Jista’ l-Ministru jara li l-bus shelter li jinsab f’Telgħet ix-Xemxija, preċiżament biswit il-Knisja tax-Xemxija, jinbidel għal wieħed modern bħal kumplament tal-bus shelters peress li t-traskuraġni u l-istat ħażin li jinsab fih dan il-bus shelter huma notevoli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment. Ninsab infurmat li l-aħħar manutenzjoni fuq dan il-bus shelter twettqet fil-bidu ta’ Frar ta’ din is-sena.
Awtorità tal-Ippjanar – Xemxija – binjiet mhux kompluti jew siti ta’ kostruzzjoni – ħitan adegwat
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Awtorità tal-Ippjanar tieħu l-passi li tagħtiha l-liġi sabiex binjiet mhux kompluti jew siti ta’ kostruzzjoni fix-Xemxija, isirulhom ħitan adegwati sabiex jiġu evitati perikli u inkonvenjent varji bla bżonn għar-residenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika liema huma dawn is-siti li qed jirreferi għalihom.
Il-Mellieħa — Laqgħa ta' Konsultazzjoni mal-Komunità
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21150 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapital u li issa ġiet riferuta lilu u jindika d-data meta ser ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-komunità kollha tal-Mellieħa dwar il-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa, liema proġett tħabbar ftit tal-jiem ilu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġa’ saru laqgħat mal-Kunsill Lokali, mal-komunita’ residenzjali u mal-komunita’ kummerċjali taż-żona.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21151 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrasturttura u l-Proġetti Kapital u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex ser ikun jikkonsisti l-proġett tal-Pjazza tal-Mellieħa, liema proġett tħabbar ftit tal-jiem ilu? Meta mistenni jibda u jispiċċa x-xogħol fuq l-imsemmi proġett?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Istqarrija għall-Istampa numru 210755 maħruġa fil-21 ta’ April 2021 li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninfurmah ukoll li l-proġett mistenni jibda fix-xhur ta’ wara s-sajf.
Kunsill Lokali ta’ San Pawl – Xogħlijiet fuq bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jsiru tiswijiet meħtieġa u/jew bini mill-ġdid fuq numru ta’ bankini mill-Kunsill jew entitajiet oħra governattivi li jinsabu fit-toroq: Triq Oqbra Puniċi, Triq Radded ir-Roti, Triq ir-Ridott, Triq il-Fuħħar u Triq is-Simar kollha fix-Xemxija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar Triq Telgħat ix-Xemxija, Triq il-Maqdes Megalitiku u Triq il-Preistorja?(uħud mir-ritratti annessi)
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl illi t-toroq indikati qegħdin fil-programm tax-xogħlijiet.
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali jieħu l-passi u l-inizjattivi kollha xierqa sabiex tiġi rranġata t-telqa u t-traskuraġni li teżisti fix-Xemxija fit-toroq: Triq Katarina Vitale, Triq Simar, Triq Radded ir-Roti, Triq Oqbra Puniċi, Triq il-Fuħħar, Triq ir-Ridott, Triq Piscopo Macedonia, Triq Maqdes Megalitiku, Triq il-Preistorja u Telgħet ix-Xemxija peress li din it-telqa u traskuraġni tinkludi tindif ġenerali, qtugħ ta’ ħaxix, żbir ta’ sigar li qed joħonqu aċċess adegwat minn fuq numru ta’ banikini, sinjali tat-traffiku adegwati (tiswijiet jew ġodda), tiswijiet jew/u bini mill-ġdid ta’ bankini, ġbir ta’ skart goff mill-heritage trails u minn fuq bankini (bċejjeċ tal-baħar u arblu(pole) kif ukoll wires perikolużi? (ritratti annessi)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li t-toroq u s-siti elenekati minnu qiegħdin fil-programm ta’ xogħlijiet, u ser jiġu rranġati. It-tindif ta’ din iż-żona isir bi skeda u b'mod kontinwu, kontra l-impressjoni li qed jipprova jagħti.
Is-sigra tal-ħarrub indikata hija protetta u qiegħdha f’art privata, u l-Kunsill m’għandu l-ebda informazzjoni dwar min huma s-sidien. Il-
cable
li jidher fir-ritratt pprovdut huwa tal-internet u ma joħloq l-ebda perikolu għan-nies. Intant ġiet infurmata il-kumpanija in kwistjoni.
