Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Studenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27052 u jgħid kemm hemm studenti preżentement fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa (inkluż dawk u b’mod separat li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Sportiva tal-Mellieħa Sports Club)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm 569 student fl-iskola msemmija.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27053 u ċjoè: Fid-dawl li l-Gvern diġà ddeċieda fejn ser jalloka l-istudenti tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa (fil-Park tal-Familja fid-daħla ta’ Selmun) waqt li jkun għaddej il-bini mill-ġdid tal-istess skola, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jitpoġġew containers biex iservu bħala klassijiet fl-istess Park tal-Familja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-Onor. Interpellant għandu jifhem li klassijiet prefabbrikati mhumiex containers.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27054 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-Awtoritajiet konċernati ta’ kif u fejn ser ikunu qed jitpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet fil-Park tal-Familja fil-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

L-Onor. Interpellant għandu jifhem li klassijiet prefabbrikati mhumiex containers.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Kiri ta’ Containers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa l-kiri tal-containers li ser ikunu qed iservu ta’ klassijiet u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mas-sejħa tal-offerti għall-kiri ta’ dawn l-istess containers?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-Awtoritajiet konċernati ta’ kif u fejn ser ikunu qed jitpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet fil-Park tal-Familja fil-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu kbir kull container li ser ikun qed iservi bħala klassi u jgħid ukoll kull container kemm ser ikollu studenti fih?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Post għall-containers li ser iservu bħala klassijiet – Studji u rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji (Studji / rapporti dwar is-Saħħa u s-Sigurtà (inklużi dawk sanitarji) fl-interess tat-tfal, l-għalliema u l-ħaddiema kollha li ser ikunu qed iwettqu l-ħidma tagħhom fiż-żona fejn ser jitpoġġew il-containers u l-impatt tat-traffiku li jkun hemm fiż-żona ta’ Braġ u l-Kortin) kollha li saru relatati mal-għażla tal-post (Park tal-Familja) ta’ fejn ser ikunu qed jitpoġġew il-containers biex iservu bħala klassijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Żieda fil-popolazzjoni tal-istudenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li juru kemm ser tkun qed tiżdied il-popolazzjoni tal-istudenti fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa għall-10 snin li ġejjin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Xogħol ta’ twaqqigħ u bini mill-ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol tat-twaqqigħ tal-bini tal-Iskola Primarja eżistenti fil-Mellieħa u allura meta mistenni li jitlesta l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Selmun Palace Hotel – Rapport

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport tal-periti fejn indikaw li l-lukanda Selmun Palace ma tistax tiġi rranġata biex tintuża temporanjament bħala skola sakemm jitlesta x-xogħol tat-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Mellieħa u San Pawl il-Baħar — Awtorità tal-Ippjanar - Applikazzjonijiet għall-estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti jew lukandi ġodda

Question

Jista’ l-Minstru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għall-estensjonijiet ta’ lukandi eżistenti jew lukandi ġodda fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar (Buġibba, Qawra u Xemxija) b’mod separat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 15-il applikazzjoni għal lukandi, bdil fl-użu għal lukandi, u żidiet sostanzjali ma’ lukandi, li huma pendenti quddiem l-Awtorità ta’ Malta tal-Ippjanar, maqsuma skont il-lokalità.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Pjanti finali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti finali kif imressqa quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar dwar il-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Laqgħat ta’ konsultazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa ta’ konsultazzjoni saret dwar il-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, mal-Kap tal-Iskola u mal-Kunsill Skolastiku fl-aħħar sentejn? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-istess laqgħat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Bini ta’ Skola Primarja — Siti li ġew ikkunsidrati

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema kienu dawk il-postijiet/siti fil-lokalità tal-Mellieħa (bil-qisien preċiżi għal kull sit) li ġew ikkunsidrati fl-aħħar sentejn, sabiex ikunu jistgħu jiġu allokati fihom l-istudenti sakemm l-Iskola Primarja tal-Mellieħa tkun qed tinbena mill-ġdid?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja – Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti preżentement fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa (inkluż dawk u b’mod separat li bħalissa jinsabu fil-Faċilità Sportiva tal-Mellieħa Sports Club)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Il-Mellieħa – Skola Primarja — Containers li ser iservu bħala klassijiet

Question

Fid-dawl li l-Gvern diġà ddeċieda fejn ser jalloka l-istudenti tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa (fil-Park tal-Familja fid-daħla ta’ Selmun) waqt li jkun għaddej il-bini mill-ġdid tal-istess skola, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jitpoġġew containers biex iservu bħala klassijiet fl-istess Park tal-Familja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Kooperattivi — Programmi/skemi ta' assistenza finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-programmi/skemi ta' assistenza finanzjarja disponibbli għall-kooperattivi f'Malta matul is-sentejn li ġejjin?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 26796, ninforma l-Onor. Interpellant li qegħdin f’diskussjoni mal-istess Kooperattivi biex jiġu identifikati dawk il-miżuri u skemi li hemm impedamenti għall-kooperattivi biex ikunu jistgħu jibbenifikaw minnhom.

Kooperattivi — Korsijiet ta’ taħriġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx korsijiet ta’ taħriġ provduti mill-Gvern sabiex il-kooperattivi jtejbu u jimxu ’l quddiem l-operat tagħhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Fond Ċentrali tal-Kooperattivi jiffinanzja diversi korsijiet ta’ taħriġ permezz ta' ftehim bejn il-Fond Ċentrali u l-Assoċjazzjonijiet tal-Kooperativi.

Stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni — Eko kontribuzzjonijiet

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu jgħid kemm kien id-dħul annwali miġbur tal-eko kontribuzzjoni imposta fuq l-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni matul is-snin 2022 - 2024 f’Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.