xogħlijiet li qegħdin isiru, Infrastructure Malta kisbet il-permessi meħtieġa għal xogħlijiet fit-toroq mill-Awtorità tat-Trasport, li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mellieħa – Taraġ il-Landieri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta mistenni jibda u jitlesta x-xogħol kollu fuq Taraġ il-Landieri fil-Mellieħa minn Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta t-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn. Taraġ il-Landiera huwa konnessjoni ġdida bejn żewg toroq li minkejja li kienet skedata biex issir ħafna snin ilu, qatt ma saret. Madankollu, Infrastructure Malta nkludietu fil-pjanijiet tagħha. Il-pjanti u d-disinn ta’ dan it-taraġ ġdid, għoli diversi sulari, qed jiġu finalizzati sabiex ix-xogħol ta’ kostruzzjoni jibda mill-aktar fis possibbli. Fil-lokalità tal-Mellieħa Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet fi Triq il-Marfa, Triq Little Armier, Triq it-Telgħa ta’ Selmun, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq il-Mellieħa, Triq il-Mejjiesa, Triq Luis Wettinger, Triq ir-Ramla, Triq il-Palma u l-pont tal-Mistra.

Dwejra Lines — konkos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jittieħdu passi u min ser jerfa’ r-responsabbilità politika għall-isfreġju ambjentali bi ksur ta’ liġi/regolamenti li seħħew fil-każ tal-passaġġ bil-konkos fid-Dwejra Lines (Victoria Lines) minn Infrastructure Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li diġà ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 19097 u 19098.

Il-Mellieħa – Bajja tal-Għadira – proġetti ta’ estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Projects Plus Limited qed tħejji proġett pilota bħala parti mill-istudji mitlubin mill-ERA dwar dan il-proġett. La darba jitlesta l-proġett pilota, ser ikun qed jiġi mfassal il-kumplament tal-proġett li permezz tiegħu ser ikun qed jiżdied ir-ramel b’mod konsiderevoli sabiex din il-bajja terġa’ tieħu l-istat oriġinali tagħha li kien intilef matul iż-żminijiet.

Il-Mellieħa – Bajja tal-Għadira – xogħlijiet fuq il-proġett tal-estensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex ser ikunu jikkonsistu x-xogħlijiet relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif kien indikat fit-tweġiba għall-PQ 19161 tal-istess Seduta, bħalissa Projects Plus qed tħejji proġett pilota u la darba dan jitlesta, ser tkun tista’ tfassal x’tip ta’ xogħlijiet ser ikunu qed isiru sabiex din il-bajja tkun tista’ titkabbar.

Il-Mellieħa – Il-Bajja tal-Għadira – studji relatati

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa? L-istudji mitluba huma: · EIA · Physico-Chemical analysis · Chemical analysis · Ornithology studies · Hydrology studies · Statistical studies – kemm nies/karozzi jżuru s-sit · Wave Data · Noise Studies · Geotechnical Studies · Wave Modelling · Ecological Studies; u · Archaeological Studies?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-istudji b’rabta ma’ dan il-proġett għadhom għaddejjin u mistennija jkunu konklużi meta jiġi fi tmiemu l-proġett pilota li ser isir b’rabta’ ma’ dan il-proġett tat-tkabbir tal-bajja tal-Għadira.

Il-Mellieħa – Bajja tal-Għadira – permessi għall-umbrellel u deckchairs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru permessibbli sabiex jitpoġġew umbrellel u deckchairs fuq il-Bajja tal-Għadira (minn tarf sa tarf) fil-Mellieħa matul is-sajf tas-sena 2020?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.

Mellieħa – Triq Qasam Barrani – miżuri adegwati fiż-żona tal-Iskola Primarja

Question

B’referenza għad-diversi interventi tiegħi fil-Parlament matul din il-leġislatura rigward is-sigurtà fiż-żona tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tieħu l-miżuri adegwati (possibbilment traffic lights) fi Triq Qasam Barrani fil-Mellieħa fil-parti fejn hemm l-annex tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa u dan sabiex jiġu evitati perikli/inċidenti għall-istudenti u l-ġenituri tagħhom waqt il-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ lejn l-iskola?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa evalwat u rrifjutat talba mingħand il-kunsill lokali biex ti¿died zebra crossing ftit metri bogħod minn dik ezistenti u għalhekk mhux f’konformita mal-policy tal-Awtorità. Għaldaqstant l-Awtorità tat rekomandazzjoni sabiex il-Kunsill Lokali jipproponi traffic management iktar ħollistiku fejn il-faċilitajiet biex wieħed jaqsam it-triq ikunu maħsuba b’tali mod li l-istess crossing tkun isservi għal aktar minn bini wieħed.

Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — mintui tas-seduti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-aħħar sitt seduti tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Infrastructure Malta — bini ta' toroq

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-ismijiet tat-toroq u f’liema lokalitajiet li għalihom għamel referenza fir-risposta parlamentari 18693 (total 655 triq) meta qal “Fil-ftit żmien kemm ilha li twaqqfet, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’madwar 500 triq. Matul l-2020 bniet mill-ġdid mal-155 triq residenzjali u bħalissa għaddejjin xogħlijiet f’għexieren ta’ toroq oħrajn” . Dan meta bħala aġenzija kien qed jirreferi ghall-Infrastructure Malta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Naxxar – Triq il-Kbira – lampa

Question

Tista’ l-Ministru tara li lampa li ritratt tagħha qed jingħata separatament li hemm imdendla f’nofs tat-triq li tinsab fi Triq il-Kbira kantuniera ma’ Triq is-Salib fin-Naxxar tiġi mbattla mill-ammont ta’ ilma li nġabar fiha, peress li din tista’ tikkawża periklu kemm għar-residenti li jgħixu fiż-żona kif ukoll għal min jgħaddi minn dawn it-toroq? Nifhem li l-manutenzjoni meħtieġa trid issir jew mill-kuntrattur tal-Kunsill Lokali inkella mill-Enemalta.

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lampa msemmija fi Triq il-Kbira Naxxar, taqa’ taħt ir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali.

Naxxar – Triq il-Kbira – lampa

Question

Jista’ l-Ministru jara li lampa li ritratt tagħha qed jingħata separatament li hemm imdendla f’nofs tat-triq li tinsab fi Triq il-Kbira kantuniera ma’ Triq is-Salib fin-Naxxar tiġi mbattla mill-ammont ta’ ilma li nġabar fiha, peress li din tista’ tikkawża periklu kemm għar-residenti li jgħixu fiż-żona kif ukoll għal min jgħaddi minn dawn it-toroq? Nifhem li l-manutenzjoni meħtieġa trid issir jew mill-kuntrattur tal-Kunsill Lokali inkella mill-Enemalta.

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat miIl-Kunsill Lokali tan-Naxxar li dan ir-rapport ġie mgħoddi lill-Kuntrattur immedjatament kif wasal għand l-istess Kunsill.