Il-Kunsill japprezza jekk l-Onor.Interpellant jagħti ndikazzjoni aktar dettaljata tal-lok fejn hemm l-iskart mormi (pic1), possibilment b’
site plan.
San Pawl il-Baħar – Triq Katarina Vitale – irranġar ta’ ħofra
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar jieħu l-passi meħtieġa sabiex tittranġa ħofra li tinsab f’nofs it-Triq Katarina Vitale (ritratt anness)?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ħofra hija ri¿ultat ta’ ħsara f’pipe ta’ l-ilma. Għaldaqstant il-Kunsill għaddha l-ilment lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
San Pawl il-Baħar – Triq Katarina Vitale – irranġar ta’ ħofra
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali San Pawl il-Baħar jieħu l-passi meħtieġa sabiex tittranġa ħofra li tinsab f’nofs it-Triq Katarina Vitale (ritratt anness)?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – żieda ta’ ronda tal-Pulizija fiż-żona tax-Xemxija
Question
Jista’ l-Ministru jara li tiżdied ir-ronda tal-pulizija fiż-Żona tax-Xemxija wara li fl-aħħar ġimgħat kienu rappurtati serqiet/jew attentati ta’ serqiet minn diversi residenzi u vetturi fix-Xemxija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi patrols fiż-żona ndikata mill-Onorevoli Interpellant u l-kumplament ta’ San Pawl il-Baħar, żdiedu ħafna kif sar f’lokalitajiet oħra, erba’ u għoxrin siegħa kuljum. Dawn il-patrols isiru mill-Pulizija tad-Distrett, kemm bil-mixi u anke bil-vetturi. Barra minhekk hemm wkoll ir-rondi kontinwi mill-Pulizija tal-komunitá, kif ukoll minn uffiċjali oħra mit-taqsimijiet tal-RIU u tat-traffiku.
San Pawl il-Baħar – passi u azzjonijiet fuq karozzi abbandunati
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu l-passi u l-azzjonijiet meħtieġa sabiex karozzi abbandunati f’San Pawl il-Baħar primarjament fiż-Żoni tal-Qawra, Buġibba u x-Xemxija jitneħħew u dan anke wara numru ta’ rapporti li saru għal diversi drabi fl-għasses tal-Qawra u San Pawl il-Baħar?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-Pulizija Distrettwali regolarment tara li jittieħdu l-passi necessarji sabiex karozzi abbandunati f’San Pawl il-Baħar, primarjament fiż-żoni tal-Qawra, Buġibba u x-Xemxija, jitneħħew. Huma ser jzidu il-frekwenzi tal-ispezzjonijiet tagħhom sabiex din il-problema tkompli tiġi ndirtizzata.
Infurmat ukoll li l-Korp tal-Pulizija mhux l-unika entità responsabbli minn ġbir ta' vetturi abbandunati.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kienu l-persuni li bejn Jannar 2017 u April 2021 ibbenefikaw mill-iskema relatata ma’ stairlifts u platform lifts (b’mod separat)?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bejn 2017 u April 2021 kellha 419-il benefiċjarju taħt l-Iskema tad-Diżabilità fuq xogħol relatat ma’ stairlifts u platform lifts.
Awtorità tad-Djar – Skemi ta’ stairlifts u platform lifts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont li ġie mħallas mill-Awtorità tad-Djar għall-iskema relatata ma’ stairlifts u platform lifs (b’mod separat) bejn Jannar 2017 u April 2021?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ħallset l-ammont ta’ €1,873,243 bejn Jannar 2017 u April 2021 li tirrapreżenta pagamenti fuq 419 stairlifts u platform lifts.
Awtorità tad-Djar – Skemi ta’ stairlifts u platform lifts – entitajiet li wettqu xogħlijiet relatati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u min kienu dawk l-entitajiet privati li ħadmu u wettqu xogħlijiet relatati mal-iskema tal-Awtorità tad-Djar relatata ma’ sussidju fuq stairlifts u platform lifts?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma taħdem ma’ l-ebda entità privata li tagħmel xogħol relatat ma’ installar ta’ stairlift jew platform lift. L-Applikant ikollu l-għażla li jordna l-istairlift jew platform lift mill-entità li jixtiequ hu.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru s-sinjali tat-traffiku u manutenzjoni meħtieġa fiż-żewġ daħliet u ħrug taż-żona tax-Xemxija preċiżament fit-triq Telgħet ix-Xemxija? (Dawn jinsabu biswit l-istabbiliment Porto del Sol u faċċata tal-Knisja tax-Xemxija, viċin id-daħla ta’ dik li qabel kienet il-Mistra Village (ritratti annessi))
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet diġà kienu fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta tant li nbdew fil-jiem li għaddew u se jinkludu manutenzjoni fejn meħtieġ fit-triq arterjali.
Persuni li jiltaqgħu ma’ xi diffikultajiet b’xi xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta, jew li jixtiequ jwasslu xi suġġerimenti lill-istess entità, jistgħu jitkellmu mal-istess aġenzija b’mod dirett billi jċemplu fuq 2334 1000, jibgħatu email fuq info.im@infrastructuremalta.com jew jibgħatu messaġġ permezz ta’ Facebook fuq il-paġna “Infrastructure Malta”.
Jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tagħmel mera fit-tarf ta’ Triq Simar kantuniera ma’ Triq ir-Ridott u dan sabiex jiġu evitati inċidenti tat-traffiku? (ritratt anness)
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta ser tkun qed tara l-bżonn għal din il-mera u tieħu azzjoni skond il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jara li jsiru tiswijiet meħtieġa u bini mill-ġdid fuq numru ta’ bankini minn Infrastruttura Malta li jinsabu fit-toroq: Triq Oqbra Puniċi, Triq Radded ir-Roti, Triq ir-Ridott, Triq il-Fuħħar u Triq is-Simar kollha fix-Xemxija, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, Triq Telgħat ix-Xemxija, Triq il-Maqdes Megalitiku u Triq il-Preistorja?(uħud mir-ritratti annessi)
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fil-każ ta’ Telgħet ix-Xemxija, filwaqt li parti minnha diġà nbniet mill-ġdid, il-parti l-oħra diġà sarilha xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet minħabba li qabel ma tkun tista’ tinbena wkoll mill-ġdid f’din il-parti tat-triq iridu jitlestew xogħlijiet ta’ servizzi taħt l-art li jridu jsiru minn entitajiet terzi. Madankollu, minħabba li kien hemm parti minnha li ddeterjorat billi ġarrbet ħsarat estensivi kkaġunati mill-pedamenti dgħajfa tagħha peress li din hija mibnija fuq it-tafal, Infrastructure Malta diġà għamlet xogħlijiet t’emerġenza biex għamel tiswijiet temporanji biex neħħiet perikli li kien hemm f’din it-triq. Xogħlijiet oħrajn inkluż manutenzjoni ta’ bankini f’din it-triq huma ppjanti li jsiru mill-aġenzija fil-jiem li ġejjin. Infrastructure Malta hija kommessa li wara li jitlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ taħt l-art li hemm ippjanati li jsiru mill-entitajiet konċernati, din il-parti tat-triq tibniha wkoll mill-ġdid bħalma qed tagħmel fil-każ ta’ diversi toroq oħrajn.
Għal dak li jirrigwarda t-toroq l-oħrajn indikati fil-mistoqsija parlamentari, mistoqsijiet dwar tiswijiet fihom għandhom isiru lill-ministeru konċernat miż-żamma ta’ toroq lokali.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kien l-ammont ta’ kompost li ġie ġġenerat mill-Wasteserv, xahar b’xahar, bejn Jannar 2017 u April 2021 u kemm kien l-ammont li nbiegħ minn dan l-istess kompost?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsijiet Parlamentari 14094, 14819, 16179 u 19067. Il-produzzjoni ta’ kompost agrikolu se tkun possibbli la darba jitwettaq il-proġett tal-Organic Processing Plant. Dan se jkun impjant iddedikat biex jittratta l-iskart organiku tal-borza l-bajda waħdu u li se jiġġenera kemm elettriku kif ukoll kompost għall-agrikoltura.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti/Memorandum of Understanding fejn art (bahar) u/jew proprjetà pubblika li giet mghoddija lill-għaqdiet sportivi jew għall-użu ta’ għaqdiet sportivi fil-perjodu ta’ bejn Jannar tal-2013 u April 2021 ġewwa l-lokalità ta’ Marsaskala minn jew bl-involviment ta’ Sport Malta ( Kunsill Malti għall-Isport ?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kopja tal-Memorandum of Understanding li sar ma’ Marsakala FC qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.